Illum latest edition

ILLUM 19 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1495212

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 23

13 kultura illum • IL-ĦADD 19 TA' MARZU 2023 it-tradizzjoni partikolari ieħor tas-sena, anke għal dan iż-żmien, missierijietna żviluppaw ukoll tradizzjonijiet relatati mal-ikel u l-ħelu. Kif rajna qabel, dari s-sawn tar- Randan kien rigoruż ħafna u l-insara kienu joqgħdu lura u ma jieklux ħlewwiet. Għalhekk missierijietna żviluppaw xi ħaġa li kienet speċi ta' ħelu u li kienet popolari kemm mat-tfal kif ukoll mal-kbar. Qed nirreferi għall-karamelli, ħelu magħmul mill-ħarrub, għasel u ġulepp u kien jinbiegħ imkebbeb f 'biċċiet ta karta strazza. Illum forsi għadek tara xi raġel b'qoffa f 'idu ibigħ minn dan il-ħelu nhar il-Ġimgha l-Kbira waqt il-purċissjoni. Matul ir-Randan insibu wkoll il-verżjoni Maltija tal-hot cross buns bis-sinjal tas-salib jidher ċar fil-wiċċ tal- ħelu ġeneralment magħmul minn ġelu abjad. Insemmi wkoll tradizzjonijiet kulinarji oħra bħal qagħaq tal-appostli li huma ħobza tonda fil-forma ta' qagħaqa miksija bil-ġunġlien u il-lewż. Bħat-tipi l-oħra ta' ħelu li semmejt, huma żgur ta' tentazzjoni kbira biex tikser is- sagrifiċċji li tkun wegħedt li ħa tagħmel fir-Randan!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum latest edition - ILLUM 19 March 2023