Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1494130
08 analiżi IL-ĦADD 5 TA' MARZU 2023 • illum Vitals: Kapitlu ikrah għal-Labour jagħlaq u li jaf idawwar favurih ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-kwistjoni tal-Vitals Global Healthcare żgur fuq li żgur illi ma għamlet ebda pjaċiri lill- Partit Laburista u apparti li reġgħet fetħet ferita partikolari, reġgħet ukoll poġġiet lill-partit u anke lill-Prim Ministru f 'qagħda xejn komda u fuq id-difiża, jiddefendi kuntratt ffirmat minn persuna li hu stess keċċa mill- partit u li huwa marbut mal- Gvern tal-predeċessur tiegħu. Ma jistax jiddefendi u lanqas jista' jattakka: Jagħmel x'jagħmel se jaqla' kritika Il-problema politika tal-Prim Ministru hija illi minn naħa ma jistax jiddefendi l-mod kif ingħata l-kuntratt - kemm mil-lat ta' tendering pero' wkoll mil-lat tal-ħsieb wara dan il-proġett - u minn naħa l-oħra it li xejn jista' jiaħ il-kanuni fuq Konrad Mizzi, Keith Schembri u speċjalment - għal raġunijiet li se nanalizzaw fil- qosor f 'dan l-artiklu - fuq Joseph Muscat. Abela it baqgħalu fejn jimmanuvra hekk kif l-kuntratt mal-VGH, issa għandu t-timbru u t-titlu xejn oneruż illi sar minn kumpanija li kienet qed tiffroda lill-poplu u tigdeb lill-awtoritajiet sabiex takkwista tliet sptarijiet għall-arrikament tagħha. Fi kliem ieħor biex tistagħna hi "minn fuq dahar il-poplu Malti u Għawdxi." Dan apparti li l-istess sentenza tal-Qorti tisħaq illi l-kuntratt kien magħmul biex perfettament jaqdi mill-koxxa lill-kumpanija à skapitù tal-poplu. Jekk il-VGH/Steward ma twettaqx dak mistenni minnha u allura tikser il-kuntratt u allura l-Gvern iwaqqaf l-istess kuntratt, huwa l-Gvern li jrid iħallas €100 miljun u mhux il-kontra. Dan apparti li l-eks Ministru Konrad Mizzi, baqa' għal darba, darbtejn jestendi ż-żmien li matulu jridu jkunu lesti l-proġetti li suppost VGH/Steward kellhom iwettqu u li baqgħu ma twettqux. Il-PM Abela jkun qed jagħmel suwiċidju politiku jekk jiddefendi l-kuntratt, li frankament, huwa indifensibbli. Il-midja indipendenti ilha tisħaq li dan kuntratt jinten, l-Oppożizzjoni l-istess u issa kienet ikkonfermata f 'sentenza tal-Qorti li l-Gvern stess, fl-ebda ħin, ma kkontraddixxa. Jista' iżda jibqa' jiddefendi l-proġett minnu nnifsu u jintrabat illi minflok se jagħmlu VGH/ Steward se jagħmlu l-Gvern - kif fil-fatt indika fil-qosor waqt id- dibattitu Parlamentari. Fil-fatt l-idea tal-Isptar San Luqa bħala Sptar tar-Rijabilitazzjoni state-of-the-art huwa idea tajba ħafna. Għalhekk il-Gvern u speċjalment Abela għandu jesprimi determinazzjoni li dan il-kuntratt ikun itterminat fl- iqsar żmien possibbli - kif fil-fatt qed jindika - u minflok jeħodha fuqu illi dawn il-proġetti isiru, jsiru b'mod serju, bi tragwardi ċari u finalment l-Isptarijiet - speċjalment dak ta' San Luqa - jibdew iservu ta' ċentri tas-saħħa ta' eċċelenza, kif jixraqlu l-poplu. Jekk Abela jirnexxilu jagħmel dan u aktar minn hekk, sal- elezzjoni ġenerali, jilħaq jwettaq wħud mit-tragwardi jkun dawwar din it-traġi-kummiedja li ħallas għaliha l-poplu u wieħed mill- aktar kuntratti sfaċċati, f 'xi ħaġa pożittiva għalih u għall-Gvern li jmexxi . B'hekk ikun inqata' mil-legat ta' Muscat/Mizzi fuq dan il-proġett u ħalla l-marka tiegħu permezz ta' proġett imwettaq mingħajr id- dubji, mistoqsijiet u l-flus li ħadd donnu ma jaf eżatt fejn marru. Minkejja dan, din l-istrateġija hija waħda għat-tul u mhux se tkun daqstant faċli li Abela jeħles mill-mistoqsijiet u l-isfidi mill- Oppożizzjoni biex jippronunzja ruħu b'mod ċar fuq Mizzi u Muscat fid-dawl ta' din is-sentenza skjaċċanti. L-Oppożizzjoni: Se titfa' l-ħatab biex jinxtegħel in-nar tad- diżgwid intern fil-Labour Se tkun - u wieħed jiem dan - l-istrateġija kontinwa tal- Oppożizzjoni li titfa' l-ħatab fuq nar li jaf jikber u joħloq tensjoni (anke jekk ma tkunx pubblika) fir-relazzjoni fraġli Muscat-Abela. Wieħed jiem li Abela jrid jinqata' minn dan il-każ u jżomm elf mil 'il bogħod, l-ewwelnett għaliex il-kobba hija mħabbla u minkejja li l-Qorti qed takkuża lil Steward b'aġir frawdolenti, min ibbenifika minn dan il-frodi, min iffaċilita jew min kien kompliċi fil-frodi għad ma nafux b'ċertezza u prova. Jiġifieri l-każ jista' jiżviluppa f 'wieħed - kif indikat in-narrattiva tas-sentenza tal- Qorti - fejn Steward Healthcare tkun iffrodat lill-Gvern, illi kien parti inġenwa f 'dan kollu, jiġifieri li l-Gvern u Konrad Mizzi kienu boloħ biżżejjed biex daħlu fi ehim bħal dan. Imma jista' jiżviluppa wkoll f 'xenarju fejn VGH/Steward wettqet frodi bl- għajnuna ta' xi ħadd li kien fil- Gvern, xenarju mill-aktar dannuż. Jiġifieri Abela jrid jiddistakka ruħu bil-kbir mill-proġett għax ma jafx jekk għandhiex qed inħarsu lejn l-iskandlu kollu jew biss il-quċċata tal-muntanja. Biex jagħmel dan b'mod assolut Abela it għandu għażla għajr li jikkundanna tali kuntratt u jħabbar pjan ċar għal dawn l-isptarijiet. Pero' Abela għandu problema oħra, li taħdem kontrih: In- narrattiva Soċjalista u Mintoana li titratta l-assi pubbliċi, "id-deheb u l-fidda tal-familja" li għandhom jibqgħu dejjem f 'idejn il-poplu u mhux "f 'idejn il-barrani." Narrattiva li tant kienet kruċjali u vanġelu għal politika Mintoana li kienet dwar iċ-ċentralizzar, iktar mid-diċentrallizar, li fl-1997/8 Mintoff ivvota kontra Gvern Laburista u sussegwentement waqqgħu minħabba l-moll tal- Birgu li kien se jmur għand il-privat. Iktar riċenti, fis- snin 90, il-Labour kien mexxa