Illum previous editions

ILLUM 19 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1493023

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 23

09 analiżi illum • IL-ĦADD 19 TA' FRAR 2023 jsolvi? Għaliex hemm ċans aħħar xhur l-apatija fil-PN kienet waħda qawwija ħafna u dan kien jidher ċar f 'diversi istanzi. Iċ-ċelebrazzjonijiet tal- Indipendenza ġew imħassrin għall-ewwel darba fl-istorja, protesta li kellha attendenzi inqas minn dawk tal-NGO Repubblika u li ma kellhiex kontinwità mibnija fuqha, Dar Ċentrali li baqgħet iddominata mill-vojt u sentiment ċar fit-toroq ta' ħafna votanti nazzjonalisti li għalkemm huma u se jibqgħu jivvotaw lil dan il-partit, tilfu l-interess. Din l-apatija mhijiex frott dirett tad-deċiżjonijiet ta' Bernard Grech. Il-Kap kurrenti kompla - għal diversi raġunijiet jaċċentwa din il-problema. L-għeruq tas-sitwazzjoni fil- partit u l-apatija fi ħdanu huwa l-fatt li ilu mill-2009 jitlef kull elezzjoni ta' portata nazzjonali b'aktar minn 33,000 vot. Dan ifisser sitt elezzjonijiet nazzjonali (Ġenerali u tal- Parlament Ewropew) illi fihom il-PN ħa disfatta qarsa wara oħra. Dan apparti, li l-PN tilef il- kontroll ta' ħafna lokalitajiet fl- elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, fosthom tal-Belt Valletta, is- Siġġiewi, il-Mellieħa, Birkirkara, il-Pietà, L-Għarb u San Pawl il-Baħar, kif tilef il-maġġoranza li kellu għal għexieren ta' snin f 'Għawdex bħala Distrett. Dawn it-telfiet mhux biss kissru l-moral tan-Nazzjonalisti imma fil-perċezzjoni ta' ħafna rrendew lill-PN 'unelectable'. Bħala riżultat ta' dan ħafna nies mhumiex jagħtu biżżejjed rilevanza lil dak li qed jgħid il- PN, u allura dak il-porzjon kbir ta' nies li mhumiex laburisti imma li fl-aħħar 10 - 14-il sena vvotaw Labour lanqas biss qed iħarsu lejn il-PN bħala għażla vijabbli. L-irrelevanza hija l-akbar għadu politku. Aħjar mibgħud, milli njorat! Dan kollu juri għalhekk li Grech la ġab il-popolarità personali u lejn il-partit li ħafna ttamaw li kien se jġib, u minn naħa l-oħra ambraċċa lil Adrian Delia bl-allegazzjonijiet kollha li sarulu u li minħabba fihom tneħħa. L-akbar preġju ta' Grech huwa li ġab ftit kalma fil-partit, sforz il-komportament kalm tiegħu, il-fatt li qatt ma ċċappas b'dellijiet ta' korruzzjoni - anke jekk kellu problemi ta' ħlas ta' taxxa - fil- bidu kellu ħafna rieda li jbiddel l-affarijiet u ħa wkoll diversi pożizzjonijiet ċari kontra l-ġlied tad-Deputati fil-pubbliku. Jibqa': Il-problema tal-PN hija ħafna akbar minn Bernard Mela issa ejja nagħtu ħarsa lejn in-naħa l-oħra tal-munita. Huwa ċar li r-riżultati ħżiena ħafna li kiseb il-Partit Nazzjonalista mill-Elezzjoni tal- Parlament Ewropew tal-2009 ma kellhomx persuna marbuta magħha. X'jiġifieri? Mill-2009 lil hawn il-Partit Nazzjonalista kellu erba' Kapijiet: Lawrence Gonzi, Simon Busuttil, Adrian Delia u issa Bernard Grech. Ħadd minn dawn ma kiseb riżultat aħjar minn tkaxkira ta' 30,000 vot f 'dawn is-snin. Dan x'ifisser? Ifisser li t-telf elettorali li qed ikun il-kaġun ta' tant apatija ma jistax jintrabat esklussivament ma' Kap wieħed jew ma strateġija waħda. Jiġifieri l-PN tilef b'dawn l-ammonti kemm meta ntrabat kważi esklussivament mal-kwistjoni tal-korruzzjoni/ governanza imma anke meta iġġieled elezzjoni fejn ma baqax marbut kważi esklussivamemt ma' din il-materja. Kemm meta l-PN kien fil-Gvern u allura meta kien qed jiżbalja u jdejjaq lin- nies, imma anke fl-Oppożizzjoni meta l-iżbalji governattivi kien qed jagħmilhom il-PL. Għalhekk huwa ċar li l-problema mhix esklussivament il-persuna, imma l-partit innifsu fit-totalità tiegħu. Dan ifisser li jekk Bernard Grech jitneħħa sempliċiment bit-tama li t-tneħħija tiegħu twassal għal xi miġja ta' "messija" u għal bidla assoluta tal-fortuni politiċi tal-PN, dan ikun pass superfiċjali u riskjuż ħafna. U hawnhekk tidħol fix-xena Roberta Metsola, President tal- Parlament Ewropew. Jidher li l-kalkolu li qed isir huwa li r-riskju ta' pass bħal dan iħalli l-frott jekk Metsola tieħu t-tmun tal-partit. Inizzjalment - jew kif jingħad fil-lingwaġġ tal-avukati prima facie - dan l-argument jagħmel sens. Żgur li l-miġja ta' Metsola - persuna li issa rabbiet statura ewropea u internazzjonali konsiderevoli - fit-tmun ta' partit għajjien jagħti spinta ta' enerġija u ħeġġa, li tant u tant il- PN għandu bżonn. Ikun ifisser ukoll li dawk l-eluf ta' votanti li la huma Laburisti imma lanqas nazzjonalisti u li fil-PN ma jaraw ebda alternattiva, issa jibdew iħarsu b'interess u kurżità fid-direzzjoni tad-Dar Ċentrali. Il-fatt ukoll li hija mara u allura tkun l-ewwel Kap ta' partit politiku kbir u PM prospettiv mara, żgur li jqajjem ħafna interess. Iżda dan huwa l-effett inizzjali. Il-ġelu fuq kejk b'ħafna problemi, il-lavur tal-faċċata ta' binja qed tiġġarraf. Għax il- problema tmur lilhinn mill-Kap, għalkemm il-Kap jista' jkun parti minnha. Il-mistoqsija tibqa': Wara l-eċitament tal-bidu Metsola, li għandha karriera politika quddiemha fl-UE tistenniha, se jirnexxilha tagħmel dak li ma sarx fl-aħħar snin? Se jirnexxila tqajjem l-entużjażmu u ddawwar l-interess f 'voti? Se jirnexxilha tinża' l-mentalità politika ewropea għal dik Maltija? Se tkun kapaċi terġa' tirrevedi l-pożizzjoni tagħha fuq ċerti kwistjonijiet, bħall-abort? Se tkun loġistikament possibbli għaliha li tniżżel familja sħiħa minn barra lura għal Malta? Se tkun lesta li tagħmel l-aktar bidla kruċjali: Filli Kap tal-policies tal-Parlament Ewropew, tarġa 'l bogħod minn karigi prestiġjużi ewropej, filli fid-djar u l-każini tisma' l-uġigħ u l-ilmenti tan- nies, anke jekk mhux dejjem ġustifikati? Suċċess fil-Parlament Ewropew mhu ebda garanzija ta' suċċess lokali, għax l-udjenza hija kompletament differenti. U allura minflok il-PN jistaqsi x'riskju lest li jieħu, probabbilment se tkun Metsola innifisha li se tistaqsi x'riskju lesta tieħu hi u jekk dak ir-riskju hux se jkun vallapena jew inkella le, għax tiġi, tissagrifika karriera ewropea biex il-PN xorta jibqa' fl-Oppożizzjoni! Grech għalhekk jaf joħloq problemi ħafna akbar jekk jitlaq issa. Problemi li l-PN żgur ma jiflaħx għalihom. Problemi ta' inċertezza kbira.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 February 2023