Illum latest edition

ILLUM 19 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1495212

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 23

19 editorjal illum • IL-ĦADD 19 TA' MARZU 2023 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt M 'hemmx isbaħ mir-re- sponsabilità politika għax din turi li l-politiku mhux biss qiegħed iżomm lilu nnifsu kontabbli iżda qiegħed juri rispett lejn dawk in-nies illi eleġġewh u wisq aktar lejn dawk in-nies li jappoġġ- jawh u tawh l-għajnuna biex ikun jista' jiġi elett. Għalhekk huwa ta' diżappunt enormi, diżappunt li qed jesprimuh ħafna nies u li dehret ukoll bl-aktar mod ċar fis-sondaġġ tal-Ħadd li għadda fuq il-gazzetta MaltaToday. Diżappuntanti illi dawk kollha li kellhom xi sehem b'mod dirett jew indirett fil-kuntratt ta' għoti ta' tliet sptarijiet pubbliċi ma jridux jerfgħu r-responsabilità politika. Nibdew b'Konrad Mizzi. L-eks Ministru li s-soltu dejjem jikteb xi status din id-darba għażel – sorprendentament – illi jibqa' f 'silenzju assolut. Din id- darba, meta ismu issemma diversi drabi f 'sentenza tal-Qorti u fl-iktar darba li sentenza tal-Qorti tefgħet dubji serji fuq l-integrità politika tiegħu, Mizzi għażel li ma jweġibx. U dan l-editorjal jixtieq ikun jaf għaliex ma weġibx, għaliex ma ħasx il-bżonn li jiddefendi lilu nnifsu bħalma kien iħobb jagħmel kull darba li jissemma' ismu fir-rigward tal-Panama papers, ta' 17 Black u tal-ElectroGas. Mizzi huwa wieħed minn dawk in- nies li ismu huwa sinonimu ma' kull skandlu u kull episodju li ħammar wiċċ Gvern Laburista. Jekk m'għandu jagħti spjegazzjoni lil ħadd, Mizzi żgur li għandu jagħtiha, l-ewwel u qabel kollox, lil-Laburisti. Konrad Mizzi għandu ħafna xi jwieġeb u s-silenzju tiegħu tista' biss tinftihem bħala – parzjalement jew assolut ammissjoni ta' ħtija. Persuna oħra li żgur kienet fil- qalba ta' dan il-kuntratt, għax kienet de facto Prim Ministru huwa Keith Schembri. Anke Keith Schembri żamm is-silenzju. Keith Schembri ma kienx sempliċement xi ħadd li jara li kulħadd jidħol għax-xogħol fil-ħin f 'Kastilja. Imma kien prattikament dak il-bniedem li jinnegozja, li jitkellem u li huwa l-vuċi ewlenija tal-Gvern ta' Muscat. Schembri wkoll għandu ħafna xi jwieġeb u bħal Konrad Mizzi, Schembri ma tkellimx. L-iskuża li Schembri huwa uffiċjal pubbliku u mhux elett, hija skuża insult għaliex il-persuni li poġġewh fil-poter – u ta' min ngħidu li kellu poter kbir – kienu eletti. U dan iġibna għal Joseph Muscat. Muscat, l-eks Prim Ministru, tkellem b'mod li dan il-kuntratt kien żball, xi ħaġa li ma marritx sew. Kieku kellna nemmnu li dan kien il-każ u dan biss kien il-każ allura xorta Muscat innifsu għandu jagħmel apoloġija ta' dan il-kuntratt għax kien xogħlu, li meta jingħata ass pubbliku jew proprjetà tal-poplu lill-privat tingħata b'rettezza, b'dixxiplina, b'rispett lejn flusna u fuq kollox b'trasparenza sħiħa. Dawn kollha kienu nieqsin, inkluż trasparenza, għax lanqas biss konna nafu x'inhuma t-tragwardi ta' din il-kumpanija, liema tragwardi ebda wieħed ma' laħqet. Apparti minn hekk lanqas kien hemm id-dixxiplina, bil-flus tal-pubbliku. Dan kien każ oxxen fejn eluf fuq eluf ta' taxxi tal-poplu marru ġo ħofra li ħadd ma jaf fejn kienet twassal jew f 'liema but kienet qed tieħu t-taxxi tal-poplu. Kif qalet il-gazzetta ILLUM diversi drabi: Dak tal-VGH ma kienet xejn għajr serqa legalizzata u mogħtija bil-barka ta' min suppost kien qiegħed jara li l-assi pubbliċi jiġu mmexxija bl-aħjar mod possibbli. Is-silenzju mhux se jagħlaq dan il-kapitlu, wisq anqas se jagħlaq dan il- kapitlu kull attentat fjakk li nippruvaw niġġustifikaw l-iżbalji ta' dawn l-10 snin bi żbalji li saru fl-10 snin ta' qabel. Kif dejjem qal dan l-editorjal, il-ħażin jibqa' ħażin, jagħmlu min jagħmlu. Il-ħażin ma jsirx tajjeb għaliex hemm "il-Gvern tagħna fil-poter." Ikun hemm min jgħid "imma kemm se ddumu tgħidu dwar dan il-każ?" U lil dawk li jgħidulna hekk aħna infakkruhom illi probbabilment huma kienu l-istess nies li ġustament iġġieldu u opponew u ħadmu biex l-assi u l-art tal-poplu jibqgħu tal-poplu, biex dak li ħdimna għalih aħna - kemm taħt Gvernijiet Nazzjonalisti u Laburisti jibqa' tagħna u l-isptarijiet pubbliċi, bħal-art pubblika hija tagħna. Meta nammettu li dak tal-VGH kien oxxenità nibdew nitgħallmu li dawn l-affarjiet ma jerġgħux isiru qatt aktar. Kif għidna ftit editorjali ilu Malta hi tal-Maltin u mhux tal-ħallelin, mhux ta' xi erba' multi-miljunarji barranin. Hemm ħafna risposti x'jingħataw u ħafna silenzju x'jinkiser u jekk dawn il-politiċi li semmejna f 'dan l-editorjal – speċjalment dawk li qed iżommu s-silenzju – iridu verament jirrispettaw lil dawk li eleġġewhom, għandhom jagħtu l-istampa u l-veduta ta' dak li ġara illum qabel għada. Mill- bqija s-silzenju tagħhom jibqa' jitqies kompliċità assoluta. 'Is-silenzju diżappuntanti'

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum latest edition - ILLUM 19 March 2023