Illum previous editions

ILLUM 19 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1493023

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 23

Emenda Abort: Il-koalizzjoni ta' kontra l-abort tisħaq li ilha minn Diċembru tiġi injorata mill-Gvern 'Irridu nħaffu' jwissi Zelenskyy quddiem konferenza fi Munich 06 aħbarijiet IL-ĦADD 19 TA' FRAR 2023 • illum Il-President Ukren Volodomyr Zelenskyy ħeġġeġ lill-alleati tiegħu tal-punent biex iħaffu l-appoġġ militari lill-Ukrajna u wissa li dewmien se jivvantaġġja lir-Russja. Huwa kien qed jitkellem waqt konferenza Internazzjonali tas-Sigurtà illi fiha qal ukoll li ma hemm ebda alternattiva ħlief illi d-deċiżonijiet jittieħdu kemm jista' jkun malajr għaliex hemm ħajjiet li jiddependu minnha. Zelenskyy kien qed jitkellem waqt il-Munich Security Conference fil-Ġermanja lbieraħ. Huwa qal li l-Ukrajna tiddependi mill-armi sabiex issir il-ġlieda kontra dik li qal illi hija l-"ambizzjoni ta' Vladimir Putin." Madwar 40 Kap ta' Stat u tal-Gvern, kif ukoll politiċi u esperti tas-sigurtà minn madwar 100 pajjiż, inkluż l-Istati Uniti, l-Ewropa u ċ-Ċina kienu qed jattendu din il-laqgħa. Zelenskyy kkumpara l-ġlieda tal-Ukrajna mat-taqbida bejn David u Gulija u qal li filwaqt li l-Ukrajna għandha l-kuraġġ ta' David għandha wkoll bżonn l-għajnuna f 'armamenti, kif kellu l-iżbandola David. "Din mhux biss dwar l-Ukrajna. Il-punt huwa li Gulija hemm bżonn li jitlef u ma hemm ebda alternattiva għal dan," qal il- mexxej Ukren. Huwa qal li dan għandu jiġri għax il-Kremlin jista' jkisser is-sigurtà u l-paċi ta' dawk kollha li fil-fatt kienu jinsabu fil- konferenza. Filwaqt li ħalef li pajjiż se jibqa' jiġġieled wissa li r-Russja tista' tkompli teqred ħafna ħajjiet. "Għalhekk irridu inħaffu," temm jgħid il-Mexxej Ukren Volodomyrr Zelenskyy. Il-President Ukren Volodomyr Zelensky Il-Koalizzjoni Int Tista' Ssalvani - li sostniet illi hija appoġjata minn 80 espert u 25,000 persuna li ffirmaw petizzjoni kontra l-emenda li ressaq il-Gvern u li titratta t-tqala - qalet illi kemm id- Deputat Prim Ministru Chris Fearne kif ukoll il-Prim Ministru Robert Abela qed iwegħdu li ser issir konsultazzjoni li titratta proprju din l-emenda. Fil-fatt il-koalizzjoni tgħid li skont rapporti fil-midja Fearne qal li l-Gvern se jkollu laqgħat dwar l-abbozz ta' liġi dwar l-abort ma' "firxa wiesgħa" ta' stakeholders sal-ġimgħa d-dieħla jew ta' wara. Fakkru wkoll li l-Prim Ministru ġie kkwotat jgħid ukoll li l-Gvern se jiltaqa' ma' kulħadd biex jiem it-tħassib u l-biżgħat ewlenin ippreżentati mill-emenda u jipprova jiem kull tħassib dwar kif din tista' tiġi abbużata. Il-Koalizzajoni qalet li ilha mill-1 ta' Diċembru titlob għal-laqgħa urġenti iżda qalet li baqgħet qatt ma rċeviet risposta. Intant fi stqarrija il-Koalizzjoni sostniet li jekk il-Gvern irid ġenwinament jikkonsulta, jrid jisma' l-vuċijiet ta' kulħadd u mhux biss dawk favur l-abort, "filwaqt li jinjora kompletament il-Koalizzjoni Int Tista Isalvani u l-Grupp ta' 80 Espert appoġġjat minn aktar minn 25,000 petizzjonant." Miriam Sciberras, Chairperson tal- Koalizzjoni, qalet li bil-kelma "kulħadd" tiem dawk kollha li għandhom opinjoni dwar is-suġġett. Fl-istqarrija jingħad li hija ħasra li l-Ministru Fearne "għażel li jpinġi t-tħassib ġenwin u razzjonali ta' tant Maltin bħala 'hype and frenzy' sempliċiment għax ma joqogħdux fuq il-kelma tiegħu." Il-koalizzjoni tisħaq li Fearne għandu jagħraf li l-proposta attwali għandha periklu u potenzjal li tiġi abbużata u li "sempliċiment bidliet kożmetiċi u l-kliem ieħor biex iserraħ l-moħħ min-naħa tiegħu it li xejn ibiddlu dan." Il-Koalizzjoni u l-Grupp ta' esperti qalu li jinsabu impenjati li jippreżentaw proposti li jiżguraw il-protezzjoni tal-ommijiet f 'sitwazzjonijiet ta' theddida għall-ħajja. Dan filwaqt li jiżguraw li l-ħajja tat-trabi mhux imwielda tkun protetta mir-riskju ta' terminazzjoni "għal kwalunkwe raġuni mhux ġustifikata taħt it-terminu wiesgħa tal-kelma "saħħa". Dan ikun sempliċement abort fuq talba," temmet issostni il- Koalizzjoni.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 February 2023