Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1494130
18 opinjoni IL-ĦADD 5 TA' MARZU 2023 • illum Profitti għas-settur privat, riskji u kontijiet għall-Gvern! N har it-Tnejn li għadda l-Parlament iddiskuta s-sentenza mogħtija mill-Imħallef Francesco Depasquale fuq il-konċessjoni dwar tlett isptari- jiet tal-Gvern lill-Vitals Global Healthcare, liema konċessjoni eventwalment għaddiet għand Steward Health Care. Id-deċiżjoni li ngħatat hi kontra l-Prim Ministru bħala Kap tal-Eżekuttiv, kif ukoll kontra l-Avukat Ġen- erali, kumpaniji diversi mill-grupp kummerċ- jali ta' Steward Health Care u xi korpi pubbliċi u r-rappreżentanti tagħhom. Din hi kawża li ippreżenta Adrian Delia meta kien għadu Kap tal-Oppożizzjoni. Il-parti l-kbira tad-diskussjoni Parlamentari dwar din is-sentenza iffukat fuq nuqqas ta' governanza tajba, dwar tmexxija ħażina u dwar frodi flimkien mal-korruzzjoni, assoċjati ma' din il-konċessjoni sa mit-tnissil tagħha. Dan kollu joħroġ ċar mis-sentenza tal- Qorti tal-ġimgħa l-oħra. Imma għal min kien attent, dan kien diġà jidher ċar fiż-żewġ rapporti dwar din il-konċessjoni tal-isptarijiet, rapporti li ħareġ l-Awditur Ġenerali f 'Lulju 2020 u f 'Diċembru 2021. Is-sentenza tal- Qorti qed issaħħaħ il-konklużjonijiet li wasal għalihom l-Awditur Ġenerali. Niakru li f 'Lulju 2020 l-Awditur Ġenerali kien ippubblika l-ewwel rapport tiegħu, rapport li hu mifrux fuq iktar minn 200 paġna u li kien jiffoka fuq il-proċess tal-offerti għall-konċessjoni dwar l-isptarijiet. Dan kien supplimentat b'addendum ta' 20 paġna oħra. Iktar tard f 'Diċembru 2021 l-Awditur Ġenerali kien ippubblika it-tieni rapport tiegħu b'467 paġna, li kien jiffoka fuq il-qafas kuntrattwali tal-konċessjoni u kif dan ġie mħaddem. L-Awditur Ġenerali kien ikkonkluda fir- rapporti tiegħu li l-preparazzjoni li wettaq il- Gvern b'konnessjoni mal-konċessjoni kienet waħda superfiċjali u li meta ħareġ is-sejħa għall-offerti kien fil-fatt diġa iehem u fuq kollox lill-Kabinett bosta drabi kien iħallieh fil-għama. Anke l-Ministru tal-Finanzi kien imwarrab, qisu kien qiegħed hemm għalxejn! Punt interessati li jsemmi l-Awditur Ġenerali hu li Vitals Global Healthcare ippreżentaw garanzija bankarja mill-Bank of India li kienet datata 13 ta' Marzu 2015, 15-il ġurnata qabel ma' fil-fatt ħarġet is-sejħa għall- offerti. Dan sar għax il-ehim kien diġa seħħ u s-sejħa li ħarġet għall-offerti kienet waħda finta! A bażi ta' dan, l-Awditur Ġenerali kien tal-fehma li Vitals Global Healthcare kellhom ikunu skwalifikati milli jippartiċipaw fis-sejħa għall-offerta għall-konċessjoni dwar l-isptarijiet. Dan kollu hu importanti u separatament wassal għall-konklużjonijiet li issa wasal għalihom ukoll l-Imħallef Depasquale fis- sentenza li qed nitkellmu dwarha. Ifisser li Gvern serju, kieku ried, seta' jaġixxi. Kellu biżżejjed informazzjoni biex jibgħat lil Steward Health Care isaqqu. Imma b'mod ċar dan ma setax jagħmlu għax il-Gvern kien parti integrali mill-ħadma li saret. Imma hemm affarijiet oħra, daqstant importanti, ta' natura fundamentali u li huma preżentment skartati mid-diskussjoni pubblika. Kemm jagħmel sens li qasam sensittiv bħas-saħħa jkollu parti sostanzjali minnu taħt kontroll kważi assolut tas- settur privat. Jagħmel sens il-Public-Private Partnership fil-qasam tas-saħħa? Din hi mistoqsija li hi kompletament skartata fid-dibattitu pubbliku li sar u li għadu għaddej. Hi mistoqsija fundamentali li mit-tweġiba għaliha tista' toħroġ il-fasla ta' kif is-settur privat jista' jikkontribwixxi u jipparteċipa mingħajr ma jikkontrolla: Kif kulħadd jitħallas ta' xogħolu imma li ħadd ma jitħalla jberbaq il-ġid tal-pajjiż. L-esperjenza li għandna f 'dan il-pajjiz dwar l-involviment tas-settur privat f 'dawn it-tip ta' proġetti hi waħda ta' problemi kbar, problema ta' deċiżjonijiet ħziena u ta' abbuż ta' poter, kif ukoll suspetti kbar ta' frodi u korruzzjoni. Dan b'referenza kemm għal din il-konċessjoni tal-isptarijiet, il-progett tal-enerġija f 'Delimara u anke fil-progett ta' San Vinċenz f 'Ħal-Luqa. F'kull kaz hemm rapporti voluminużi tal-Awdutur Ġenerali li jispjegaw dettaljatatment it-taħwid li ġie iġġenerat mill-Gvern immexxi mill-Partit Laburista wara l-2013. Huwa mudell ekonomiku fallut li jarmi l-assi pubbliċi. Mudell li ntuża wkoll f 'ċirkostanzi oħra bħall-bejgħ tal-art f 'Pembroke bir-ribass biex ikun iffavoreġġat il-proġett spekulattiv tal-Grupp dB. Il- profitti li jirriżultaw mill-ispekulazzjoni, sfortunatament għandhom prijorità fuq il-ġid komuni għal dan il-Gvern. Hu ċar li jekk irridu l-involviment tas-settur privat fi proġetti pubbliċi, dan l-involviment għandu jkun regolat sewwa u din ir-regolamentazzjoni għandha tkun infurzata biex tkun assigurata governanza tajba mill-bidu nett, mill-ewwel ideat sat- twettieq ta' proġetti ta' din ix-xorta. S'issa kollox qiegħed jitħalla jimxi għal riħu bil- konsegwenzi li qed naraw b'għajnejna u li qed insiru nafu bihom it, it. Nuqqas ta' regoli ċari li jkunu infurzati jwassal inevitabilment għal taħwid, għal frodi u għal korruzzjoni. Riżultat ta' hekk ibati l-pajjiż kollu. Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo Il-Gidma tal- POODLE Kolonna satirika, eskluża mil-libelli Id-diżgrazzja u l-grazzja Mela meta ġrat id-diżgrazzja ta' Miriam Pace kien hemm dwejjaq, rabja kontra l-istituzzjonijiet u l-aġenziji. Kontra l-kuntratturi, kontra r-raqda tal-Istat. Għalhekk kien sew li nitolbu aktar serjetà mingħand kullħadd. Fosthom il-BCA, il-Building Construction Agency. Kien għalhekk li ħadt xokk meta rajt li r-raġel ta' Miriam Pace jaħdem il-BCA. Bħala kurjuż mort nistaqsi x'jagħmel hemm. Qaluli li wara l-inċident s-sur Pace beda jaħdem il-BCA. Ikolli ngħid li mhu qed niem xejn. Joseph il-king Isma trid tkun it ardit li dakinhar li toħroġ is- sentenza tal-Vitals tmur Betta mal-mara biex u ttella' ritratt fuq Instagram. Qed titkessaħ Ġuż, u anke kif tkun liebes qisek xi dandy imbgħad Michelle... u ejja. Mhux aħjar toqgħod it taħt ir-radar. F'qalbek probabbilment qed tgħid kif irranġak Robert, lanqas ħaqq kemm ċemplet biex nies jivvutaw għar-Robert u mhux għal Chris Fearne. Qed tara? Insomma il-King aħjar joqgħod attent għax kullħadd għajnejh fuqu ... u din tal-Vitals taħwida manja. U ma jiġix igħid li mhux it-tort tiegħu. Konrad il-qaddis Smajtu hux hekk li Konrad sab lil Alla? Issa jekk Alla jridux jew le argument ieħor. Imma ejja nitkellmu sew, mhux sew li Konrad responsabbli minn kollox tafux. Il-borma dejjem fuq tlieta qagħdet. U miskin dan Konrad jew għax twajjeb iż-żejjed jew l-oppost estrem dejjem għamel li kellu jagħmel għax rieduh jagħmel hekk. Li ma nafx hu għalfejn ma jiaħx ħalqu u jgħidilna verament x'ġara dakinhar f 'tal-Vitals u f 'tal-Panama. Mhux aħjar tiaħ qalbek u tgħidilna x'ġara. U ejja, tibżax... L-iktar politiku bravu tal-ġimgħa Kull ġimgħa qed nipprova nara min jista' jkun il- politiku bravu tal-ġimgħa. Heqq ikolli nagħżel lil Adrian Delia. Delia kemm hu bravu hux, ħasra għalih li ma għadux kap tal-Pi enne. Imma ma hemm x'tagħmel. Delia kien wiċċu għad-dawl, iħares b'dawk l-għajnejn kbar iteptpu, bil-gangala u ż-żaqq. Kuntent ovjament. Imma jkolli ngħid f 'qalbu beda jgħid iż-ż*** kieku ġiet meta kont kap! Ma hemmx tagħmel issa hemm Bernie u ma' Bernie ċ-ċans hu li jaħxi kollox u jitlef l-opportunità li għandu quddiemu! Isa tfal, illum ħa ngħidulkom ftit fuq it-traffiku f'Malta. Billi għandkom ħafna ħin fit-traffiku tkunu tistgħu taqraw flok teħlu l-ħin fuq il-mowbajl.