Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1493588
08 analiżi IL-ĦADD 26 TA' FRAR 2023 • illum Il-kuntratt tal-VGH: Ċajta goffa ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Is-saga tal-VGH ilha għaddejja issa. Li dan il-kuntratt kellu fuqu ħafna dellijiet u dubji mhix xi aħbar ġdida, anzi. Kważi, kważi min ilu jsegwi din l-istorja lanqas kien sorpriżi wisq minn dak li rriżulta mis-sentenza tal-Qorti. Imma ejja nagħtu it ħarsa lejn il-fatturi ewlenin li għamlu il-kwistjoni tal-VGH, dik li hi, skandlu. VGH: Min huma? Kieku kienu se jakkwistaw konċessjoni ta' għorfa forsi wieħed jasal jifimha. Imma l-Vitals Global Healthcare kienu se jieħdu taħt idejhom tliet sptarijiet pubbliċi - b'wieħed minnhom jinsab fuq medda enormi ta' art. Mhux ċajta! L-isptar San Luqa, huwa kumpless enormi minnu nnifsu, li jinkludi wkoll l-Isptar Karin Grech. Iżda apparti dan, il-Vitals ingħataw ukoll l-uniku Sptar Pubbliku f 'Għawdex. Fid-dinja tal-lum, anke tmur f 'ristorant biex sempliċiment tiekol ikla, tidħol fi tripavdisor jew fuq il-facebook, biex tiċċekkja ir- reputazzjoni ta' dak l-istabbiliment aħseb u ara kumpanija li se jkollha taħt idejha tliet sptarijiet pubbliċi. Minkejja dan, Vitals Global Healthcare (minkejja l-'Global' f 'isimhom) ma kellhom ebda esperjenza fil-qasam. XEJN. Qisek tmur fit-triq, taqbad lill-ewwel Joe jew Ċikku u tgħidlu "ibnili d-dar jekk jogħġbok". Daqshekk kienet patetika d-deċiżjoni li minn tant kumpaniji tintgħażel i-VGH! Imma dażgur... La kienu mifthemin! Imma dażgur li tingħażel il- VGH, la kienet saret laqgħa, bil- moħbi - wara dahar kulħadd, wara dahar min seta' kien interessat f 'dan il-proġett multi-mijunarju minn wara dahar anke l-Kabinett stess - illi matulha kien deċiż li l-VGH se tirbaħ. Mela isimgħu! Ħadd ma jaf bil-proġett. Ħadd! Iltaqgħu bil-moħbi u r-rappreżentanti tal-Gvern mal-VGH iffirmaw ehim (Memorandum of Understanding) biex meta jinfetaħ il-proċess tal- għażla, il-VGH tkun taf eżatt x'għandha tgħid u tipproponi - anke jekk tkun qed tibblua - biex il-konċessjoni teħodha hi. Pero fil-verità kellhom jiġu l-aħħar! Rapport tal-Awditur Ġenerali qal illi mhux talli ma kellhiex tirbaħ, talli kellha tkun skwalifikata mit-tiġrija. Imma mill-aħħar, ġiet l-ewwel! L-NAO qal hekk: "Il-koinċidenza bejn dan il-ehim (Memorandum) u l-konċessjoni kienet ċara u ħolqot dubju u tħassib kbir rigward l-integrità tal-konċessjoni eventwali. It-tħassib tal-NAO jiżdied fid-dawl tan-nuqqas min- naħa tal-Gvern li jipprovdi lil dan l-Uffiċċju kopja tal-ehim. Dan l-Uffiċċju huwa tal-fehma li dan il-ehim ipprovda raġunijiet għall- iskwalifika ta' VGH." Ram Tumul-MIN? U mix-xejn ifeġġ l-isem Ram Tumuluri. Awtorità fi-qasam tas-saħħa? Le. Persuna b'CV eċċezzjonali fil-managemet? Le. Stilla fi proġetti simili? Le. Taf min hu l-persuna li Konrad Mizzi selliflu tliet sptarijiet pubbliċi, jiġifieri prorpjetà tiegħek? Raġel li fil-Kanada kien akkużat illi seraq il-flus minn karti ta' kreditu ta' klijenti tal-lukanda li kien imexxi: In-Nikita Lake Lodge. Artiklu 60 tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-British Columbia tgħid hekk; 'Il-kumpanija poġġiet lis-sidien kollha f 'riskju sever. Qed nirreferi għal fatt li T&V...ħassru r-rekords tal-kontijiet u ħadu depożiti mill- karti ta' kreditu mill-'bookings' tal- Milied...' Kumpanija, f'kumpanija, f'kumpanija... ta' xi ħadd li ma nafux min hu Kumpanija serja xi tkun? Tkun kumpanija li nafu ta' min hi, min qed jaqla' l-profitti minnha u li Ma ħallsux il-pagi huma, ma nvestew kważi xejn, l-ewwel €1.8 miljun iħallashom il-Gvern, il-kuntratturi u tal-IT għamlu żmien ma tħallsux u l-VGH kienu qed jieħdu €190,000 kuljum. Fejn marru dawn il-flus? Hekk suppost kellu jidher l-Isptar San Luqa imma minflok għadu nieżel biċċiet