Illum latest edition

ILLUM 19 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1495212

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 23

11 analiżi illum • IL-ĦADD 19 TA' MARZU 2023 Tinstab 11-il sena wara l-għejbien solvut (8) u t-Tito kienu se jmorru jixtru d-droga. Ilkoll kienu ehmu li la jlestu, jerġgħu jirritornaw lura fl-appartament. Woods irrakkonta li meta mar lura l-appartament sab lil Farrugia mejta. Kif inqatlet, jekk kinx hemm xi demm bħalma semma fl-ewwel ammissjoni, jekk kinitx mietet kawża ta droga, qatt ma ta spjegazzjoni. Sostna illi sab lil Farrugia mal-art, dahra mal-ħajt u staqsa lil Cassar "X'għamilt? X'ġara?" Woods qal illi kien hemm ġlieda bejniethom u li kawża ta' hekk spiċċa qala daqqa ta' sikkina u ħarab mir-residenza tiegħu stess. Xi jiem wara qal illi ddeċieda li jneħħi l-katavru. Aktar tard sostna li Woods tefa' l-katavru f 'ħames boroż taż-żibel u tefahom barra biex jiġborhom taż-żibel. Qal illi partijiet oħra tal-ġisem kien tefahom fix-xelter tal-Floriana, fejn instabet. Minkejja dan, l-istorja hija aktar elaborata minn hekk, għaliex skont woods il-boroż taż-żibel kienu sparixxew qabel ma setgħu jinġabru u li kien issuspetta li kien ħadhom Cassar. Il-Pulizija kienet investigat lil Cassar iżda qatt ma sabet biżżejjed evidenza fil-konfront tiegħu. Minkejja dan, Cassar kien qajjem xi mistoqsijiet dwar ix-xhieda tiegħu fil-Qorti, għaliex ma bediex iwieġeb kollox. Fis-seduta huwa kien qal li kien diġà wieġeb waqt l-interrogazzjoni tal-Pulizija. Mhux ċar lanqas il- konnessjoni ta' Cassar u Woods. Fil-fatt il-prosekuzzjoni fil-kumpilazzjoni tal-evidenza kienet ġibdet l-attenzjoni ta' Cassar u qaltlu li kien inkonsistenti. Cassar ma kienx jaf lanqas kif kienu jafu lil xulxin Attard u Woods. L-aħħar interrogazzjoni ta' Woods kienet fit-2 ta' Lulju 2020 biex jiċċaraw xi punti li kien qalilhom hu stess iżda innotaw atteġġjament stramb. Meta bdew jgħidulu affarjiet li kien qalilhom hu stess kien jaqbdu nervi, jippassiġġa u jibgħat lill-Pulizija jixxejjru. X'kellhom xi jgħidu t-Tito u l-eks sieħba tiegħu Abigail Tanti ? Fix-xhieda tiegħu Cassar sostna li Charlene kienet tifla sew u li kien wissiha biex titlaq lis- sieħeb tagħha u "biex tevita nies bħal dawn." Qal illi hi ma kinitx f 'qagħda finanzjarja tajba iżda ma kienx infurmat jekk kellhiex tiġbor xi flus, lanqas jekk kinitx f 'kuntatt ma' Woods. Kuntrarjament għat-tieni verżjoni ta' Woods, Cassar qal illi Charlene qatt ma kienet ħadet drogi fil-preżenza tiegħu. L-avukat ta' Woods staqsietu għaliex kienu fetħu rapport ftit biss wara li kienu għadhom kif rawha u li bdew jissuspettaw mal-ewwel illi kienet nieqsa. Cassar qal illi dak iż-żmien is- sieħeb ta' Charlene kien għadu kif jiġi arrestat minħabba d-droga u persuna oħra kien irnexxieku jaħrab. "Kont qed nissuspetta, ippruvajt inċemplilha u ma wiġbitnix. Ma ġabritx lit-tfal mill-iskola lanqas. Dejjem kienet twieġeb għat-telefonati tiegħi," qal Cassar. Huwa sostna li hu qatt ma kien mar id-dar ta' Woods, la waħdu u lanqas akkumpanjat minn Charlene. "Qatt ma ħadt basktijiet taż-żibel u tfajthom fil-baħar. Jien idejja nodfa," kompla Cassar b'referenza għall-implikazzjoni ta' Woods. It-Tito kien qal illi huma kienu marru għal Charlene biex tikseb permess mill-Qorti biex tkun tista' iżżur lil Attard fil-ħabs. Qal illi marru lura Buġibba u dik kien l-aħħar darba li kien raha. Abigail Tanti, l-eks sieħba tat-Tito qalet illi dakinhar li kienet għebet kienu barru għal Charlene u kienu sabu lil ulied Attard fil-komun u hi ma kinitx id-dar. Kienet qalet illi kellha ċavetta tal-appartament, daħlet u ma kinitx hemm. Tanti kienet inkwetata u marret l-għassa tagħmel rapport iżda l-Pulizija kienet infurmata li membri tal-familja biss setgħu jagħmlu dan. Hija kienet saħansitra ċemplet lill-familja tagħha biex tara jekk hux qiegħda magħhom. Il-familja tal-vittma Oħt il-vittma Noemi Farrugia kienet saħqet f 'intervista fl- 2010 illi hi u Charlene kellhom relazzjoni tajba ħafna iżda l-ġenituri ma kinux kuntenti bir-relazzjoni li kellha ma' Attard u dan wassal biex ilkoll infirdu u kellhom kuntatt minimu, għaliex kienet iddeċidiet li tmur toqgħod ma' Attard. Missier il-vittma xehed fil-kumpilazzjoni permezz ta' video-call u irrakkonta li dakinhar tal-għejbien huwa kien imsiefer iżda għamel rapport li kienet nieqsa. Qal li filwaqt li kien jaf b'Abigail ma kienx jaf wisq b'Jonathan u t-Tito. Qal illi l-aħħar persuna li kien raha kien sid ta' ħanut tal- merċa fil-Qawra u hu u martu kienu marru jfittxu lil binthom. Kawża tal-għejbien ta' bintha, il-missier saħaq li saħħet martu marret lura sew u mietet fl- 2011, qabel ma kellha ċ-ċans li tinstab Charlene. Huwa qal illi l-fdalijiet ta' Charlene instabu proprju l-għada li huwa kien mar fil- qabar ta' Kristu. L-informazzjoni biex inkiteb dan l-artiklu ittieħdet minn diversi siti tal-aħbarjiet, rappurtaġġ tal-qorti u mill- ktieb ta' Eddie Attard.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum latest edition - ILLUM 19 March 2023