Illum previous editions

ILLUM 26 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1493588

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 23

16 kultura IL-ĦADD 26 TA' FRAR 2023 • illum Il-Pellegrinaġġ ta' Ħadd in-Nies: Storja, MANUEL ABDILLA "Ħaż-Żabbar u l-Madonna min jifridhom?" Hekk stqarr il-poeta Karmenu Ellul Galea huwa u jdomm versi li bihom jagħti ġieħ lil din ir-rabta devozzjonali bejn iż-Żabbarin u l-Padruna tagħhom, il-Madonna tal- Grazzja. Mill-ġdid, bħal diversi sekli qabel, jerġa' jirritorna din is-sena wkoll il-pellegrinaġġ devozzjonali ta' Ħadd in- Nies, wara waqfa ta' tliet snin minħabba l-pandemija. Il-pellegrin kien is-soltu dak it-tali li kien stranġier għall-art li kellu jimxi fiha. Kien persuna vulnerabli propju għax kien sejjer f 'art li ma kienx jaf, imma li kien jeħtieġlu jirriskja jmur fiha biex isib lilu nnifsu mill-ġdid, biex isir xi ħaġa aħjar mill-persuna li telaq biha qabel. Din il-vulnerabbiltà ma għandniex nimuha biss f 'termini ġeografiċi: Li wieħed iħalli l-kwotidjanità tiegħu biex jimxi wara x-xbieha ta' Marija Santissima, diġà minnu nnifsu għandu jdawwar il-ħarsa tagħna lejn is-sagru. Din allura hija opportunità rari li wieħed issib it tal-ħin biex jisma' dak li trid minnu Marija Santissima. Riparazzjoni għall-"eċċessi" tal-Karnival Id-drawwa tal-pellegrinaġġi lejn il-Knisja ta' Ħaż-Żabbar għandha għeruq mill-aktar antiki. Kienet b'saħħitha sew fi żmien l-Ordni ta' San Ġwann. Bosta kienu jirrikorru lejn is-Santwarju ta' Ħaż-Żabbar biex jitolbu xi grazzja fis-sofferenzi tal-ħajja, b'mod speċjali nhar ta' Erbgħa, biex hemm joffru talb u suppliki lill-Madonna tal-Grazzja. L-Erbgħat tar-Randan kienu jaraw żieda konsiderevoli fid-devoti li kienu jersqu lejn is-Santwarju biex ipattu ta' xi eseġerazzjonijiet li setgħu wettqu fil-ġranet tal-Karnival. L-aktar ġurnata imbagħad li kienet tara nies kienet dik ta' Ras ir-Randan. Wieħed jara li din id-drawwa kienet tixbah lil dawk li f 'parroċċi oħra kienu l-kwaranturi tal-Karnival, li huma erbgħin siegħa ta' adorazzjoni b'riparazzjoni għall-eċċessi li kienu jsiru fil-ġranet tal-Karnival. Maż-żmien dawn il-pellegrinaġġ bidlu l-jum tagħhom u flok nhar t'Erbgħa bdew isiru nhar l-ewwel Ħadd tar-Randan. Id-devozzjoni tinbidel f'xalar Mal-miġja tas-snin, post id- devozzjoni ħadu ix-xalar hekk li naraw li għall-bidu tas-seklu għoxrin bosta kienu dawk li kienu jiġu minn kull rokna tal-gżira. Il-ħwienet kienu jaraw li dawn il- ġemgħat li kienu jiġu kienu jkunu moqdija tajjeb. Tant hu hekk li Emmanuel Vella jtenni kif din il-ġurnata mal-miġja taż-żmien inbidlet f 'Karnival ieħor.' Uħud minn dawn darba dehrilhom li peress li l-vjaġġ kien jieħu tul ta' ħin wara nofsinhar kienu jidħlu l-knisja biex jistrieħu xi it. Dan xejn ma għoġob lil Dun Leopoldu Farrugia, il-kappillan ta' Ħaż- Żabbar. Meta ra kif dawn kienu qegħdin jipprofanaw il-knisja bl- aġir tagħhom ordna li jitneħħew is-siġġijiet u l-bankijiet kollha tal-knisja. Ordna wkoll li jitneħħa s-sagrament minn fuq l-artal maġġur u jitqiegħed fis-sagristija. Il-Kappillan Catania, imbagħad reġġa' lura s-sinifikat spiritwali li kellu dan il-pellegrinaġġ billi Ħadd in-Nies tas-7 ta' Marzu 1927 ħa l-forma ta' korteo li fih kienu jieħdu sehem l-għaqdiet reliġjużi u sekulari kollha. Ma dawn kienu imbagħad jingħaqdu il-filarmoniċi kollha ta' Ħaż-Żabbar. Dawn kienu jitilqu f 'pellegrinaġġ li kien jibda minn tarf Triq is-Santwarju. Il- Kappillan f 'din il-ġurnata kien imbagħad jelenka d-diversi grazzji ta' fejqan li kienu inqalgħu matul dik is-sena. Sena biss wara din ir- riforma, nhar it-26 ta' Frar 1928, minħabba l-folol kbar li attendew għal din iċ-ċerimonja, ħadet sehem il-kavallerija biex tidderieġi l-pellegrini. Dakinhar Saverio Bugeja, ta' 46 sena, miet hekk kif iż-żiemel li kien qed isuq sfratta u tefgħu minn tulu fl-art. Fi żmien il-Kappillan Zarb, fit-13 ta' Marzu 1949, saret dimostrazzjoni lill-Arċisqof fl- għeluq taż-żjara pastorali u hu wiegħed li jagħmel ħiltu kollha biex ix-xbiha tal-Madonna tal- Grazzja tkun inkurunata. Id- digriet tal-Inkurunazzjoni tal- Kwadru tal-Madonna tal-Grazzja imbagħad tħabbar f 'Ħadd in-Nies tas-sena 1950, li dik is-sena ħabat nhar is-26 ta' Frar. Dakinhar ukoll iż-żewġ baned għamlu dimostrazzjoni. Tibda it-tradizzjoni tal-Floats li jfakkru avvenimenti storiċi Fi żmien l-istess kappillan Zarb Bħal-lum f'Ħaż Żabbar jsir dak li jissejjaħ Ħadd in-Nies: Pellegrinaġġ Djoċesan li jilħaq il-qofol tiegħu fis- Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja. Ħarsa lejn l-istorja ta' dan l-avveniment li forsi ħafna li mhumiex Żabbarin ma jafux bih...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 February 2023