Illum previous editions

ILLUM 19 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1493023

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 23

IL-ĦADD 19 TA' FRAR 2023 • illum aħbarijiet Ilwien, briju u kulur fin-Nadur hekk kif jibda l-Karnival Il-Karnival spontanju tan-Nadur beda il-Ġimgħa filgħaxija fil-pjazza ewlenija u t-toroq prinċipali tan-Nadur. Filwaqt li kellna temp mill-aqwa, in-nies ma qagħdux lura milli jipparteċipaw bi ħġarhom u bil-karatteristiċi uniċi kollha li jġib miegħu dan il-Karnival spontanju. Dan kollu jawgura tajjeb ħafna għall- erbat ijiem li fadal tal-Karnival fejn kull filgħaxija sa nhar it-Tlieta f 'nofsillejl, in-Nadur ikun jixgħel bl-ilwien, briju, u spontanjetà li joffri biss il-Karnival spontanju tan-Nadur. Intant illum il-Ħadd il-Belt Valletta se tkun ikkaraterizzata minn attivitajiet tal-Karnival li jibdew mill-10:00 a.m b'kompetizzjonijiet fi Pjazza San Ġorġ, bil-karrijiet trijonfali imbagħad jibdew l-isfilata madwar it-toroq ewlenin tal- Belt Valletta. Iktar tard tkompli l-parata bis-sehem tar-Re tal-Karnival, bl-attivitajiet jibqgħu għaddejjin sa tard bil-lejl. Wara nofsinhar fil-Belt Valletta wkoll se ssir il-Qarċilla. Għalhekk illum il-Belt Valletta se tkun mimlija kulur, briju u allegrija li wieħed ma għandux jitlef.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 February 2023