Illum latest edition

ILLUM 19 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1495212

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 23

10 IL-ĦADD 12 TA' MARZU 2023 • illum 1 analiżi IL-ĦADD 19 TA' MARZU 2023 • illum Min hi Charlene Farrugia? Charlene Farrugia kellha biss 25 sena meta għebet f 'Novembru 2008. Charlene kienet carer fid- Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi, tgħix f 'San Pawl il-Baħar fejn kienet qed tieħu ħsieb ulied is-sieħeb tagħha, Jonathan Attard, raġel li xellef difrejh mal-ġustizzja u li dak iż-żmien kien qiegħed il-ħabs. Għebet, hekk hu. Sfortunatament it-titlu ta' dan l-artiklu diġà jindika dak kollu li kellha tgħaddi minnu Charlene, meta kienet fi ur ħajjitha. Sfortunatament għall- familja wkoll, dan il-każ għadu sa llum mhux magħluq u għalhekk dan il-kapitlu mill-aktar ikrah għadu miuħ. Min hu Woods? L-istorja bdiet f 'Lulju tal-2019, meta John Paul Charles Woods għamel hold-up fil-Convenience store tal-Gżira. Aktar tard kien ġie irraportat illi Woods kien ħarab mill-Isptar Psikjatriku Mount Carmel u li kien għen lil pazjent ieħor jaħrab, dwar dan qatt ma reġa' ġie irraportat xejn. Wieħed jistaqsi; Imma dan x'għandu x'jaqsam ma' Charlene? Dakinhar tal-hold-up stess, meta ġie arrestat u kien qiegħed jingħata l-għajnuna medika fl-Isptar Mater Dei, huwa talab biex jitkellem ma' spettur għax kellu xi ħaġa xi jgħid. Kien hemm li bdiet tinfetaħ il-kaxxa ta' pandora's, b'isem Charlene Farrugia fuqha. Huwa ammetta mal-Ispettur illi kien qatel lil tfajla. X'ħareġ mill-Kumpilazzjoni tal-evidenza? Il-kumpilazzjoni tal-evidenza fil-konfront ta' John Paul Charles Woods bdiet fit-13 ta' Lulju 2020, sena wara li kien ammetta l-allegat involviment tiegħu fil- qtil ta' Charlene. Uffiċjal tas-CID jgħid illi l-investigazzjoni bdiet fis-19 ta' Lulju 2019 meta kien qiegħed jiġi investigat fuq il-holdup. Kien l-Ispettur Jonathan Ransley li ħadlu l-istqarrija tiegħu dwar Charlene. Minkejja li f 'dawn l-erba' snin rajna verżjonijiet differenti ta' x'ġara u ma ġarax, Woods ammetta l-ewwel darba mal- Ispettur, reġa' ammetta t-tieni darba meta kien qiegħed jiġi interrogat iżda mbagħad reġa' radd kollox lura. L-unika ħaġa illi baqgħet konsistenti matul l-investigazzjonijiet kienet illi qatilha jew le, huwa qatta l-katavru ta' Charlene u tefa' partijiet minnhom f 'għar fis-swar barra l-Belt Valletta. X'kienet l-ewwel verżjoni ta' Woods? X'ammetta mal- Ispettur Ransley? Qabel ma nsemmu dak li ammetta Woods mal-Pulizija, tajjeb li nsemmu wkoll telefonata li interċettat il-Pulizija. Lejliet, ma għebet, Charlene irċeviet telefonata fl-4:40p.m. mill-ħabs. Attard kien staqsiha jekk kinitx rat lil ċertu John u jekk tahiex il-flus. Għal dan hija kienet irrispondiet, "illum ġie jiffittani xi darbtejn. Il-flus ma tahomlix, imma għada immur." L-ewwel verżjoni ta' Woods - jekk hix din it-tajba jew le għadna ma nafux – kienet illi l-għada li saret din it-telefonata Farrugia marret l-appartament fir-residenza tal-għarusa ta' Woods, fejn kien qiegħed jagħmel xi xogħol. Din ir- residenza kienet biss erba' bibien 'il bogħod minn fejn kienet toqgħod hi. Farrugia bdiet iddejqu fuq il-€200 li hu kellu jagħti lil Attard. F'daqqa waħda inqala argumet fil-kuritur, hekk kif Charlene kienet hedditu li jekk mhux se jagħtiha l-flus kienet se tmur għand l-għarusa tiegħu u tgħidilha li kellhom x'jaqsmu ma' xulxin, xi ħaġa li skont Woods, ma kienx veru. Eventwalment minn rapporti tal-midja ntqal li Charlene u Woods setgħu kienu f 'relazzjoni, iżda din il-gazzetta sabet diversi verżjonijiet dwar dan. Skont l-ammissjoni tiegħu stess, Wood qal illi taha daqqa ta' sikkina, li kien qiegħed juża biex jaqta' wires elettriċi u allegatament taha daqqiet f 'għonqa. Huwa ħaseb li kienet għadha ma mititx u għalhekk fgaha. Kien hemm li huwa ħareġ il-katavru ġol-bitħa tal-komun u għattiha b'saqqu ħażin, li kien se jintrema. L-għada induna li kien hemm id-demm iċarċar għal ġod-drain u li kawża ta' hekk kienu se jindunaw ir-residenti tal-blokka u għalhekk naddaf kull traċċa ta' demm. Jumejn wara li nqatlet, il-ġirien bdew ixommu rwejjaħ kbar u kienu avżaw lil Woods. Huwa kien qalilhom li kellu problemi bid-drenaġġ u li kien qiegħed jaħdem fuqha. Kien hemm illi qatta l-katavru u tefa' l-partijiet tal-ġisem f 'boroż. Tefa' l-boroż taż-żibel fi Triq l-Ibħra u oħra fi Triq il-Ħġejjeġ, f 'San Pawl il-Baħar. Kien hemm illi qabad iċ-ċwievet tal-karozza tal- vittma u tefa' borża oħra fl-għar ħdejn il-lukanda tal-Phoenicia. Malli għamel dan, ta l-karozza lil persuna oħra biex joħodha għand panel beater il-Belt stess. Din il-karozza baqgħet qatt ma nstabet. Meta eventwalment ġie arrestat, Woods saħansitra ħa lill-pulizija fl-istess appartament fejn seħħ l-omiċidju u spejgalhom x'kien ġara u fejn. Dan l-appartament kien għadu tal-eks sieħba tiegħu u minnu l-Pulizija irnexxielhom jieħdu kampjuni ta' demm iżda dawn kienu inkonklussivi. Huwa reġa' ġie interrogat fit-30 ta' Lulju 2019 u qalilhom l-istess verżjoni. Kien f 'Awwissu tal-2019 li biddel il-verżjoni u semma lil Jesmond Cassar, iżda l-Pulizija ma bdietx temmnu. Aktar tard fit-8 ta' Awwissu, Woods qal li qatta' l-katavru dakinhar li ġiet maqtula u ħadha l-Belt dakinhar stess, verżjoni differenti, oħra. X'kienet it-tieni verżjoni ta' Woods? Woods sostna illi hu u Jesmond Cassar, it-Tito (is- sieħeb ta' oħt Jonathan Attard li kien is-sieħeb ta' Charlene) kienu jagħmlu użu mid-droga. Woods qal illi f 'jum partikolari huma kienu fl-appartament tiegħu u ehmu li hu kien se jmur jixtri s-siringi mill-ispiżjar u Charlene Omiċidi li xxukjaw lil Malta: Tinstab tagħha u l-każ għadu mhux solvut Charlene Farrugia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum latest edition - ILLUM 19 March 2023