Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1493588
04 aħbarijiet IL-ĦADD 19 TA' FRAR 2023 • illum 'Robert Abela u sħabu jridu jerfgħu r-responsabilità'- Bernard Grech Grech qal li "Robert Abela ilu involut f 'dan il-kuntratt frodist għax kien Konsulent tal-Kabinett meta bdiet din il- kwistjoni kollha." Minkejja dan, tajjeb li nfakkru li Abela ċaħad kull tip ta' involviment anke li ikkonsulta fil-perjodu li fih sar dan il-kuntratt. Fuq hekk, Delia fakkar kif il- Qorti kienet ċara li Robert Abela kien responsabbli "in primis. U għalkemm hu qed jgħid li ma kienx involut, kulħadd jaf li dan mhux minnu għax Robert Abela kien Konsulent tal-Kabinett u bħala Membru Parlamentari ivvota biex tal-Vitals u ta' Steward jingħataw il-miljuni." "L-unika reazzjoni tiegħu s'issa kienet li dak iż-żmien, hu ma kienx fil-Kabinett, daqslikieku ried jarmi lil Joseph Muscat u lill-Kabinett tiegħu. B'hekk, Robert Abela għażel li jkompli jipproteġi lilu nnifsu u l-ftehim korrott u frawdolenti," sostna Grech. Huwa qal ukoll li l-Partit Laburista, "għax kodard qed jagħżel l-istrateġija li wieħed iwaħħal fl-ieħor." Intant Delia qal illi l-Gvern ilu s-snin iwiegħed sptar ġdid f 'Għawdex, li kellu jinbena fi żmien tliet snin kif ukoll li jsir immodernizza fl-Isptarijiet San Luqa u Karin Grech. "Iżda minkejja li tal-Vitals u ta' Steward baqgħu ma għamlu xejn minn dan, il-Gvern ġeddilhom il-kuntratt u baqa' jżidilhom il-fondi ta' kull sena. Dan ġara biss biex ikomplu jiffordaw lill- poplu." Delia fakkar ukoll li, fil-Protest Ġudizzjarju li hu ppreżenta mal- Kap tal-Partit Nazzjonalista, "intalbet ir-responsabbiltà personali minn kull min ikompli jappoġġja dan il-ftehim." "Robert Abela ma jistax jaħrab." Hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech akkumpanjat mid- Deputat Adrian Delia fi stqarrija quddiem l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. Huwa sostna wkoll li "hu u sħabu jridu jerfgħu r-responsabilità." Muscat: 'L-akkużi ta' frodi kienu fil-konfront ta' Steward u mhux tiegħi' L-eks Prim Ministru Joseph Muscat għal darboħra ikkummenta u qal illi, l-akkużi ta' frodi fis-sentenza kienu fil- konfront ta' Steward Healthcare u mhux fil-konfront tiegħu jew il-Gvern li kien immexxi minnu. "Barra minn hekk ma hemmx referenza għal korruzzjoni," żied Muscat. Huwa żied jgħid li l-fatt li l-konċessjoni tal-isptarijiet ġiet diskussa u ttieħdu deċiżjonijiet dwarha numru ta' drabi fil- Kabinett, mhux xi ħaġa ġdida, "fil-fatt dan huwa inkluż tabella li tinsab fir-Rapport tal-Awditur Ġenerali u li l-Qorti għamlet tagħha." Huwa sostna li l-Kabinett minn dejjem għandu sistema stabbilita ta' skrutinju legali tad- deċiżjonijiet li jittieħdu. "Jiena personalment nissemma fis-sentenza darbtejn. L-ewwel fejn jingħata rendikont tax-xhieda tiegħi, li dwarha l-Imħallef ma sabx kummenti kuntrarji x'jagħmel. It-tieni fejn l-Imħallef jikkwota parti minn din ix-xhieda fejn għidt li l-konċessjonarji ma kienux wettqu dak kollu mistenni minnhom," żied jgħid Muscat. Fl-aħħar huwa qal li r-raġuni għaliex l-Imħallef ħassar il- konċessjoni "kienet biss li fil- fehma tiegħu, il-konċessjonarji ma wettqux dak mistenni minnhom." Tenna wkoll li jilqa' kull tip ta' skrutinju ulterjuri li jista' jkun hemm wara dak li sar mill- Awditur Ġenerali u mill-Qorti.