Illum previous editions

ILLUM 19 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1493023

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 23

Byron Camilleri huwa l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà 16 opinjoni IL-ĦADD 19 TA' FRAR 2023 • illum Fiduċja fil-Pulizija Insaħħu u nadattaw l-Industrija tal-Unjoni Ewropea L -Ewropa bħalissa qiegħda f 'fażi li ser tibda tranżizzjoni lejn in-new- tralità klimatika u t-tmexxija diġitali, u għaldaqstant din hija fażi kruċjali, kważi tista' tgħid revoluzzjo- ni industrijali ġdida, li rridu naraw li ssir sewwa u bl-inqas impatt negattiv possibbli. Madwarna għaddejjin ħafna kurrenti u kull deċiżjoni li nieħdu hija influenzata b'xi mod jew ieħor minn dak li jkun qed jiġri 'l bogħod mit-teritorju tagħna. Għaldaqstant irridu niżguraw li l-istrateġija industrijali li qed infasslu tkun waħda ġusta, li verament taqdi l-bżonnijiet tal-industrija Ewropea fl-intier tagħha, waħda li ma tħalli lil ħadd jaqa' lura u li tkun tiflaħ għall-isfidi inter- nazzjonali li qed naffaċċjaw. Din hija waħda mit-temi ta' importanza li għandna bħalissa quddiemna għad-diskussjoni fl-Unjoni Ewropea, tema kurrenti, mimlija deċiżjonijiet kritiċi - u wħud minnhom urġenti - li ser isawwru l-Unjoni Ewropea ta' għada. Ngħid hekk għaliex l-industrija Ewropea topera f 'suq b'karatteristiċi uniċi, is-suq intern tal-Unjoni Ewropea li huwa l-qofol tal- integrazzjoni ekonomika tagħna, waħda mill- akbar kisbiet tal-blokk li tant irridu nipproteġu u nsaħħu. Pero' biex nagħmlu dan ma rridux biss inkunu reattivi għal dak li jkun qed jiġri madwarna, iżda rridu nkunu kuraġġjużi u nieħdu d-deċiżjonijiet li għandna nieħdu issa biex nippreparaw l-industrija tagħna u naraw li tkun reżiljenti biżżejjed biex tagħmilna mexxejja fuq livell globali. Matul l-aħħar ġimgħat il-Kummissjoni Ewropea ħarġet komunikazzjoni fuq din it-tema u ressqet 'il quddiem numru ta' soluzzjonijiet u miżuri li jistgħu iwasslu għal żieda fil-kompetittività u l-awtonomija tal- Unjoni Ewropea. Filwaqt li hemm ħafna punti pożittivi, hemm elementi li għadhom neqsin u li forsi l-Kummissjoni it li xejn tathom importanza, iżda huma elementi kruċjali jekk irridu niżguraw tranżizzjoni ta' suċċess li jibbenifika minnha kulħadd. Għaldaqstant, matul l-aħħar ġimgħat, flimkien ma' kollegi tiegħi mill-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi mexxejt ħidma fuq riżoluzzjoni importanti ħafna marbuta ma' din it-tema, riżoluzzjoni li kelli s-sodisfazzjoni naraha tikseb l-appoġġ u tiġi approvata mill-Plenarja tal-Parlament Ewropew matul din il-ġimgħa. F'din ir-riżoluzzjoni ffukajna fuq il-bżonn li ngħinu lill-industrija tagħna tadatta sabiex noħolqu futur ekoloġiku u soċjalment ġust, adattament li rridu nagħmlu sabiex l-industrija tagħna tkun pronta taħtaf l-opportunitajiet kollha li qed joffrulna t-tranżizzjoni diġitali li għaddejja bħalissa u kif ukoll l-isforzi li qed nagħmlu biex nilħqu l-obġettivi tal-Patt Ekoloġiku. Bis-saħħa tas-suq uniku tagħna għandna l-potenzjal li nkunu aħna, bħala blokk, li nwittu t-triq fuq livell internazzjonali u nixprunaw tibdil industrijali kbir. Huwa ferm importanti li titħaffef it-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika pero' biex nagħmlu dan m'għandniex narmu prinċipji li bagħtejna biex nistabbilixxu matul is-snin. Kruċjali fost dawn hemm il-bżonn li nassiguraw li fl-Ewropa jkollna industrija li toffri impjiegi ta' kwalità għolja, b'kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u pagi tajbin, li l-ħaddiema jibqa' jkollhom rappreżentanza u min jinnegozja f 'isimhom, u fuq kollox li jkun hemm rispett għall- ehimiet kollettivi u li jiġu evitati s-sensji u d-deterjorament tal-kundizzjonijiet tax- xogħol. Għall-kuntrarju tal-proposta tal- Kummissjoni, fir-riżoluzzjoni insistejna li t-tisħiħ tal-industrija għandu jiġi flimkien ma' titjib tal-kundizzjonijiet soċjali, inkluż it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid. B'mod partikolari f 'dawn iż-żminijiet ta' kriżi soċjali, huwa kruċjali li jittejbu d-drittijiet tal- ħaddiema u mhux inkomplu ngħarrquhom taħt xi skuża jew oħra, u għandu jiġi żgurat li l-ħaddiema jkunu jistgħu jibbenefikaw minn aktar sigurta' u protezzjoni soċjali. Fil-Plenarja sħaqt li nistenna aktar mill- Ewropa f 'dak li għandu x'jaqsam mal-familji li jaħdmu, l-ugwaljanza u l-ġustizzja ambjentali. L-Unjoni Ewropea trid tkun ta' eżempju għall- kumplament tad-dinja. L-importanza ta' dawn il-punti hija universalment rikonoxxuta u l-maġġoranza tal-Parlament Ewropew infatti appoġġja din ir-riżoluzzjoni għaliex jagħraf il-ħtieġa li bħala rappreżentati tal-popli tagħna għandna nassiguraw l-ogħla livell ta' protezzjoni fit-tfassil tal-liġijiet u l-istrateġiji tagħna. Hija ħasra li fuq suġġett tant importanti, il-Partit tal-Popolari Ewropew kien maqsum u falla milli jagħmel dmiru biex jipproteġi dawn il-prinċipji, tant li l-maġġoranza tal-Membri Parlamentari tiegħu vvutaw kontra r-riżoluzzjoni. Kienu maqsumin fuq jekk għandhomx jipproteġu l-industriji tagħna, il-ħaddiema tagħna, u s-sostenibbiltà ambjentali tagħna. Min-naħa l-oħra, il-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi kien magħqud wara din ir-riżoluzzjoni li mexxejt 'il quddiem għall-vot flimkien mal-kollegi, u llum għandna pożizzjoni tal-Parlament Ewropew li għandha viżjoni soċjali u ġusta, li tħares 'il quddiem u li toffri garanzija lill-familji u lin-negozji li bħala Parlament Ewropew ser inkunu qed naħdmu għal tranżizzjoni li ser tagħmel lis- suq uniku tagħna aktar reżiljenti, kompetittiv u sostenibbli. L -aħħar stħarriġ tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar il-fiduċja fil-Korp tal-Pulizija kompla fuq l-istess ton ta' stħarriġ oħra li saru bħall-Ewro- barometru. Sena wara sena l-fiduċja tan-nies fil-pulizija kompliet tikber. Qed tikber għax il-pulizija qed taħdem aktar u aħjar. Bil-fatti. Ir-rata tal-krim- inalità f 'pajjiżna s-sena l-oħra kienet l-aktar waħda baxxa mill-2004 'l hawn. Dan is-suċċess ma sarx b'bakketta maġika. Huwa frott ta' aktar investiment fil-korp, aktar taħriġ lill- pulizija u fuq kollox għaliex il-pulizija qed tkun aktar preżenti fil-komunità. B'hekk qed tipprevjeni l-kriminalità li naqset b'5.4% fuq is-sena ta' qabel. Illum 90 minn kull 100 Malti u Għawdxi għandhom fiduċja fil-Korp tal-Pulizija. Maqsumin nofs bin-nofs hemm minnhom li għandhom fiduċja għolja jew inkella fiduċja medja. Jingħad x'jingħad minn uħud, jidher ċar li l-fiduċja fil-korp kibret għaliex żdied l-għarfien li l-pulizija jimxu bil- ħaqq, b'mod dinjituż u b'rispett (49%). Żdiedet il-fiduċja għaliex tnejn minn kull ħames Maltin qed iħossu aktar il- preżenza tal-pulizija fil-komunità fejn jgħixu. Żdiedet il-fiduċja għaliex terz tal- Maltin raw lill-pulizija magħhom meta kienu fil-bżonn jew meta talbu l-għajnuna tal-korp. Ħidmet il-Korp hija riflessa wkoll f 'kemm żdiedet għal aktar minn 55% l-opinjoni tajba jew tajba ħafna lejn il-pulizija. Żewġ terżi tan-nies qalu li kellhom esperjenza tajba jew tajba ħafna fl- esperjenza li kellhom mal-pulizija. Pilastru ewlieni tas-suċċess tal- istrateġija tal-Korp huwa l-Pulizija fil-Komunità. Proġett li beda erba' snin ilu biss u xxettel ma' diversi bnadi tal- pajjiz. Għal dis-sena se jinfirex f 'kull lokalità. Hija strateġija li mxiet id f 'id max-xewqat tan-nies. Filfatt l-istħarriġ tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika wera li kważi erbgħa minn kull ħames persuni jixtiequ jaraw lill-pulizija aktar viżibbli fit-toroq. U dak li qed isir, se jkompli jsir. Il-Pulizija fil-Komunità qed tibni fuq l-idea li tinbena relazzjoni u koperazjoni ahjar bejn il-pulizija u l-komunità. Fuq kollox b'hekk ukoll tikber il-ħidma ta' prevenzjoni tal- kriminalità. Il-Korp qed jinvesti sew f 'dan il-kunċett billi jagħti servizz li wieħed jista' jarah b'għajnejh u jmissu b'idejh. Qed jagħmel dan billi jħarreġ aktar pulizija u jużahom aktar fil-qalba tal-komunità. Il-ġlieda kontra l-kriminalità ma ssirx billi nagħmlu stat polizjesk. Il-ġlieda kontra l-kriminalità ssir billi l-pulizija u ċ-ċittadin jaħdmu id f 'id b'mod effettiv. B'hekk tonqos il-kriminalità, tikber aktar il-fiduċja fil- pulizija u jinfirex ambjent aktar sikur u ta' serħan il-moħħ għaċ-ċittadin. Perfetti m'humiex, u qatt m'huma ser ikunu. Izda r-rieda t-tajba u l-impenn qed thalli rizultati. Byron Camilleri Alex Agius Saliba illum • IL-ĦADD 15 TA' JANNAR 2023 D awn l-aħħar tliet snin kienu kruċjali għal pajjiżna. Kien perjodu politiku sensazzjonali, b'sensiela ta' sfidi massiċċi li żgur ħadd ma seta' kien preparat għalihom, politika li kostantament iżżommok fuq ix-xwiek, u fuq kollox perjodu li kien jeħtieġ politika kuraġġjuża u deċiżjonijiet spediti. Din hija l-magħmudija tan-nar li kellu Robert Abela tliet snin ilu meta ġie elett mexxej tal- Partit Laburista u Prim Ministru ta' pajjiżna. Ngħiduha kif inhi, il-kariga ta' Prim Ministru ma tiġix b'manwal, ma ssibx gwida fuq id-deċiżjonijiet li trid tieħu u hija kariga li min jidħol għaliha jeħtieġ kuraġġ biex jiddeċiedi, umiltà li żżommu viċin in-nies u kapaċità li jibqa' jisma' u jixtarr, pero' wkoll kapaċità li timbotta l-interess nazzjonali filwaqt li ssib bilanċ delikat. Robert Abela kellu quddiemu sfidi kbar tista' tgħid minn dakinhar tal-ħatra, u ried jadatta fi żmien tant qasir. L-ewwel ftit jiem ma kinux faċli żgur għaliex apparti li kellu jidħol fiż-żarbun kbir tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat, fl- istess ħin kellu jaffaċċja t-taqlib intern fil-Partit Laburista u kif ukoll il-klima politika diffiċli f 'pajjiżna minħabbi r-riżenji ta' membri tal-Gvern li konna għadna kemm għaddejna minnhom. Pero' l-Prim Ministru wera' mill-ewwel li kien ser ikun determinanti f 'dan il-perjodu bid-deċiżjonijiet importanti li ħa, u nemmen li dan kien wieħed mill-akbar impatti li ħalla l-Prim Ministru Abela fuq pajjiżna sa' mill-ewwel ġurnata. Il-fatt li reġġa' lill-pajjiż lura għan-normalità politika ħalla impatt ukoll barra minn xtutna, u dan nixhdu jien li bħala Membru Parlamentari Ewropew bosta kollegi li kienu qegħdin isegwu din il-bidla, bdew javviċinawni u stajt nara r-reazzjonijiet pożittivi għall- ħidma kbira li kien qed iwettaq. L-ebda deċiżjoni ma kienet faċli, u kien hemm każijiet fejn f 'pajjiżna u anke internament fil-Partit Laburista xi deċiżjonijiet forsi mhux dejjem kienu qed jiġu milqugħa mill- ewwel, pero' ż-żmien ta raġun lill-Prim Ministru. Din is-sitwazzjoni kienet diġa' diffiċli minnha nnifisha, aħseb u ara jekk iżżid fil-borma sfidi oħra bħal dik tal-pandemija li ħadet ħafna mill-enerġija tal- politika globali. Sitwazzjoni bla preċedent li ħadd ma kien preparat għaliha, pero' b'sensiela ta' deċiżjonijiet f 'waqthom u kuraġġjużi, pajjiżna kien minn ta' quddiem biex irnexxielu jilħaq l-immunità tal-massa u jżomm lill-poplu sikur, filwaqt li baqa' jsostni l-ekonomija ta' pajjiżna u uża l-ġid li ġġenera l-Gvern Laburista mill-2013 'il quddiem biex għamel mini budgets, wage supplement u bosta miżuri biex żamm lill-familji u lin- negozji tagħna fil-wiċċ. Din pandemija ħalliet Prim Ministri u gvernjiet ta' pajjiżi ħafna akbar minn tagħna perplessi u mitlufin, imma aħna kellna Gvern li proteġiena u wassalna biex noħorġu minnha bl-inqas ħsara possibbli. Nemmen li f 'dan l-episodju ħareġ l-aqwa element tal- Prim Ministru, karatteristika essenzjali għal din il-kariga, fatt li kien kapaċi jmexxi isegwi, jisma' u jixtarr imma mbagħad jieħu d-deċiżjonijiet. Kellek ukoll l-isfida li pajjiżna tpoġġa fuq il-lista l-griża, għal darb'oħra, il-ħidma wettaq il-Gvern rat lil pajjiżna jitneħħa minn fuq il-lista żmien rekord. It-tmexxija tal-Prim Ministru kienet strumentali biex bħala pajjiż warrabna elementi ta' suppervja u twetqet il-ħidma u l-bidla Robert Abela: Tliet snin kuraġġjużi għal Alex Agius Saliba huwa MEP f'isem il-Partit Alex Agius Saliba Alex Agius Saliba huwa MEP f'isem il-Partit Laburista

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 February 2023