Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1493588
19 editorjal illum • IL-ĦADD 26 TA' FRAR 2023 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt J ekk hemm kelma li ma toqgħod imkien viċin l-oxxenità tal-kun- tratt tal-VGH hija din: Diċenza. Dan il-kuntratt kien wieħed mill-aktar oxxen u indiċenti għax mhux talli kien magħmul biex igawdi l-kun- trattur barrani, li l-Qorti issa tgħidilna li kellu intenzjonijiet malinni. Mhux talli kien magħmul biex il-VGH tagħmel li trid għas-spejjeż tagħna, talli ħallasna fuq li ħallasna, il-miljuni fuq il-miljuni u ma għandhom kważi xejn x'juru għal flus li daħlu f 'buthom, speċjalment il-VGH. Mela allura dan l-editorjal mhux se joqgħod jomgħod kliemu, bħalma qatt ma għamel fuq dan l-iskandlu moqżież u oħrajn. U ħa nużaw kliem l-Imħallef stess: Gidbu, qarrqu, iffrodaw u ppjanaw serqa minn fuq flusna. €190,000 kuljum kienu qed jingħataw mill-Gvern. U ta' dan tafu x'għandhom x'juru? L-Isptar San Luqa li qalulna illi se jkun sptar tar-rijabilitazzjoni state-of- the-art u li minflok jaqa' biċċiet kien u hekk baqa'. Is-sodod turistiċi, ma sarux. Is-sodod f 'Karin Grech? Ma sarux. Il-pagi kien iħallashom il-Gvern, kien joħroġ €1.8 miljun f 'tagħmir kull sena minkejja li l-isptarijiet kienu għand il-VGH/Steward, il-VGH ma kinux qed iħallsu lill-kuntratturi u lill-ħaddiema tal-IT. U allura nistaqsu, f 'liema but marru il-€190,000 kuljum? Fejn marru flusna? Kif ħadd ma nżamm kontabbli mill-VGH? Fejn hu Ram Tumuluri, dak li heddina li jeħodna l-Kanada u jfallina bħala gazzetta permezz tar-rappreżentant Malti tiegħu? Mela allura, iva, dik tal-VGH/Steward ma hi xejn għajr serqa bil-barka ta' xi ħadd li ried jew riedu jagħtuha l-barka. Ma hu xejn għajr abbuż sfrenat minn flus il-poplu, minn kumpanija li kienet diġà qed tgħodd il-profitt qabel biss il-Gvern ħareġ Rikjesta għall-Proposti tal-Proġett! Kollox maħdum bizzilla, biex l-Ultimate Beneficiary Owner tal-VGH fil-British Virgin Islands igawdi u l-poplu jħallas il-miljuni. U minn fuq, wara sentenza umiljanti bħal dik tiġi Steward Healthcare u tieħu attitudni mill-aktar arroganti u pastaża, wara li heddet ġurnalist ukoll! Steward Healthcare: Pay up, pack up and get out! Imma ma niqfux hemm. Min għen lill-VGH u lil Steward u ffaċilitalhom din is-serqa tradixxa l-interessi tal-pajjiż, tradixxa l-interess tal-poplu u tradixxa lil dawk li fdawh. Kif iktar tista' tispjega l-fatt li l-VGH ma tkun qed tagħmel kważi xejn u Konrad Mizzi jibqa' jagħtihom estensjoni fuq oħra? Kif tista' tispjega l-fatt li l-Gvern jiffirma kuntratt li fih ngħidu lill-VGH, 'isma' tista' ma tagħmel xejn milli ehma u jekk xi ħadd iwaqqaf il-kuntratt li inti ksirt inħallsuk aħna!" Lanqas l-akbar ċuċ u l-akbar iblaħ ma jidħol f 'kuntratt bħal dan! Tal-mistħija. Imma l-kobba għadha trid titħabbel kollha u għad hemm x'jinkiteb u għad hemm uċuħ li għad iridu jinbelgħu bl- imbarazzament ta' din is-serqa. Għalhekk għandha ssir investigazzjoni mill-aktar fis possibli fl-operat ta' Konrad Mizzi illi bl-aktar mod ċar - skont il- Qorti - akkomoda lill-VGH. Għaliex akkomodahom? Fl-interess ta' min? Xi ħadd daħħal xi ħaġa fil-but? Għażiż Robert Abela... "Issa int hemm Prim Ministru u għalkemm inti ma kontx Prim Ministru meta saru dawn il-ħniżrijiet, issa int hemm u inti trid tara kif se ssolvi din il-qassata li writ. Dan l-Editorjal jemmen li inti tista' tagħmlu dan, kif ippruvajt - u f 'diversi każi irnexxejt - f 'setturi oħrajn. Kif wara kollox għamilt int stess meta b'għaqal keċċejt lil Konrad Mizzi mill-partit. Immaġina kieku baqa' jmaxtar fil-partit, iex ikun jinsab il-Labour illum! Dwar dan il-kuntratt: L-ewwelnett, iddiżassoċja u kkundannah. Ma hemm xejn tajjeb f 'persuna pubblika li tiffirma kuntratt f 'isem il-poplu li jmur kontra l-interess tal-poplu. Fuq dan tirbaħ il-punti żgur. It-tieni: Apoloġija u ċertezza li affarijiet simili ma jerġgħux jiġru ma jagħmlux ħażin, u jkunu it duwa għal dawk il-ħafna li huma rrabjati b'affarijiet bħal dawn. Inkorlati għal dan il-kuntratt/serqa. It-tielet: Ara li l-proċess biex il- poplu jieħu lura l-isptarijiet, filwaqt li jirrispetta l-liġi, ikun spedit. Tliet sptarijiet għandhom ikunu lura f 'idejn il-poplu. Għax Malta tal-Maltin, mhux tal-ħallelin! U finalment: Aħdem kemm tiflaħ biex kull sold li nsteraq jittieħed lura u jiġi investit proprju f 'dawn it-tliet sptarijiet. U Adrian Delia U finalment, dan l-Editorjal jixtieq jawgura lil Adrian Delia għar-rebħa li għamel - anke jekk xi minn daqqiet kien waħdu - għaliex il-kawża tiegħu tista' verament tagħmel id-differenza u ġustizzja mal-poplu. Mir-rebħa legali tiegħu, se jirbaħ il-poplu kollu. Għax artna tagħna. L-assi ta' Malta huma tagħna, l-isptarijiet, huma tagħna u pajjiżna huwa tagħna. U ta' ħadd aktar. Sraqtuna biżżejjed u żżejjed: Agħtuna l-isptarijiet lura!