Illum latest edition

ILLUM 19 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1495212

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 23

23 films IL-ĦADD 19 TA' MARZU 2023 • ILLUM Carmel Bonnici Hollywood u l-gwerra tal-Vjetnam (1) Għall-Amerikani, l-gwerra tal-Vjetnam ma kenitx bħall- gwerer oħrajn. Waqt li f 'kumbattimenti oħra l-poplu Amerikan kien dejjem wieħed magħqud, wara bidu fejn kulħadd kien unanimu favur il-gwerra, n-nies bdew jaraw li d-dewmien tagħha, l-ħafna suldati żgħażagħ maqtula jew feruti u n-nuqqas ta' ħeġġa u rieda fost is-suldati, din il- gwerra bdiet iġġib protesti kbar anki minn xi atturi ta' Hollywood biex il-gvern Amerikan joħroġ minn din il-bawxata nhux mistieqa. Il-konflitt fil-Vjetnam Matul is-snin tal-ħamsinijiet u sittinijiet, l-Istati Uniti ġġieldet xi gwerrer biex iwaqqfu l-Kommuniżmu. Il-Vjetnam kien ilha kolonja Franċiża sa mill-1880. Dawn bdew jiġġieldu għall-indipendenza u fl-1954 rebħu. Il-pajjiż inqasam fi tnejn – il-parti ta' Fuq kommunista u dik ta' Nofsinhar mhux kommunista. Il-kommunisti tan-naħa t'isfel tal-pajjiż kienu jissejħu l-Vjetkong. Fil-bidu tas-snin sittin ippruvaw iwarrbu lill- gvern. Naturalment, il-gvern ta' Fuq għen lil Vjetkong. L-Istati Uniti bagħtet esperti militari u ammunizzjoni biex tgħin lil Vjetnam tas-Sud tiġġieled lil Vjetkong. Fl-1965, l-Amerika bagħtet lis-suldati lejn il-Vjetnam. It- truppi Amerikani kellhom teknoloġija u armi aħjar minn tal-għadu. Kellhom ukoll jet bombers, tankijiet u helikopters. Il-Vjetkong kienu jiġġieldu fi gruppi żġħar u jinħbew fil-ġungla. Kienu wkoll jikkontrollaw parti kbira minn naħa t'isfel tal-pajjiż. Il-moviment ta' kontra l-gwerra L-Istati Uniti kienet qed tonfoq miljuni kbar ta' dollari f 'dan il-kumbattiment u ħafna Amerikani kienu qegħdin imutu. Fuq it-TV il-poplu beda jara lis-suldati jiġġieldu battalji perikulużi u anki raw ir-riżultati terribbli li l-bombi Amerikani ġabu fuq in-nies tal- Vjetnam. Xi wħud kienu jaħsbu li pajjiżhom għandu joħodha kontra l-kommuniżmu jkun fejn ikun. Diversi oħrajn indunaw li din il-gwerra hija żejda u li l-Istati Uniti m'għandix tindaħal bejn il-Vjetnam ta' Fuq u dik t'Isfel. Il-gvern beda jingaġġa ħafna żgħażagħ fl-armata. Il- maġġoranza ma ridux jiġġieldu fi gwerra li kienu konvinti li kienet bla bżonn u ħażina. Din it-tendenza naqset ir-rieda ta' dawn biex jidħlu kollhom kuraġġ għall-azzjoni u ħafna suldati ġol-Vjetnam anki bdew jieħdu d-drogi u, taħt dan l-effett, jikkommetti massakri fuq ċittadini timidi u nnoċenti. F'ħafna partijiet tal-Istati Uniti saru dimostrazzjonijiet kontra din il-gwerra. Fl-1969, Richard Nixon laħaq President u beda jġib lura xi suldati. Pero', għall-kuntrarju, l-ajruplani Amerikani żiedu l-bumbardamenti fuq il- Vjetnam ta' Fuq u anki bdew jitfgħu l-bombi fuq il-Kambodja, pajjiż fil-punent tal-Vjetnam. Fl-1973, il-Vjetnam ta' Fuq u dik t'Isfel flimkien mal-Amerikani qablu li jtemmu l-gwerra. Is- suldati kollha marru lura u b'hekk il-Vjetnam ta' Fuq fl- 1975 rebħu l-gwerra. Madwar 55,000 suldati Amerikani mietu f 'din il-gwerra u l-kommuniżmu xorta baqa' jirrenja f 'dan il-pajjiż Asjatiku. Dwar din il-gwerra ħarġu ħafna films u diversi dokumentarji sa mill-1965. Il- gwerra tal Vjetnam ikkreat trawma nazzjonali fl-Istati Uniti li qatt ma dehret bħalha mill- Gwerra Civili 'l hawn. Din il-gwerra kienet miġġielda mhux biss bl-armi u n-napalm (gass velenuż b'daħna oranġjo msejjaħ ukoll "agent orange"), imma b'tabelli u dimostrazzjonijiet fil-bliet kollha tal-Istati Uniti, kif ukoll fl-iskejjel u l-universitajiet. Għall-ewwel Hollywood beża' jiddeffes u juri l-taqtigħ ta' qalb u t-tensjoni li kien hemm. L-ewwel film kbir li ħareġ kien The Green Berets (1968), bl-attur John Wayne, ffinanzjat mill-kumpanija maġġura ta' Hollywood, Warner Bros. Billi John Wayne kien Repubblikan akkanit u patrijott ferventi, dan il-film wera biss il-qlubija tal-Amerikani u mhux veru dak li attwalment kien qed iseħħ. Il-poplu kien qed jara mod ieħor x'kien qed jiġri minn fuq id-dokumentarji tat- televizjoni. Bil-mod il-mod, il-folja bdiet tinqaleb u l-films bdew jirrakkontaw dak kollu li tassew kien qed iseħħ b'mod grafiku. Fuq medda ta' sentejn ħarġu tliet films li taw stampa ċara kif aġixxew ħafna mis-suldati Amerikani. Ikompli nhar il-Ħadd li ġej...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum latest edition - ILLUM 19 March 2023