Illum latest edition

ILLUM 19 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1495212

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 23

16 opinjoni IL-ĦADD 19 TA' MARZU 2023 • illum Liċenzji għall-industrija tal-kostruzzjoni L -inkjesta maġisterjali dwar l-inċident gravi li fih intradam u miet Jean-Paul Sofia għadha għaddejja, imma għal xi raġuni inspjegabbli hemm reżistenza biex issir inkjesta pubblika li jkollha termini ta' referenza ferm iktar wiesa'. Fid-dawl kemm tal-mewt ta' Jean-Paul kif ukoll ta' dawk kollha li weġġgħu, l-inkjesta pubblika hi għodda essenzjali li permezz tagħha nimu eżatt x'ġara, anke lil hinn minn l-in- ċident innifsu. L-inkjesta pub- blika, bla dubju, tista' tidentifika informazzjoni importanti dwar fatti partikolari li kellhom impatt fuq l-inċident, għalkemm mad- daqqa t'għajn ma tkunx tidher il-konnessjoni mill-ewwel. S'issa ħadd ma ġie akkużat dwar dan l-inċident. L-anqas mhu magħruf jekk kienx hemm xi ħadd li ġie interrogat jew investigat, ħlief forsi, f 'kuntest tal-inkjesta maġisterjali li sfortunatament ħadet fit-tul. Hu possibli li hemm raġunijiet li jiġġustifikaw dan id-dewmien. Jekk hemm iżda, ma nafu xejn dwarhom u dan għax il-Maġistrat inkarigata ma toqgħodx tispjega dawn l-affarijiet. Hu fl-interess pubbliku li tispjega it dawn l-affarijiet għax għandna dritt li nkun nafu dwarhom bl- istess mod li l-Qrati għandhom l-obbligu li jispjegaw. Intqal li l-eżerċizzju ta' liċenzjar tal-industrija tal-kostruzzjoni għandu jgħin biex din titjieb. Dan ikun jista' jseħħ billi l-industrija tkun żviluppata f 'waħda li tirrispetta r-regoli u li dawn ikunu implimentati b'uniformità u b'riżultat ta' hekk tkun protetta l-ħajja u jkunu protetti n-nies. Ma' dan naħseb li jaqbel kulħadd. Imma l-proposti li nsibu fl-abbozz tar-regolamenti dwar il-liċenzjar mhux se jwassluna f 'din id-direzzjoni. L-abbozz għandu bżonn ħafna iktar minn it irtokki. Ir-regolamenti proposti jispjegaw xi kwalifiċi u dokumentazzjoni li applikant għal kull wahda mit-tlett liċenzji ta' kostruzzjoni (twaqqiegħ, skavar/piling, bini) għandhom jonoraw. Wieħed minn dawn id-dokumenti hu ċertifikat tal- kondotta. Ir-regolamenti proposti, imma, mhumiex ċari dwar kif dan iċ-ċertifikat għandu jkun ikkunsidrat mill-proċess li jwassal għad-deċiżjoni dwar il-ħruġ jew iż-żamma tal-liċenzja. Min ikun fallut hu skwalifikat milli jkollu liċenzja tal- kostruzzjoni: dan hu punt li joħroġ bl-iktar mod ċar mir- regolamenti proposti. Imma dwar kif il-kondotta jew imġieba tal-applikant tista' tittieħed in konsiderazzjoni ma hemm xejn fir-regolamenti dwar il-liċenzji. Għandu jkun hemm tolleranza zero għal imġieba jew kondotta mhux aċċettabbli. Dan għandu jkun ċar fir-regolamenti proposti li sfortunatment huma kompletament siekta dwar dan. M'għandniex noqgħodu nistennew inċidenti gravi biex jittieħdu passi u jkunu skwalifikati applikanti għall-liċenzja. Bħala riżultat tal-proċess tal-liċenzjar għall-industrija tal- kostruzzjoni għandu jkun possibli li deċiżjoni titieħed fil-ħin, qabel ma problema identifikata tikber. Dan għandu jkun possibli li jsir b'mod ċar. Bħalma min hu fallut ma jistax ikollu liċenzja, bl-istess mod min ikollu tbajja' fiċ-ċertifikat tal-kondotta għandu jkun ippenalizzat. Din għandha jkun ċar fir-regolamenti proposti. Imbagħad hemm dawk li għandhom storja, kultant twila, ta' rapporti negattivi mill-uffiċjali tal- Awtorità tal-Bini u Kostruzzjoni (BCA) dwar inċidenti varji fuq il-lantijiet tax-xogħol tagħhom. Dan kollu ma jistax ikun injorat meta tkun ipproċessata talba għal ħruġ ta' liċenzja, inkella biex din tiġġedded. Imma dwar dan ma hemm xejn fl-abbozz tar- regolamenti. Ma jistax ikun li dan kollu jiġi injorat. Għax jekk dan jiġi injorat qed nikkundannaw ruħna li dawn l-inċidenti varji jibqgħu jirrepetu ruħhom. Dan hu ċertament każ fejn il-passat hu garanzija tal-futur. F'dan il-kuntest huwa importanti ħafna li l-impatti tal-proċess tal-kostruzzjoni fuq terzi jingħata piż fil-proċess tal-ħruġ jew tiġdid tal-licenzji. Dan isir billi kull incident li jkun hemm record tiegħu għand l-Awtorità jagħtu kaz tiegħu qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar kwalunkwè liċenzja. Hemm wisq operaturi fl-industrija tal- kostruzzjoni li ma jagħtux kaz tar- residenti. Jarawhom bħala xkiel. Dan hu qasam li bħala riżultat tal- proċess tal-liċenzja, jekk dan isir sew, jista' jkun hemm benefiċċju kbir biex jonqos l-impatt negattiv tax-xogħol tal-kostruzzjoni fuq ir-residenti. Imma anke dwar dan l-abbozz tar-regoli ma jgħid xejn. Opportunità oħra mitlufa. Hemm diversi deciżjonijiet tal- Qrati tagħna li juru illi fejn ikunu imposti multi amministrattivi sostanzjali inkella jkunu sospiżi jew irtirati liċenzji, dan jista' jwassal għall-kontestazzjoni kostituzzjonali tal-proċeduri użati. Il-battalja legali tkun waħda twila u inevitabilment twassal biex il- proċess regolatorju jsir ineffettiv u r-riforma kollha tispiċċa imminata. Fir-regolamenti proposti hemm ukoll il-potenzjal gravi għall- abbuż. L-azzjoni amministrattiva tista' tintuża biex bi skop biex ikun eliminat l-possibilità ta' azzjoni kriminali. Dan diġà ġara f 'ċirkustanzi differenti, f 'każ ambjentali, fejn kienu diġà inbdew passi kriminali li waqfu wara li tħallset multa amminsitrattiva. Hemm iktar. It-Tribunal dwar il-Bini/Kostruzzjoni li eventwalment jikkonsidra appelli dwar liċenzji, għalkemm hu deskritt bħala independenti u imparzjali, mhu xejn minn dan. Huwa magħmul minn professjonisti li fil-prattika professjonali tagħhom għandhom fost il-klijenti tagħhom diversi operaturi fl-industrija tal- kostruzzjoni. Dan jimmina l-proċess deċiżjonali. Fl-aħħar l-effettività tal-proċess tal-liċenzji tal-kostruzzjoni hu dipendenti fuq ir-riżorsi li ser ikunu allokati lill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni biex din twettaq l-obbligi regolatorji tagħha. L-Awtorità għandha tkun proattiva. Dan tista' tagħmlu jekk l-uffiċjali tagħha jkunu kapaċi jaġixxu mingħajr ma joqgħodu jistennew li l-ewwel jidħlu r-rapporti. Il-rieda tal-Gvern li jaġixxi, jirregola u jinforza il-liġi hu pass pożittiv. Iż-żmien biss iżda jista' jagħtina parir jekk dan kollu jwassalx għal riżultati konkreti. Is- sinjali s'issa ma tantx jippromettu. Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum latest edition - ILLUM 19 March 2023