Illum previous editions

ILLUM 5 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1494130

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 23

10 analiżi IL-ĦADD 5 TA' MARZU 2023 • illum Omiċidji li xxukkjaw lil Malta : L-avukata ANTHEA CACHIA Min hi Margaret Mifsud? Margaret Mifsud, omm u avukat li spiċċat vittma – bħal ħafna vittmi oħra ta' femiċidju fl-aħħar snin – ta' mħabba li switilha ħajjitha. Mifsud, wara li għamlet il-kuraġġ li titbigħed mill-eks raġel tagħha Nizar El Gadi u twaqqaf iż-żwieġ, xorta ma ħelsitiex mill-pussessività tiegħu. Tant hu hekk li dakinhar tad-19 ta' April, 2012, El Gadi ħadilha ħajjitha mingħajr ma ħalla traċċa ta' kif għamel dan. X'ġara dakinhar tad-delitt? Fit-18 ta' April 2012, Margaret kellha tiltaqa' mal-kollegi tagħha għall-ikla f 'restorant fix- Xemxija. Dakinhar hija antiċipat li l-eks raġel tagħha seta' jsus warajha u ddeċidiet li tgħidlu li binthom kienet għadha ma lestietx x-xogħol tal-iskola u li kienet se tibqa' magħha d-dar u ma toħroġx. Minkejja dan, huwa induna li kienet ħierġa u li din mhix ħaġa li tiġri ta' spiss u skont l-avukat li mexxa l-prosekuzzjoni, Philip Galea Farrugia – illum id- Deputat Avukat Ġenerali - kienet din ir-raġuni li ħataf l-okkażjoni biex itemmilha ħajjitha. Dakinhar tad-delitt, għall-ħabta tal-11a.m., El Gadi kien kera karozza u qal lill-kumpanija li l-ġenituri tiegħu kienu ġew Malta u kien se joqgħod idawwarhom mal-pajjiż. Għall-ħabta tat-8p.m., omm il- vittma marret għat-tfal u hemm Margaret għarrfitha li hija kienet se tħalli l-mobile mitfi u li f 'każ li jinqala xi ħaġa kellha tikkuntattja lil ħabibtha, Astrid Bonnici. Hija marret għall-istess ħabiba f 'Buġibba u t-tnejn reħulha għax- Xemxija. L-ikla spiċċat għall- ħabta tal-11:15p.m. u lkoll telqu mill-restorant flimkien, wasslet lil ħabibtha lura d-dar u aktarx li nqatlet għall-ħabta tan-12:30p.m. u s-1p.m. Sintendi, matul il-lejl kollu, El Gadi kien qiegħed isus warajha. Kien l-għada stess li omm il- vittma ċemplet lil ħabibtha, għax bintha ma kinitx irritornat lura d-dar. Hija kienet għarrfitha li kienet wasslitha Buġibba fil- 11:30p.m., u dak kien l-aħħar darba li ratha. Kien għalhekk li l-omm irraportatha nieqsa u immedjatament, il-pulizija skattat investigazzjoni għax indunaw li kien hemm xi ħaġa stramba. X'intqal fil-Ġuri? Il-ġuri fil-konfront ta' Nizar El Gadi, beda fid-19 ta' Ottubru, 2015 bejn wieħed u ieħor tliet snin wara. Dan kien ippresedut mill- Imħallef Antonio Mizzi. L-avukat ta' El Gadi kien Dott. Martin Testaferrata Moroni Vianni. Min naħa l-oħra l-Avukati Kathleen Grima u Arthur Azzopardi kienu parti ċivili għall-familja ta' Mifsud. X'nafu fuq ir-relazzjoni ta' Margaret ma' El Gadi? Skont dak li ntlaq waqt il- kumpilazzjoni tax-xhieda, Margaret iltaqgħet miegħu meta kienet għadha studenta Universitarja. Mgħomijja bl- imħabba, it wara li ltaqgħu żżewġu u marru jgħixu fid-dar tal-ġenituri tagħha, sakemm eventwalment kellhom żewġt itfal. Il-Prosekutur Galea Farrugia - li kien akkumpanjat ukoll mal- Avukata Gianella Busuttil - qal illi minkejja li Margaret kellha imħabba ġenwina din ma kinitx reċiprokata minn żewġha, anzi sostna li dan iż-żwieġ kien ta' konvenjenza biex ikun jista' jakkwista l-permess tar-residenza f 'Malta. Tant hu hekk li ntqal diversi drabi li ma kienx jitrattaha sew u li kien moħħu f 'nisa oħra. Fil-fatt, hu stess kien jiaħar li ma jistax jara mara. Margaret, b'din l-attitudni quddiemha, iddeċidiet li tapplika għall-annullament taż-żwieġ, li eventwalment wasslet biex ħaditu. Għalkemm mhux daqstant ċari r-raġunijiet għaliex tkeċċa mill- pajjiż, meta telaq mir-residenza tal-ġenituri ta' Margaret, il- pulizija infurmatu li din kienet se taffettwalu r-residenza tiegħu f 'pajjiżna. Tajjeb li nsemmu wkoll li, qabel ma ġie estradit lejn pajjiżu, El Gadi affaċċja akkużi serji oħra inkluż li hedded li kien se jagħmel bomba lill-Ambaxxata Amerikana u li kien involut f argument f 'Birkirkara li matula qala daqqiet ta' sikkina. Punt interessanti huwa illi Margaret poġġiet l-interess ta' El Gazi qabel tagħha u talbet lill-avukat Arthur Azzopardi, l-istess avukat li assista l-familja tagħha fil-ġuri u li kien ilu jaa s-snin, biex jirrappreżentah fil-Qorti. Meta eventwalment dan intbagħat lura pajjiżu, hija għamlet it-talba li dan jerġa' lura Malta għall-aħjar interess taż- żewġ uliedha. Waqt il-ġuri Galea Farrugia qal illi dan "l-iżball" sewa' ħajjet l-omm u li ma ħalla ebda riżultat mixtieq fuq familtha. Meta huwa kien qiegħed jgħix magħha, huwa baqa' jkun vjolenti – tant li kien hemm inċidenti li fihom ried jifgaha - bħalma eventwalment għamel – u kien iwerwer lit-tfal. Lura għall-24 ta' Marzu 2012, il-Pulizija kienet irċeviet rapport li El Gadi, sakkar lill-uliedu fil- kamra tas-sodda u ipprova jifga lil martu waqt li jgħajjat "jew int jew it-tfal, għażel." Kien dan l-attentat li wassal biex tkeċċa minnufih minn darha iżda xorta baqa' jiġri warajha, isegwi l-movimenti tagħha u jibagħtilha diversi messaġġi. Każ ċar ta' dan kien nhar it- Tnejn 16 ta' April 2012, jumejn qabel id-delitt, Margaret marret tiġbor lil uliedha mill-iskola iżda huwa daħal fil-karozza u qalilha biex imorru l-bandli. Margaret irriutat u l-għada ġara l-istess. Marret tiġbor lil uliedha mil- lezzjonijiet tal-ballet, daħal fil- karozza u talab biex jieħu lit-tfal il-McDonalds jew il-BurgerKing. Meta eventwalment marru jieklu l-Pizza Hut, ħadu ritratt flimkien bħala familja iżda Maragret insistitet li r-relazzjoni li xi darba kien hemm bejniethom, kienet intemmet. "X'diskors seta' sar ma nistgħux inkunu nafu, iżda li nafu hu li l-vittma saqet lejn il-Magħtab u ipparkjat ħdejn it-Torri tal- Għallis. L-iskop tiegħu kien li jkun f 'post imwarrab biex iwettaq l-għan tiegħu," qal Galea Farrugia. Id-delitt kien wieħed partikolari għaliex filwaqt li ntqal li hija mietet fgata ma kien hemm ebda indikazzjoni fiżika Margaret Mifsud

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 March 2023