Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1493588
F l-2018, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri iffinalizzat investigazzjoni dwar il-ħarsien tal-annimali fl-irżiezet fl-Unjoni Ewropeja (UE). Fir-rapport finali, inti- tolat: Animal Welfare in the EU: closing the gap between ambitious goals and practical implementation ikkonkludiet li, filwaqt li kien hemm progress sostanzjali biex ikun indirizzat it-tħassib tal-utenti, għad hemm in-nuqqasijiet. Hemm lok biex nitgħallmu ferm iktar minn dak li sar s'issa biex jitwettqu l-miri strateġiċi dwar il-ħarsien tal-an- nimali fl-irziezet tal-UE. Meta kienet qed tiġi mfassla d-Direttiva msejħa 'Mill-Għalqa sal-Platt', il-Kummissjoni Ewropeja ikkommettiet ruħha li sa tmiem l-2023 tfassal reviżjoni tal-leġislazzjoni dwar il-ħarsien tal-annimali fl-irziezet. Il-liġi Ewropeja tirregola l-ħarsien tal-annimali fl-irziezet fi tlett stadji differenti: Fir- razzett innifsu, huma u jkunu trasportati minn post għall-ieħor u fil-proċess tal-qatla. L-ewwel pass li sar mill- Kummissjoni Ewropeja hu li ġew eżaminati l-liġijiet kollha applikabbli dwar il-ħarsien tal- annimali fl-irziezet, eżami li hu msejjaħ fitness check. Lesta rapport twil ta' 310 paġna dwar dan. Fih jirreferu ukoll għall- firem miġbura fl-inizjattiva minn ċittadini Ewropej magħrufa bħala "Tmien iż-żmien tal- gaġġa". Inizjattiva li sabet appoġġ qawwi mill-Parlament Ewropew. Wieħed mill-kandidati approvati riċentment għall- elezzjoni tal-Parlament Ewropew ipponta subgħajh lejn waħda mill-miżuri li tissemma fir- rapport dwar il-qagħda attwali tal-ħarsien tal-annimali fl- irziezet. Jidentifika t-tiġieġ tal- bajd b'emfasi fuq il-gaġeġ li qed jintużaw bħalissa u jekk u meta dawn jistgħu jkunu pprojibiti, bl- impatt possibli fuq l-industrija lokali tal-bajd. Huwa ġustament jenfasizza li meta l-UE eventwalment tfassal il-proposti tagħha, għandha tassigura ruħha li l-impatti antiċipati tal-proposti jkunu mkejla anke fix-xenarju lokali, fejn l-irziezet huma żgħar u l-art hi għolja. Huwa ta' importanza kbira li dawn l-impatti jkunu mkejla sewwa. Hekk isir normalment f 'sitwazzjonijiet bħal dawn u nittamaw li dan il-kaz ma jkunx eċċezzjoni. Fil-fatt, studju li jkejjel l-impatt tal-ideat tal-Kummissjoni Ewropeja dwar il-ħarsien tal- annimali fl-irziezet - imfassal f 'Lulju 2021 - jenfasizza li l-kundizzjonijiet li fihom jista' jkun ipprojibit l-użu tal-gaġeġ ikun studjat, mhux biss fl- interess tal-annimali infushom, imma wkoll tal-interessi ekonomiċi u soċjali tal-komunità agrikola fl-UE. Dan jinkludi impatt fuq irziezet żgħar, impatti internazzjonali kif ukoll impatti fuq il-kummerċ u l-ambjent. B'mod partikolari se jkun ikkunsidrat li l-proposti jidħlu fis-seħħ fl-2027 u dan wara li jitqis kull appoġġ meħtieġ lill- bidwi – mhux biss dik finanzjarja. Dan kollu jfisser li s'issa jidher li se jitqiesu ċ-ċirkostanzi u l-impatti fuq kulħadd, inkluż tal- irziezet iż-żgħar! Dak li ntqal dwar it-tiġieġ tal-bajd japplika għall-oqsma l-oħra kollha fejn tinħtieġ il- ħarsien aħjar tal-annimali fis- settur agrikolu. Dan hu meħtieġ li jsir biex aħna bħala pajjiż inkunu kapaċi li nkunu aħna stess li ntejbu l-prattiċi tagħna, mhux noqgħodu nistennew lil ħaddieħor jgħidilna x'għandna nagħmlu. Id-Dipartiment tal- Agrikultura għandu jieħu l-inizjattiva dwar dan. Anke l-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali għandha rwol f 'dan id-dibattitu nazzjonali tant meħtieġ għall-ħarsien tal- annimali fl-irziezet. Ikun ferm aħjar kieku s-settur agrikolu jkun kapaċi jorganizza ruħu aħjar biex ikun f 'pożizzjoni li jkun proattiv u mhux reattiv fil- qasam tal-inizjattivi meħtieġa, dwar il-ħarsien tal-annimali fl- irziezet. It-tibdil ippjanat fil-liġijiet tal-Unjoni Ewropeja dwar l-annimali fl-irziezet ilna nafu li ġej. Flok ma noqgħodu nistennew li dan jiġri, jkun iktar għaqli jekk inħejju ruħna. Jekk ma nagħmlux hekk ma nistgħu nwaħħlu f 'ħadd għal dak li jista' jinqala'. 21 opinjoni illum • IL-ĦADD 26 TA' FRAR 2022 Ħarsien tal-annimali fl-irziezet Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo