Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1494130
11 analiżi illum • IL-ĦADD 5 TA' MARZU 2023 L-avukata Margaret Mifsud (7) ta' dan. Aktar tard insiru nafu, anke minn rakkonti u xhieda tal-forensiku Dott Mario Scerri li El Gadi tela fuq sider il-vittma u uża pressjoni kbira, tant illi l-pulmun tagħha ma setax jitla' u jinżel kif normalment jagħmel biex jipproduċi n-nifs. Wara dan għolla lura s-seat li kienet fuqu. Evidenza li turi illi hija kienet imċaqalqa wara mewtha kienet illi d-demm li kien ħareġ minn imniħirha kien mexa għal ħdejn għajneha. Dan ifisser illi, bil- mod ta' kif instab il-katavru, id-demm seta' biss jitla 'l fuq minn imniħirha, għal għajnejha. Sintendi, dan żgur li mhux possibbli u għalhekk waslu għal konklużjoni li din ġiet imċaqalqa. "Minkejja li huwa ħaseb li għamel il-qtil perfett, l-akkużat ġie arrestat u tressaq il-Qorti għaliex nesa li jekk tħalli l-mobile mixgħul se tħalli traċċa fejn tkun qiegħed. Nesa wkoll li hemm il- cameas tas-CCTV. Nesa wkoll illi taħt difrejn il-vittma kien hemm it-traċċi tad-DNA," qal l-Avukat Galea Farrugia. F'intervista fil-programm televiżiv 'Dakinhar li Malta inħasdet' l-Avukat Azzopardi qal illi mhux l-ewwel darba, tnejn jew tlieta li El Gadi kien aħar mal-vittma li hu kien jaf joqtol mingħajr ma jħalli traċċi u li l-pulizija ma kienet taqbdu qatt. Tant kienet ilha tisma' dan il- kliem illi kienet kitbet dwar dan fid-djarju tagħha. Fost it-theddid li affaċċjat il-vittma kien hemm ukoll li huwa kellu ħbieb Libjani li kienu kapaċi joqtluha fi Strada Stretta. F'xi xhud, aktar tard fil- ġuri jingħad li l-vittma bdiet tibża' tmur toqgħod ma' El Gadi f 'Ħal Lija għax qabel kien qalilha li hemm seta' joqtol u jidfen persuna. L-ewwel xhieda tal-każ kien is-Supretendent Keith Arnaud, dak iż-żmien Spettur, illi qal li fit-tfitxxija fil-kamra tas-sodda ta' Margaret instab dokument bi kliem ta' theddid. Wara li seħħ id-delitt El Gadi kien kiteb ittra xejn pjaċevoli lil uliedu li fiha kien jgħid: "Kull min qalilkom li jien qtilt lil ommkom huwa giddieb. Tiakru meta jien u ommkom bisna lil xulxin meta konna l-Pizza Hut? Jekk nikkommetti suwiċidju dan nagħmlu għax inħobb lil ommkom." Importanti li nsemmu wkoll li waqt il-ġuri ntqal li El Gadi kien pussessiv ħafna tant li kien jgħid li jew tkun tiegħu, jew ma tkun ta' ħadd. Arnaud qal li l-ewwel stqarrija ta' El Gadi kienet illi huwa l-aħħar li ra lill-vittma kien fit-8p.m. meta talabha li tagħtih is-CV tiegħu li kellha fuq il-komputer tagħha. Aktar tard huwa biddel il-verżjoni u qal illi mar għas-CV hu f 'darha. Matul il-ġuri ħareġ li El Gazi kellu diversi verżjonijiet għaliex dakinhar tal-qtil kien qiegħed ix-Xemxija, l-istess lokalità tal- eks mara tiegħu, inkluż għax ried jagħti l-petrol. Arnaud qal ukoll illi omm il- vittma irrakkontat episodju fejn El Gadi kien inħeba fil-bagoll tal-karozza ta' Margaret biex jgħallimha li hu kien kapaċi jsus warajha mingħajr ma tinduna. Xhud ieħor ta' importanza għal dan il-każ kien dak tal- Ispettur Carol Fabri li stqarret dwar l-esperjenza ta' uliedhom. Qalet li l-ulied kienu irrimarkaw li l-ġenituri tagħhom kienu jargumentaw ta' spiss. Waħda mit-tfal saħansitra qalet li missierha kien kaxkarha minn xagħrha u ta daqqa ta' ħarta, proprju għaliex ma kinitx għamlet it-tazza f 'postha. Eventwalment, il-ġurati intwerew filmat tax-xhieda tal- ulied. Bi qbil saret id-deċiżjoni li l-ulied ma jerġgħux jixhdu bil- għan li jevitaw li jerġgħu jgħaddu minn trawma. Fix-xhieda tagħha, simili għal dak li kien intqal qabel, qalet li l-missier kien vjolenti ħafna u li l-aħħar darba li kienet rat lil missierha semgħetu jgħid "Margaret ħudni lura, aħfirli." Hija qalet li missierha kien lest li jħaddan ir- reliġjon Kattolika, li lest li jkun raġel tajjeb biex jgħixu flimkien bħala familja. Madankollu irrakontat li ommha kienet taf li dan kollu kien gideb. Inqrat ukoll l-istqarrija ta' oħtha, li fiha hi wkoll qalet li kien vjolenti u li kien jirrabja għalxejn. Tant li kien hemm okkażjoni meta kien għajjarha stupida u li xtaq joqtolha. Omm il-vittma qalet li l-aħħar darba li rat lil bintha – it sigħat qabel ma nqatlet - kienet qaltilha li kienet beżgħana għal ħajjitha iżda l-omm assigurata li ma kien se jiġrilha xejn. X'qal El Gadi waqt il-ġuri? Waqt ix-xhieda tiegħu El Gadi qal li omm Margaret qatt ma kienet aċċettat lilu u r-relazzjoni tagħhom. Fil-fatt hija kienet temmen li hu kien qiegħed jidħaq b'margaret. Dak iż-żmien El Gadi u Margaret kienu jgħixu fid-dar ta' ommha. Huwa insista repetutament li qatt ma ġie aċċettat għaliex hu kien Għarbi u kien dan l-atteġġjament li wassal biex hu u martu bdew ifittxu dar f 'Ħal Lija. Huwa sostna wkoll li kien ixxukkjat bix-xhieda ta' uliedu u li qatt ma kien iħallihom neqsin minn xejn. Punt interessanti kien li minkejja l-marki viżibbli li kellha Margaret – wara l-ewwel attentat ta' qtil fuqha – El Gadi ċaħad l-akkużi kollha u kull ma kellu x'jgħid fuq dan l-attakk kien li għamel lejl arrestat id- depot. El Gadi issa jiġi mistoqsi dwar id-DNA li nstabet fuq Margaret. L-esperta Marisa Cassar qalet li taħt difrejha l-vittma kellha aktar DNA tiegħu milli tagħha stess. Mistoqsi fuq hekk huwa qal li dakinhar kellu x'jaqsam sesswalment mal- vittma għall-ħabta tat-8p.m. f 'Birkirkara, l-aħħar darba li qal li raha. L-avukat Busuttil kienet irrimarkat li fit-8:30p.m. Margaret kienet marret għand il- ħabiba tagħha u l-iqsar rotta lejn Buġibba kienet ta' 18-il minuta. Għaldaqstant irribattiet ili f 'perjodu ta' 12-il minuta hu kien mar jistenniha ħdejn ir-residenza tagħha sakemm ħarġet, daħal id- dar ħa s-CV u kellhom x'jaqsmu ma' xulxin. Għal dan huwa irrimarka li ma kellux ħafna ħin x'jitlef u ħalef fuq il-Koran li kien qiegħed jgħid il-verità. Baqa' jinsisti li hu u Margaret kellhom relazzjoni amikabbli u li kienet tavdah, kieku ma kinux imorru jieklu flimkien ma' uliedhom. Argument li d-difiża sostniet darba oħra. Fost l-argumenti tad-difiża kien hemm ukoll li huwa ma kellux statura fiżika kbira biex qatilha b'mod daqstant krudili. Apparti minn hekk argumentat illi t-tfal kienu brainwashed u li l-inċident tal-24 ta' Marzu kien kollu gideb. Saħanistra akkużaw lill-Ispettur li kien ra l-marki madwar għonq Margaret meta kien ipprova jivagaha. Baqgħu jinsistu li El Gadi kien is- suspettat għax kien Libjan. Id-difiża reġgħet qajmet il-punt dwar it-traċċi tad-DNA li nstabu taħt difrejn il-vittma u qalet li El Gadi u Margaret kellhom x'jaqsmu ma xulxin f 'karozza u li hija kienet missitlu xagħru. X'kien il-verdett? Wara l-indirizz tal-Imħallef u erba' sigħat ta' deliberazzjonijiet, il-ġurati sabu lil El Gadi ħati skont l-att tal-akkuża bi tmien voti kontra wieħed. Il-Qorti ordnatu għomru l-ħabs u b'ħames perjodi ta' 10 'ijiem iżolament kull sena. Huwa kien mitlub li jħallas €17,660.44 bħala spejjeż legali u li jekk ma jitħallsux b'mod immedjat, dawn jiġu ikkonvertiti f 'terminu ta' priġunerija. Ftit mumenti wara li ingħata għomru l-ħabs huwa dahar fuq Arnaud għamel mossa qisu se jisparalu u qallu "issa int imiss." Għal dan huwa weħel multa addizzjonali ta' €5,000 u tliet xhur oħra mas-sentenza li diġà kien qed jiskonta. Aktar riċenti huwa appella l-verdett u s-sentenza fuq il-bażi li kien hemm irregolaritajiet matul il-ġuri u li kawża ta' hekk, qatt ma seta' jinstab ħati tal- omiċidju ta' eks martu. Fil-fatt allega wkoll li dan kien kollu frame-up fil-konfront tiegħu. Minkejja dan, l-isforz tiegħu kien għalxejn hekk kif il- Qorti tal-Appell Kriminali, ippreseduta mill-Prim Imħallef Joseph Azzopardi u mill- Imħallfin Joseph Zammit McKeon u Edwina Grima, ċaħdet iż-żewġ appelli tiegħu u ddeċieda li l-kunsiderazjonijiet dwar is-sejba ta' ħtija tiegħu l-piena inflitta kienu fil- parametri tal-liġi u kkonfermaw sentenzi tiegħu. Nazar el Gadi