Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1494130
14 Justin Anastasi huwa d-Direttur ta' We Consult You u Opinjonist Politiku Justin Anastasi opinjoni IL-ĦADD 5 TA' MARZU 2023 • illum Bżonn ta' pjan nazzjonali għall-inklużjoni effettiva tal- barranin f'pajjiżna L -aħħar ċifri li ħarġu miċ-Ċensiment, li kien sar matul ix-xhur li għaddew, iwasslu stampa ċara ta' kif pajjiżna qiegħed jinbidel b'mod li mhux biss ibiddlu l-wiċċ tal-amb- jent tal-gżira tagħna, iżda wkoll d-demografija, il-mod u l-istil tal-ħajja tagħna. Dawn qegħdin jibiddlu dak li jagħmilna Maltin. U dan mhux biss fil-lingwa, l-valuri u l-użanzi iżda wkoll fid-diversita', it-twemmin, l-infrastruttura, t-trasport u s-sigurta' fost l-oħrajn. Matul dawn l-aħħar 10 snin, pajjiżna ra żieda qawwija fil- popolazzjoni, liema żieda seħħet b'mod partikolari minħabba ż-żieda fil-barranin li jgħixu fostna, li l-maġġorparti tagħhom huma ħaddiema barranin. Din iż-żieda seħħet meta l-Gvern għażel li jiaħ il-bibien għall- ħaddiema barranin, għaliex f 'dawk iż-żminijiet kienet qed tiżdied l-għajta li ma kienx hawn ħaddiema biżżejjed. Minkejja dan, ma kienx hemm pjan stabbilit minn qabel ta' f 'liema setturi u kemm f 'ammonti kien hemm bżonn ta' ħaddiema barranin biex jagħmlu tajjeb għal dan in-nuqqas, u ironikament il-Partit Laburista li matul il- kampanja għas-sħubija ta' Malta fl- Unjoni Ewropea kien beżża' dwar il-ħaddiema barranin li jieħdu x-xogħlijiet tal-Maltin, spiċċa biex kien il-partit li fetaħ bla kontroll il-bibien għall-ħaddiema barranin partikolarment minn pajjiżi li mhux imsieħba fl-Unjoni Ewropea. Għadna niakruh il-kumment li kien sar mill-Eks Prim Ministru Joseph Muscat, li l-barranin qegħdin hawnhekk biex ikollna l-pensjoni. Għadna niakru wkoll kummenti oħrajn mill-esponenti ewlenin tal-Partit Laburista li l-ħaddiema barranin qegħdin hawn biex jinżammu l-pagi baxxi. U dan meta l-Gvern kellu kull responsabbiltà li jara li l-ħaddiema li kienu qegħdin jiġu mħajra minn aġenziji diversi sabiex jiġu Malta ma jispiċċawx jiġu sfruttati jew inkella mħallsa inqas minn dak li huwa stabbilit fil-liġi. Għadna niakru wkoll fix-xeni ta' ħaddiema barranin jgħixu kollha 'fuq xulxin' f 'appartamenti żgħar jew saħansitra fi stalel fiz- zoni industrijali. Minn dak iż-żmien sal-lum, u speċjalment wara l-bosta rapporti li dehru fil-midja lokali dwar kundizzjonijiet ħżiena u abbuż, kien hemm titjib kemmxejn ġenerali dwar il-ħarsien tad- drittijiet tal-ħaddiema barranin li qegħdin inġibu f 'pajjiżna... Iżda sfortunatament fejn jidħol il-marka tat-tibdil li dan kollu qiegħed iġib fuqna l-Maltin, għadu ma sar xejn u filfatt pajjiżna għadu bla pjan dwar 'il fejn hu sejjer. L-akbar eżempju li wieħed jista' jġib fuq il-pressjoni li l-barranin qegħdin iġibu fuq il-Maltin huwa dak fis-settur tal-proprjetà. Dan meta għad għandna ħafna minnhom li jikru l-postijiet fejn ikunu jistgħu jgħixu, b'Maltin li jitolbu l-mijiet tal-ewro biex jikrulhom sodda biss, u b'dan il- mod jikru l-propjeta' tagħhom lil ħafna iżjed nies milli lil persuna waħedha jew familja. Naħseb li bħali rajtuhom ir- reklami speċjalment fil-mezzi soċjali bħal Facebook fejn appartament jimtela bis-sodod biex kull waħda minnhom tinkera għal mijiet ta' ewro biex is-sidien jagħmel l-eluf kull xahar. Dan kollu kien u għadu qed iħalli effett negattiv ukoll fil-prezz tal- propjeta' għall-bejgħ, fejn il-prezz qed jiżdied ħafna. B'konsegwenza ta' dan ħafna żgħażagħ Maltin u Għawdxin mhux qed ilaħħqu mal-prezzijiet u l-iskuża finalment tkun li jekk ma jixtrux il-Maltin mela jixtruhom il-barranin, bir-riżultat ikun spekulazzjoni u prezzijiet minfuħin. Miċ-Ċensiment rajna lokalitajiet fejn l-ammont tal-barranin residenti huwa wieħed kbir b'tali mod li qed ibiddlu l-karatteristika tagħhom, u dan mhux biss fis- sigurta' bl-ammont tar-residenti Maltin partikolarment l-anzjani li jinsabu mħassba, iżda wkoll f 'dak li għandu x'jaqsam l-infrastruttura b'żieda qawwija fid-domanda għal utilitajiet bħall-ilma, id-dawl u s-sistema tad-drenaġġ. Pressjoni oħra hija fuq is- sistema tas-saħħa tagħna, fejn qed ikun hemm domanda kbira fuq l-isptarijiet. Pressjoni oħra hija fuq is-sistema tat-traffiku, b'ħafna iżjed karozzi li qed jiżdiedu fit-toroq, flimkien ma' dawk tar- residenti fil-gżejjer Maltin. Pressjoni wkoll fuq it- tradizzjonijiet tagħna, għaliex jiddaħħlu mentalitajiet ġodda li mhux tradizzjonalment tal-Maltin, xi ħaġa li ċ-ċifri taċ-Ċensiment ukoll urew hekk kif żdiedu persuni bi twemmin differenti li sa it tas-snin ilu, ma kinux preżenti fostna. Pressjoni wkoll fuq il-lingwa nazzjonali tagħna, il-Malti, meta qed ikun hawn iżjed persuni li jew mhux obbligati li jitgħallmu din il-lingwa jew m'għandhomx l-interess li jitgħallmuh għax jinqdew bl-użu tal-Ingliż jew lingwa oħra. Filwaqt li d-diversita' f 'dan kollu li semmejna huwa minnu nnifsu xi ħaġa tajba għaliex ikabbar l-għarfien tal-umanita' pero' mingħajr pjan dan qed iwassal biex jiżdiedu l-problemi u d-diffikultajiet, li mhux kollha jistgħu jiġu solvuti bil-flus u t-taxxi. Għaldaqstant jeħtieġ, li bħalma għamlu pajjiżi oħrajn, il-Gvern jieqaf it u jiddiskuti madwar il-mejda kif dawn in-numri u ċifri li ħarġu miċ-Ċensiment qegħdin jaffetwaw dak kollu li jagħmilna Maltin, li qed iħallu marka fuq l-identita' tagħna. Dan irid isir mhux biss biex ma nitilfux dak kollu li ħadmu għalih missirijietna matul is-snin biex illum magħrufin bħala Maltin u Għawdxin iżda wkoll sabiex verament nieħdu l-aqwa riżultat tar-raġunijiet għalfejn qegħdin inkabbru l-popolazzjoni ta' pajjiżna bil-barranin. U dan il-pjan irridu nagħmluh biex kulħadd - kemm il-Maltin iżda wkoll il-barranin (li ħafna minnhom jagħżlu li jibqgħu jgħixu magħna) - ikunu jistgħu jgawdu mit-tkabbir ekonomiku u minn pajjiż li jkun sabiħ, b'infrastruttura b'saħħitha, organizzat u strutturat u modern li jkollu l-ħarsien sħiħ tal-identità tiegħu fl-Ewropa u fid-dinja.