Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1494130
23 films IL-ĦADD 5 TA' MARZU 2023 • illum Carmel Bonnici Ir-rock Opera - Tommy (1) Tommy huwa r-raba' album tal-Grupp Ingliż The Who u fl-1969 inħareġ "double album" f 'Mejju tal-istess sena. Dan ix-xogħol kien kważi kollu magħmul minn Pete Townshend, il-kitarrist tal- grupp. Din ir-"rock opera" tirrakkonta l-istorja ta' tifel mutu, trux u għama li tinkludi l-esperjenzi tiegħu mal-ħajja u relazzjonijiet tiegħu mal- familja. Townshend wasal għall-kunċett ta' Tommy wara li kien introduċa ruħu max-xogħol ta' Meher Baba, għalliem spiritwali Indjan, kif ukoll affaxxina ruħu bil-valuri ta' Baba ta' kompassjoni, mħabba u kif tħares lejn is-sentimenti tiegħek. Hu pprova jintegra t-tagħlim ta' Baba f 'mużika. F'Settembru tal-1968 beda jaħdem fuq dan l-album, imma biex lestieh ħadlu sitt xhur għax xi materjal kellu bżonn jinbidel jew ikun irranġat. Hekk kif dan l-album ħareġ, il-kritiċi faħħruh ħafna bħala il-kapulavur ta' The Who li issa ma kinux għadhom tinaġers. Fis-snin ta' wara, l-kritika favorevoli naqqset xi ftit, pero' ħafna kompożituri tal-mużika kontemporanja u kittieba jqisuh bħala album influwenti fl-istorja tal-mużika rock. The Who rreklamaw il-ħruġ tal-album b'tour estensiv li kien jinkludi verżjoni reali ta' Tommy li damet tidher fuq il-palk matul is-snin 1969 u 1970. Dawn ir-reċti reali ġew imfaħħrin kritikament u reġgħu poġġew fuq sisien sodi l-karriera ta' dan il-grupp mużikali. Fis-snin ta' wara, din ir-"rock opera" żviluppat f 'midja oħrajn, fosthom produzzjoni ta' opera f 'Seattle fl-1971, versjoni orkestrali minn Lou Reizner fl-1972, film fl-1975 u xogħol mużikali fuq Broadway fl-1992. L-album oriġinali kellu bejgħ ta' 20 miljun kopja u ġie mdaħħal fil-Grammy Hall of Fame. Inħareġ bosta drabi oħra fuq CD b'xi alterazzjonijiet minn Jon Astley fl-1996, kif ukoll bħala set lussuż (deluxe box set) fl-2013 fejn materjal li qatt ma deher qabel ġie nkluż. F'Awwissu 1968, Pete Townshend tkellem hekk ma' Jason Wenner, ir-reporter tal- magażin influwenti tal-mużika "Rolling Stone": "Il-pakkett (viz. l-album) nispera li jkun jismu 'Deaf, dumb and blind boy'. Din hija l-istorja ta' tifel sfortunat li twieled mutu, trux u għama u x'jiġrilu matul ħajtu.... Imma realment hu dwar il-fatt li ....qed jara l-affarijiet li qishom jiċċaqilqu kontinwament u jivvibraw li aħna nġibuhom f 'mużika. Dak hu li veru rridu nagħmlu, nġibu s-sensazzjoni li meta nisimgħu din il-mużika wieħed jinduna li dan it-tifel jeżisti u x'qed iħoss u jimmaġina l-għaliex aħna nikkrejawh waqt li ndoqqu." Ikompli nhar il-Ħadd li ġej...