Illum latest edition

ILLUM 19 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1495212

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 23

aħbarijiet 03 illum • IL-ĦADD 19 TA' MARZU 2023 L-Għawdxin l-aktar inkwetati fuq buthom ANTHEA CACHIA Xirja ta' pakkett ħalib, ħobż, perżut u ġobon, fejn qabel kienet tiswa' madwar €3.50 illum malajr tiġi tiswa' €5. Mhix sorpriża li l-ħajja għoliet u fil-fatt 68.6% tal- Maltin qalu illi huma inkwetati ħafna fuq l-ogħli tal-ħajja. Dan irriżulta minn sondaġġ xjentifiku magħmul mill-polling unit tal-MediaToday POLAR għall-gazzetta ILLUM li staqsa lill-parteċipanti kemm jinsabu inkwetati fuq l-għoli tal-ħajja. L-għoli tal-ħajja huwa ikkawżat minn numru ta' fatturi inkluż il- gwerra bejn l-Ukrajna u r-Russja u l-effetti li qed tħalli fuq il-forniment tal-ikel, il-prezzijiet tal-qamħ kif ukoll il-prezzijiet tal-ġwież u ċereali. Dan ifisser li mhux biss qed jiżdiedu l-prezzijiet tal-materja prima, imma wkoll ta' prodotti li nużaw biex jiġu mitmugħa l-annimali. Dan qed iwassal biex prodotti bħall-laħam, ġobnijiet, ħobż, ħalib, ċereali, tiġieġ u dak kollu li ġej mill-annimali jiżdied fil-prezz. Dan apparti illi sforz il- pandemija żdiedu sew il-prezzijiet tal-enerġija u għalkemm il-Gvern Malti qed iżomm il-prezzijiet tal- enerġija kif ukoll tal-uwil stabbli, din iż-żieda xorta wasslet għal żieda qawwija fil-prezzijiet tal-prodotti tal-ikel. B'mod partikolari dan is-sondaġġ juri illi l-aktar persuni inkwetati huma dawk li għandhom bejn 51 sena u 65 sena. Dan jista' jiġi attribwit għall-fatt illi f 'din l-età dawn ikunu resqin lejn il-pensjoni u jista' jagħti l-każ illi jkunu mħassba dwar kif se jkampaw la darba jieqfu mill- impjieg tagħhom. Tajjeb li nsemmu wkoll illi skont ċifri tal-Eurostat, iż-żgħażagħ Maltin jibqgħu jgħixu mal-ġenituri sakemm ikollhom 32 sena u dan ifisser li ħafna ġenituri tal-etajiet bejn il-51 sena u s-65 ikunu għadhom qed imantnu lil uliedhom għaliex ikunu għadhom qed jgħixu taħt l-istess saqaf. Dawn segwiti mill-parteċipanti li għandhom bejn 36 u 50 sena, b'70.3%. Tajjeb li nsemmu li dawn ukoll ikollhom ħafna spejjeż fosthom biex iħallsu xi self tar- residenza tagħhom, l-ispejjeż tal-iskola tat-tfal u l-attivitajiet estrakurrikulari, fost oħrajn u dan ukoll jistgħu jiġu attribwiti għall- fatt illi jinsabu inkwetati ħafna. Fil-fatt kienu 1.3% biss illi qalu li mhmumiex inkwetati. Interessanti wkoll illi ż-żgħażagħ tal-etàjiet bejn 16 u 35 sena huma t-tieni l-aktar inkwetati fuq l-għoli tal-ħajja, b'65.3% li jaħsbu dan, it inqas mill-parteċipanti li għandhom 'l fuq minn 65 sena. Min-naħa l-oħra b'mod ġenerali, kienu biss 3% illi qalu li ma huma inkwetati xejn fuq l-għoli tal- ħajja filwaqt li 8.6% qalu li huma inkwetati it. B'mod ġenerali wkoll it inqas minn 20% qalu li filwaqt illi huma inkwetati, mhumiex inkwetati ħafna. Għawdex l-aktar imħassbin fuq l-għoli tal-ħajja Dan is-sondaġġ indika wkoll illi 78.3% tal-Għawdxin inkwetati ħafna l-fuq l-għoli tal-ħajja. Dan jagħmel l-Għawdxin l-aktar popolazzjoni inkwetata f 'pajjiżna. 1.3% tal-Għawdxin biss illi qalu li ma huma inkwetati xejn. Dan filwaqt illi l-perċentwal ta' dawk li huma inkwetati it huwa ta' 10%. Dan il-perċentwal huwa soprendenti proprju minħabba l-fatt illi f 'sondaġġ xjentifiku illi sar kważi sena ilu mill-ILLUM, l-Għawdxin kienu l-inqas imħassbin fuq l-għoli tal-ħajja. Dakinhar, il-gazzetta staqsiet fuq l-aktar kwistjonijiet li kienu qed jinkwetaw dwarha, bl-aktar kwistjonijiet li kienu qed jinkwetaw dwarhom kienu l-korruzzjoni, l-għoli tal-ħajja u l-Covid-19, f 'din l-ordni. Minkejja li l-mistoqsija tvarja bi it, sena ilu 5% tal-Għawdxin biss qalu illi kienu inkwetati fuq l-għoli tal-ħajja, ferm inqas meta wieħed iqabbel maċ-ċifra ta' llum. Intant, l-aktar persuni illi qalu li ma huma inkwetati xejn huma dawk mix-xlokk ta' pajjiżna b'6.8%. Dawn jinkludu r-residenti ta' Birżebbuġa, ta' Marsaxlokk u ta' Ħal Kirkop, fost oħrajn. L-għoli tal-ħajja hija ta' inkwiet kbir għal 86.7% tan-Nazzjonalisti... Kienu 86.7% ta' dawk il- parteċipanti illi kieku jkollha tfaqqa elezzjoni issa u jagħżlu li jivvutaw lil Partit Nazzjonalista, li jinsabu imħassba sew dwar l-għoli tal-ħajja. Dan il-perċentwal huwa kważi 40% aktar minn dawk illi kieku jivvutaw lill-Partit Laburista, b'47.4% tal- parteċipanti Laburisti illi qalu li huma inkwetati ħafna. Min-naħa l-oħra dan is-sondaġġ staqsa wkoll lil persuni illi fl-aħħar elezzjoni ivvutaw għall-ADPD – e Green Party u irriżulta illi 44.1% tal-parteċipanti jgħidu illi huma inkwetati ħafna, qrib ħafna tal-votanti Laburisti. Kważi 37% qalu li huma inkwetati, iżda mhux ħafna u kważi 19% illi qalu li huma inkwetati it. Punt interessanti huwa illi l-ebda parteċipant illi ivvota lil ADPD qal illi ma huwa inkwetat xejn. Kważi 10% ta' dawk illi għandhom livell primarju ta' edukazzjoni bla inkwiet fuq moħħhom U finalment dan is-sondaġġ jindika illi meta wieħed jara l-livell tal-edukazzjoni, kważi 10% ta' dawk illi għandhom livell primarju ta' edukazzjoni – u għaldaqstant l-inqas livell –ma huma inkwetati xejn. Dan filwaqt illi 58.3% qalu illi huma inkwetati ħafna. Filwaqt illi livell terzjarju tal- edukazzjoni jfisser illi persuni għandhom impjieg bi dħul tajjeb, xorta waħda jibqa' l-fatt illi kważi 65% tal-parteċipanti b'din l-edukazzjoni jinsabu imħassbin sew. Minkejja kollox l-ikbar inkwiet huwa l-aktar irreġistrat fost dawk b'edukazzjoni sekondarja b'73.3%. Metidoloġija: Dan is-sondaġġ sar bejn nhar il-Ġimgħa 3 ta' Marzu u nhar il-Ġimgħa 10 ta' Marzu 2023. B'kollox aċċettaw li jipparteċipaw 574 persuna. Il-kampjun jirrifletti l-karatteristiċi tal-popolazzjoni skont l-età, ir-reġjun u l-ġeneru. Il-marġini ta' żball huwa ta' 4.8% b'intervall ta' kunfidenza ta' 95%. Kemm int inkwetat fuq l-għoli tal-ħajja? 19 th March 2023 European Agricultural Fund for Rural Development 2014-2020 PRE-ANNOUNCEMENT The Director General, Funds and Programmes Division, within the Parliamentary Secretariat for European Funds pre-announces the issuing of calls for the following measures under the Rural Development Programme 2014-2020. Applications will open on Monday 3 rd April 2023 and will close on Friday, 2 nd June 2023 at noon. Measure Number Title of Measure 4.1 Sub-Measure 4.1 - Support for Investments in Agricultural Holdings 8.5 Sub-Measure 8.5 - Support for investments improving resilience andenvironmental value of forest ecosystems' 22* Measure 22 - Exceptional temporary support to farmers and SMEs particularly affected by the impact of Russia's invasion of Ukraine (art 39c) The Guidelines and the application will be uploaded on the website www.fondi.eu in due course. For more information, the Managing Authority can be contacted on rdd.mefl@gov.mt or 2555 2634. Those interested are to contact the MA by e-mail on rdd.mefl@gov.mt by Friday 24 th March 2023 and will be invited to an information session. Details of the information session will also be uploaded on the MA website on Monday 27 th March 2023. *Measure 22 is still subject to clearance. On this measure, all eligible beneficiaries will be contacted directly. Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020 Parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Rata ta' Ko-finanzjament: 75% Unjoni Ewropea; 25% Gvern ta' Malta Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali: L-Ewropa tinvesti f'żoni rurali 19 th March 2023 European Agricultural Fund for Rural Development 2014-2020 PRE-ANNOUNCEMENT The Director General, Funds and Programmes Division, within the Parliamentary Secretariat for European Funds pre-announces the issuing of calls for the following measures under the Rural Development Programme 2014-2020. Applications will open on Monday 3 rd April 2023 and will close on Friday, 2 nd June 2023 at noon. Measure Number Title of Measure 4.1 Sub-Measure 4.1 - Support for Investments in Agricultural Holdings 8.5 Sub-Measure 8.5 - Support for investments improving resilience andenvironmental value of forest ecosystems' 22* Measure 22 - Exceptional temporary support to farmers and SMEs particularly affected by the impact of Russia's invasion of Ukraine (art 39c) The Guidelines and the application will be uploaded on the website www.fondi.eu in due course. For more information, the Managing Authority can be contacted on rdd.mefl@gov.mt or 2555 2634. Those interested are to contact the MA by e-mail on rdd.mefl@gov.mt by Friday 24 th March 2023 and will be invited to an information session. Details of the information session will also be uploaded on the MA website on Monday 27 th March 2023. *Measure 22 is still subject to clearance. On this measure, all eligible beneficiaries will be contacted directly.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum latest edition - ILLUM 19 March 2023