Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1493588
20 Josianne Cutajar hija Ewroparlamentari f'isem il-Partit Laburista Josianne Cutajar opinjoni IL-ĦADD 26 TA' FRAR 2023 • illum L-aċċess għall-internet għal kulħadd M hux kuljum tkun ti- sta' tgħid li proposta tiegħek ġiet addot- tata. Imma madwar ġimgħatejn ilu hekk ġara, hekk kif il-Partit Soċjalista Ewropej irrikonoxxa b'mod formali l-im- portanza tal-aċċess għall-internet bħala dritt fundamentali, u dan bħala parti mill-politika diġitali tiegħu. Forsi jkun hawn min jgħidlek, imma dawn id-drittijiet kollha x'importanza għandhom? Id-drittijiet fundamentali u umani kultant jittieħdu b'mod ovvju, pero' huma essenzjali u aktar b'saħħithom minn kwalunkwe dritt ieħor. L-aċċess għall-edukazzjoni u s-saħħa, per eżempju; li kieku ma ġewx rikonoxxuti mill-komunita' internazzjonali, kieku nistgħu ninsew li għandna l-livell ta' kura u edukazzjoni li għandna llum, livell li minkejja s-saħħa ta' dawn id-drittijiet, ukoll għadu ma ntlaħaqx b'mod adegwat kullimkien. Jaf ikun hemm min jistaqsi jekk l-aċċess għall-internet huwiex importanti daqs dawn id-drittijiet fundamentali u umani l-oħra li semmejt. Ir-risposta tiegħi ċertament hi li iva, għaliex il-bżonn ta' drittijiet fundamentali u umani ġodda jibqa' jevolvi minn żmien għal żmien. 30 jew 40 sena ilu ma kontx biss toħlom dwar il-bżonn li l-aċċess għall- internet jiġi elevat għal dritt fundamentali. Illum, pero', l-aċċess għall-internet sar bżonn u mhux kapriċċ; preċiżament għaliex id-dinja inbidlet. Dan f 'kuntest fejn it-teknoloġija u d-diġitalizzazzjoni qed isiru dejjem aktar importanti, fejn ħafna mir-riċerka ssir onlajn, fejn is-servizzi offruti onlajn u x-xogħol remot żdiedu. Kif sħaqt riċentament waqt il-Kumitat għall-Istrateġija ta' wara l-COVID, waqt il- pandemija, meta ma stajniex noħorġu u niltaqgħu mal- għeżież tagħna, kien l-internet li żammna f 'kuntatt ma' xulxin. Kien permezz tal-internet, li stajna nibqgħu naħdmu mid- dar, bl-edukazzjoni tkompli b'mod virtwali. Meta ma stajniex niltaqgħu b'mod fiżiku, kien l-internet li żamm id-dinja għaddejja. L-episodju tal- pandemija hu għalhekk tfakkira dwar l-importanza li nkomplu naraw li niggarantixxu r-riżorsi neċessarji biex kulħadd ikun jista' jirriċerka, jikkomunika, jaċċessa servizzi essenzjali u jeduka ruħu. Filwaqt li ħafna minna ma naħsbux dwar dan kollu għax l-internet neħduh b'mod ovvju, mhux kulħadd jaffordja li jkun konness mal-internet u mhux kulħadd jgħix f 'żoni li għandhom il-konnettivita' meħtieġa biex jaqbdu mal-internet. Kien għalhekk li fl-2021 kont jien li ħeġġiġt lill-Kummissjoni Ewropea tiddikjara liema inizjattivi huma ippjanati biex nassiguraw l-aċċess għall- internet bħala dritt fundamentali. Fl-2022, flimkien ma' diversi Membri Parlamentari Ewropej oħrajn, iffirmajt ukoll ittra li tappella għal Karta Ewropea għad-Drittijiet Diġitali u f 'din l-ittra assigurajt li jiġi nkluż l-importanza tal-aċċess għall- internet bħala dritt fundamentali, punt li imbuttajt ukoll fil- Konferenza għall-Futur tal- Ewropa. Issa kien imiss li nara li l-Grupp tas-Soċjalisti jinkludi dan id-dritt fil-politika diġitali tiegħu, punt li sħaqt dejjem fuqu, u li se nkompli nisħaq fuqu f 'ħidmieti. Intant, fiż-żmien li qed ngħixu fih, hu l-obbligu tagħna li nkomplu nistinkaw għal drittijiet diġitali aktar b'saħħithom. Bħala Unjoni Ewropea u bħala pajjiż irridu nkomplu ninvestu fit- teknoloġija, fil-konnettivita', fil-ħiliet diġitali taċ-ċittadini u l-ħaddiema tagħna, fl- affordabbilita' għal kulħadd. Għalhekk, wasal iż-żmien li nieħdu passi konkreti lejn triq diġitali inklussiva għal kulħadd, u li nirrikonoxxu l-aċċess għall- internet bħala dritt fundamentali huwa ħolqa importanti f 'katina ta' miżuri li kapaċi jwasslu għal dan. Inħares 'il quddiem għal aktar ħidma biex niggarantixxu aktar drittijiet, li jinkludu aktar aċċessibilita' għal kulħadd.