Illum previous editions

ILLUM 19 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1493023

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 23

11 analiżi illum • IL-ĦADD 19 TA' FRAR 2023 il-mara li nqatlet b'bomba li ma kinitx għaliha (6) madankollu meta marru fuq il- post indunaw li l-bomba kellha materjal splussiv differenti. Dakinhar stess, fuq ix-xena, il- Pulizija tkellmet ma' Mary Rose u qaltlu li hija kienet għamlet diversi rapporti l-għassa ta' Bormla dwar theddid ta' bombi. Waqt il-ġuri xehed ukoll Jeffrey Curmi, dak iż-żmien Kaptan u espert fl-isplussivi. Curmi xehed li l-isplussiv kien f 'kaxxa tal-injam u kien magħmul min affarjiet differenti inkluż, fire extinguisher żgħir, bozza u transmitter li jaħdem fuq il- frekwenza tar-radju. Curmi spjega li l-bozza intużat biex il-filament tagħha jisħon u sussegwentament joħloq reazzjoni kimika. Din ir- reazzjoni eventwalment wasslet għall-isplużjoni. Dakinhar żied jgħid li din it-tip ta' bomba qatt ma kien iltaqa' magħha qabel u kienet ikkumplikata ħafna. X'kellha xi tgħid Mary Rose Cassar? Dan il-każ kellu ħafna trufijiet u kawża ta' hekk kien hemm ħafna mistoqsijiet fosthom: Għaliex Ronnie Azzopardi għamel bomba? Min hu Azzopardi? Mary Rose iex tidħol? U x'inhi l-konnessjoni? Ix-xhieda ta' Mary Rose Cassar tat risposta għal kollox. Cassar u ħu Ronnie Azzopardi – Jason – kienu ilhom flimkien ħames snin u fil-fatt kellhom tliet itfal. Cassar spjegat li Jason kien miżżewweġ u b'kollox kellu disat itfal, iżda ma baqax ma martu. Madankollu it qabel ma seħħ dan il-każ, Jason inqatel u kien dan li beda l-ġlied u t-theddid lejn Cassar. Cassar kompliet tispjega li Jason kien jieħu l-benefiċċji soċjali u għaldaqstant kien jirreġistra l-affarjiet tiegħu fuq ħuh Ronnie. Jason kellu żewġt idjar fl-inħawi magħrufa bħala 'Fuq Verdala' f 'Bormla. Kompliet tgħid li wara l-mewt tal-maħbub tagħha kien hemm ħafna ġlied u theddid min-naħa ta' Ronnie għaliex hi u uliedha kienu l-werrieta ta' Jason. Tant hu hekk li tliet ġimgħat qabel l-isplużjoni kienet iltaqgħet miegħu, permezz tal-avukati, għax ried il-Mercedes, li kien ta' Jason. Cassar kienet tal-idea li din tinbiegħ u li l-flus jinqasmu bejn il-werrieta kollha, inkluż uliedu kollha u hi. Sintendi, ma ntlaħaqx ehim u kien dakinhar stess li Azzopardi beda jistaqsi biex jipproduċulu bomba. Qalet ukoll li Azzopardi kien għamel diversi rikorsi biex jitlobha l-flus. Darba kien talabha Lm 3,000 u darb'oħra Lm 25,000. Fost ir-rapporti ta' theddid hija infrumat lil Pulizija li kien hemm min qalilha li Azzopardi kien qiegħed ifittex lil xi ħadd biex jagħmel bomba. Hija irrakkontat li s-soltu kienet tmur tara lil ommha s-Sibt għall-ħabta tal-10a.m. u li kienet tipparkja l-karozza fi Triq Sant Maria, iż- Żejtun. Dakinhar inzertat li wara li marret iżżur lil ommha marret tixtri bil-mixi u ma użatx il- karozza. Hija irrimarkat li l-Pulizija ma kinitx ħadet passi dwar ir- rapporti li kienet għamlet u li kieku ttieħdu l-passi meħtieġa, ma kienx jiġri dak li ġara. Hija tenniet li tant kienet tibża' minn Azzopardi li kull darba li kienet tarah f 'xi karozza differenti, kienet tieħu nota tan-number plate. Cassar marret lura għal dakinhar tal-isplużjoni u saħqet li kienet semgħet splużjoni mill-bogħod u qalbha ħebritha. Minkejja dan missierha kien qalilha li kienu weġġgħu xi nies bil-logħob tan-nar, bħas-suspett ewlieni li kellhom il-pulizija. Meta Cassar marret lura ħdejn id-dar ta' ommha rat iż-żona b'diversi uffiċjali tal-pulizija u x'ħin daħlet fil-karozza, pulizija minnhom avviċinaha biex tisaqsiha jekk ratx xi ħaġa. Hija qaltlu li kienet qed tibża' tixgħel il-karozza. Meta ġiet mistoqsija għaliex bdiet tibża' kienet infurmathom dwar l-informazzjoni li kellha li Azzopardi prova jakkwista bomba. Fl-awla hija xehdet li mhux l-ewwel darba li ratu jdur qrib id-dar ta' ommha u meta marret tgħix l-Imsida mar jgħix ħdejha. Hija sostniet li mhux l-ewwel darba ukoll li kien jagħfas il- karozza mal-bankina waqt li tkun għaddejja minn fuqha ma' uliedha. X'kien il-verdett? Wara l-indirizz tal-Imħallef Michael Mallia, il-ġurati għamlu seba' sigħat ta' delibirazzjoni u l-verdett kien dan: • B'Sebgħa voti kontra tnejn huwa ma nstabx ħati li b'mod volontarju ikkaġuna l-mewt ta' Angela Bondin. • B'sebgħa voti kontra tnejn huwa nstab ħati li għamel bomba li setgħet tqiegħed f 'periklu ħajjet ħaddieħor u li b'konsegwenza ta' dan tilfet ħajjitha Bondin. • B'sebgħa voti kontra tnejn huwa nstab ħati li għamel splużjoni li qegħdet fil-periklu ħajjet ħaddieħor u li ikkawżat feriti gravi lil Tessie Grima. • B'sebgħa vot kontra tnejn huwa nstab ħati b'tentattiv ta' qtil ta' erba' persuni oħra. • B'sebgħa voti kontra tnejn ma nstabx ħati li ikkaġuna ħsara fuq il-ħwejjeġ ta' ħaddieħor. B'hekk l-Imħallef ikkundanna lil Azzopardi għomru l-ħabs. Intant, fl-2011 huwa nstab ħati b'sebgħa voti kontra tnejn fuq tentattiv ta' qtil ta' Jonathan Spiteri u ġie ikkundannat għal 20 sena ħabs oħra. Huwa ngħata wkoll 30 sena priġunerija talli ipprova joqtol lil ħu Melchior Spiteri. Spiteri huwa dak li qatel lil Jason. Triq Madonna tal-Ħniena

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 February 2023