Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1495213
04 aħbarijiet IL-ĦADD 19 TA' MARZU 2023 • illum 'Ma kontx naf bit-tender. Kulma jitla' quddiem il-bord huwa l-valutazzjoni' ANTHEA CACHIA "Quddiemna kellna biss il- valutation analysis report u fih ma jkunx hemm miktub illi se joħroġ it-tender. Fil-fatt kienu l-kollegi tad-distretti tiegħi li imbgħad infurmawni li kien hemm tender." Hekk qalet il-Kelliema għall-Artijiet u d-Drittijiet tal-Konsumatur u membru tal-Bord tal-Gvernaturi fi ħdan il-Lands, Rebekah Borg. Din il-gazzetta għandha l-informazzjoni illi l-Bord tal- Gvernaturi approva l-valutation analysis report illi ġie mressaq mill-Kumitat tal-Valutazzjoni. Dan ir-rapport sar fuq is-sit magħruf bħala Tal-Qortin fi Triq is-Sagħtar, Triq il-Miġbħa u Wesgħat in-Narċis, fil-limiti tal- Mellieħa. Dan is-sit għandu kobor ta' it aktar minn 5,000 metru kwadru u huwa suġġett għal dak l-imsejjaħ 'Right of First Refusal' li jgħati d-dritt lill-persuni jew kumpaniji interessati li jixtru s-sit li jidħlu f 'tranżazzjoni ta' negozju qabel persuni oħra. Apparti minn hekk dan is-sit għandu fih tliet pjanti li jinsabu biss f 'pajjiżna, tnejn minn dawn li huma speċi endemiċi u li għaldaqstant ifisser illi jikbru f 'pajjiżna biss. L-ILLUM staqsiet lil Borg fuq dan it-tender u Borg ċaħdet illi hija kienet taf bih qabel ma ivvutat fuq ir-rapport ta' valutazzjoni. "Kullma jitla' quddiem dan il- bord huwa l-valutazzjoni," tenniet Borg. Tajjeb li nirrimarkaw illi b'mod ġenerali, valutazzjoni issir meta se jinħareġ tender mil- Lands. 'Ħbewha minni kompletament' Hawn l-ILLUM twaqqaa u tistaqsiha illi jekk sit jew proprjetà issirilha l-valutazzjoni, dan ifisseri li hemm il-ħsieb illi dan jitpoġġa fuq is-suq u jinbigħ. Għal dan hija argumentat illi, "le mhux neċessarjament. Jien ma kont naf x'se jiġri bih is-sit." Hija għamlet referenza ukoll għar-Right of First Refusal u qalet illi l-kwistjoni wara dan it- tender hija din il-klawżola. Tgħid ukoll illi lilha ma qaluliex biha u "ħbweha minni kompletament. Din ma titlax bord għaliex kull ma jitla' huwa l-valutation analysis report." Borg iċċarat ukoll illi anke f 'każijiet oħra, dan il-bord ma jarax tenders quddiemu. Żiedet tgħid illi f 'dan ir-rapport ma kienx hemm miktub jekk hux se joħroġ it-tender, meta se joħroġ u l-kundizzjonijiet ta' kif se joħroġ bihom, "dawk l-affarjiet le, qatt ma nkun konxja tagħhom." 'Jiena nagħti sostenn lill-kollegi tiegħi' Id-Deputat Ivan Castillo, eks kunsillier fil-Kunsill Lokali tal- Mellieħa, huwa voċiferu ħafna dwar dan il-proġett. Huwa sostna illi "hija ipokrezija" illi dan il- proġett se jinbigħ meta l-Gvern irid jixtri artijiet oħra biex jikkonvertihom fi spazji ħodor għall-poplu Malti u Għawdxi. Huwa saħansitra għamel talba lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi u l-Ombudsman tal- Ippjanar biex jiġi investigat dan l-istess tender bil-għan li jiġi determinat jekk din iż-żona tistax tiġi żviluppata. Huwa talab ukoll biex dan it-tender jiġi sospiż sakemm l-investigazzjonijiet ikunu konklużi. F'kumment li ta lill-gazzetta MaltaToday Castillo qal illi "ma tagħmilx sens li jinħareġ tender qabel ma jiġi assessjat il-valur ekoloġiku tiegħu mill-ERA. Kienet tagħmel ħafna aktar sens li kieku l-Lands ikkonsultat mal- ERA qabel ma ħarġet dan it- tender." Intant dan l-ILLUM fakkret lil Borg dwar din l-oppożizzjoni u hawn Borg qalet,"nagħti l-appoġġ sħiħ lil Castillo fuq dak li qal dwar it-tender u l-proġett kollu kif sar sa issa. Iżda aħna bħala bord ma dħalniex fl-analiżi tal-proġett. Kull ma jiġi quddiemna hu kif inħadmet il-valutazzjoni mill- periti b'mod tekniku." POSTS FOR LEGAL PROCURATOR WITH THE OFFICE OF THE ATTORNEY GENERAL (Jobsplus Vacancy No. 390898, Permit Nos. 620/2022) The Office of the Attorney General Agency is inviting applications for Legal Procurators. The selected candidates will be employed on a full-time indefinite term basis, subject to a probation period, and will be required to work for a minimum of forty hours per week. Applicants must be in possession of a warrant to practice the profession of Legal Procurator. ___________________________________________________________________________ Applications must quote relevant Jobsplus Vacancy Reference, include a detailed CV, and should be addressed to: The Administration Office of the Attorney General, No. 53, Admiralty House, South Street, Valletta VLT 1101 or emailed to ag@attorneygeneral.mt and should be submitted by not later than Thursday 6 th April 2023. POSTIJIET TA' PROKURATURI LEGALI FL-UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI (Jobsplus Vacancy No. 390898, Permit Nos. 620/2022) L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qiegħed jilqa' applikazzjonijiet għal grad ta' Prokuratur Legali. L-applikanti magħżula jkunu fuq kuntratt għal żmien indefinit, soġġett għal perijodu ta' prova, u jkunu mistennija jaħdmu mhux inqas minn erbgħin siegħa fil-ġimgħa. L-applikanti irid ikollhom warrant biex jipprattikaw il-professjoni ta' prokuratur legali _______________________________________________ L-Applikazzjonijiet, irrid jkollom in-numru ta' referenza tal-Jobsplus relevanti u għandhom jinkludu Curriculum Vitae dettaljat u għandhom jintbagħtu lil; Amministrazzjoni Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali Nru. 53, Dar l-Ammiraljat, Triq Nofsinhar, Valletta VLT 1101 jew ibgħat email lill ag@attorneygeneral.mt Sa mhux aktar tard minn nhar il-Hamis 6 t' April 2023. AVIZZ B'dan l-avviż ikun magħruf illi b'rikors ippreżentat fil Qorti, Sezzjoni ta' Ġuriżdizzjoni Volontarja, fit-2 ta' Frar, 2023, Rikors numru 203/2023, minn Antida Lia fejn talbet li tiġi ddikjarata miftuħa favur Antida Lia, Maria Sammut, Jonathan Fenech, Emanuel Fenech u Edmond Fenech ulied id-decujus fi kwoti ndaqs bejniethom is-suċċessjoni ta' Teresa Fenech, armla minn Guzeppi Fenech, bint il-mejtin Guzeppi Agius u Maria Agius née Cuschieri, imwielda Ħal Qormi, Malta, kienet residenti l-Imsida, Malta, u mietet l-Imsida, Malta, fit-23 ta' Ottubru, 2022, ta' 84 sena, u li kellha karta tal-identità bin-numru 492038M. Għaldaqstant, kull min jidhirlu li għandu interess huwa msejjaħ biex jidher quddiem il-Qorti fuq imsemmija sabiex b'nota jmur kontra dik it-talba fi żmien ħmistax-il ġurnata li jibda jgħaddi minn dak il-jum li fih jiġi mwaħħal il-bandu u l-avviżi skont il-liġi. Reġistru tal-Qorti Ċivili, Sezzjoni ta' Ġuriżdizzjoni Volontarja Illum 24 ta' Frar, 2023 ALEXANDRA DEBATTISTA Għar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali AVIZZ