Illum previous editions

ILLUM 19 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1493023

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 23

12 illum • IL-ĦADD 19 TA' FRAR 2023 sondaġġ Bini għoli: L-Għawdxin bi ħġarhom kontra ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-bini tiela' u mhux tiela' biss, fis-sens li qed jinbena, imma tiela' l' fuq u beda jersaq lejn is-sema'. F'żona partikolari - jiġifieri f 'Paceville f 'San Ġiljan - illum qed jiddominaw is-sema erba' torrijiet. Dak tal-Portomaso, li nbena fl-2001, huwa twil 98 metru u fih 23 sular. Bħalissa qed jinbena l-Mercury Tower, li meta jitlesta se jkun l-ogħla bini f 'Malta. Huwa proġett tal- iżviluppatur Joseph Portelli u ddiżinjat minn Zaha Hadid, it-torri ewlieni se jkun twil 32 sular u se jinkludi wkoll torri ieħor, iżda ħafna inqas fit-tul. Ħdejh eżatt hemm il-bini ta' Pendergardens li huwa nofs dak tal-Mercury, bi 15-il-sular. Fil-Gżira mbagħad hemm it- Torri 14 East b'21 sular u torri ieħor li qed jinbena bħalissa, fil- Gżira wkoll l-ST Tower se jkun twil 17-il sular. Fuq in-naħa l-oħra ta' Malta - fl-Imrieħel - imbagħad hemm The Quad, tal-iżviluppaturi Tumas Group u Gasan, bl-itwal torri jkun ta' 19-il sular. Imma l-poplu x'jaħseb dwar il-bini għoli, li fil-fatt mistenni jiżdied - speċjalment fiż-żona ta' Paceville u Tas-Sliema? Jaqbel illi Malta jibqa' jkollha bini bħal dan? Jaqbel li għandhom jinbnew f 'ċerti żoni biss? Jew ma jinbnew imkien? Minn sondaġġ xjentifiku tal- gazzetta ILLUM jirriżulta li maġġoranza assoluta ta' 53.7% tal-poplu Malti ma jaqbilx ma' torrijiet u bini għoli f 'ebda parti tal-pajjiż. Dan filwaqt li 30.2% jaqblu li jinbnew skyscrapers fil-pajjiż, basta jkunu ristretti għal ċerti żoni jew lokalitajiet. Fil-fatt 26.6% jemmnu li bini għoli għandu jkun ristrett għal xi lokalitajiet filwaqt li 3.6% jemmnu li bini għoli għandu jkun ristrett biss għal lokalità waħda, bħal per eżempju San Ġiljan. Minn naħa l-oħra kważi 16% tant jemmnu illi kull lokalità għandha jkollha żona fejn jista' jkun hemm bini għoli, anke jekk il-Pjani Lokali u r-realtajiet storiċi ta' ċerti bliet jagħmlu dan ix-xenarju wieħed kompletament impossibbli. L-anzjani u l-Għawdxin l-aktar li jopponu... Għawdex - il-gżira tat-tliet għoljiet - bla dubju ta' xejn li żammet karatteristika li f 'Malta intilfet fiċ-ċentri urbani tat- tramuntana tal-port. Iżda l-iżvilupp fis-snin riċenti wassal għal reżistenza għawdxija dejjem tikber kontra l-iżvilupp eseġerat u dan qed jirriżulta f 'ħafna sondaġġi, inkluż dan. Fil-fatt l-Għawdxin huma l-aktar nies minn Malta kollha li jopponu l-bini ta' torrijiet u skyscarpers f 'pajjiżna. Huma maġġoranza qawwija ħafna ta' 67.8% fil-fatt li jgħidu illi dan it-tip ta' bini ma għandu jinbena mkien, b'14.1% jisħqu li għandu jkun ristrett għal xi lokalitajiet f 'Malta u 3.7% jemmnu li għandu jkun ristrett għal lokalità waħda biss. Huma 14.4% biss tal-Għawdxin li jemmnu illi għandu jkun hemm bini għoli f 'kull lokalità. Iż-żona tan-Nofsinhar tal- Port u allura dik li tinkludi l-Kottonera u l-madwar - ilkoll bliet antiki u ta' wirt storiku - tirreġistra t-tieni l-ogħla persentaġġ ta' nies kontra bini simili. Fil-fatt 64.5% tal- parteċipanti hawnhekk jħossu li bini bħal dan ma għandu jinbena mkien. Sorprendentement dan huwa ħafna aktar mill- parteċipanti fit-Tramuntana tal- Port - li tinkludi lil Tas Sliema u San Ġiljan - fejn kważi 47% għandhom l-istess opinjoni. Bini għoli: Sinjal ta' progress u Malta moderna li qed isir dejjem aktar metropoli ewropea jew disfigurazzjoni ta' dak kollu li huwa l-Malti? Sondaġġ xjentifiku tal-gazzetta ILLUM jistaqsi lill-poplu... Bini għoli ma għandu jkun permess imkien (skont fejn jgħixu l-parteċipanti)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 February 2023