Illum previous editions

ILLUM 19 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1495213

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 23

09 analiżi illum • IL-ĦADD 19 TA' MARZU 2023 Sforz il-VGH? Għax dieħla politiku? Jew daqqa ta' darba? qed insiru nafu dawn id-dettalji dwar dan il-proġett. U l-kuntest huwa wiesa' ħafna. Huwa kuntest ta' poplu li qed iħallas aktar għall-aktar affarijiet essenzjali - speċjalment l-ikel - u f 'realtajiet inflazzjonarji rekord li qed jgħafsu sew fuq il-bwiet tal-ħaddiema. Hija n-norma politika li kull meta l-għafsa finanzjarja tkun akbar, każi ta' korruzzjoni jdejqu aktar speċjalment meta l-Oppożizzjoni tirnexxi fl- attentat illi torbot l-flus li marru għall-korruzzjoni, frodi jew serq mal-bżonnijiet tan-nies fit-triq, speċjalment fil-qasam tas-saħħa. Anke jekk pajjiżna fil-verità reġa' qed jistejqer mill-pandemija u baqa' fil-wiċċ minkejja l-effetti tal-gwerra, xorta qegħdin ferm 'il bogħod mis-sentiment ekonomiku pożittiv ħafna li kien hawn fl- 2019. Sondaġġ fuq din il-gazzetta illum stess, juri li persentaġġ qawwi ħafna ta' votanti (68.6%) qed jgħidu li l-għoli tal-ħajja qed tinkwetahom "ħafna." Huwa dan allura l-kuntest li wieħed irid jikkalkula dan is-sentiment negattiv lejn il-Gvern. Lilhinn minn aspetti ta' flus imbagħad, li deċiżjoni bħal dik li titratta l-VGH fil-Qrati - daqstant diretta u skjaċċanti twassal għal telf fl-appoġġ lejn il-Gvern, suppost hija minn ewl id-dinja u n-norma, kif suppost hija minn ewl id-dinja li każ bħal dan jagħti imbuttatura lill-Oppożizzjoni, li qed turi li ma hijiex beħsiebha tħalli xejn għax-xorti u se taċċerta li tibqa' tuża l-kuntratt tal-VGH biex timmobilizza lill-għeruq. 'Arroganza' - Perċezzjoni jew realtà? Lura għall-2013 meta Gvern Nazzjonalista kien wasal lejn it-tmiem tiegħu l-aktar aġġettiv negattiv li kien jintuża fil-konfront tal-Gvern kien, "arroganti", 'il-poter tela' wisq għal rashom", "qed jaraw lil kulħadd dubbien." Issa din l-analiżi mhux se tassumi x'inhu perċezzjoni u x'inhi realtà imma qed tfakkar li fil-politika l-perċezzjoni tiswa' daqs realtà. Biżżejjed tara l-ħafna kummenti ta' attivisti Laburisti propju dwar dan is- sondaġġ. Din l-idea li l-partit qed jinjora jew inkella qed jitfa' fil-ġenb lill-aktar attvisti leali reġgħet qed terfa' rasha, kif kienet qabel l-aħħar elezzjoni bil-konsgwenza li l-PL kellu jitħabat aktar minn normal - jew għallinqas hekk deher - biex joħroġ il-vot. Ir-risposta tad-Deputati tal- Gvern fl-ewwel dibattitu li kien sar dwar dan il-kuntratt ma tantx kienet b'saħħitha u l-akkużi lejn dak li kien sar aktar minn 10 snin ilu, jaf jinżlu tajjeb ma' grupp ristrett ta' votanti, imma mhux se jimpressjona lill-massa ta' votanti li hija maqtugħa mil- lealtajiet partiġġjani. Għalkemm naturalment dik kienet ir-risposta tal-Gvern fl-immedjat - iffaċċjat bi it spazju fejn jimmanuvra - ir-risposta fit-tul se tkun ħafna iktar importanti u kruċjali għal kemm dan il-każ se jkun dannuż fuq Gvern Laburista. 10 snin: Ġeneralment tmiem ċiklu politiku F'Malta minkejja li Gvern ġieli jġebbed lilhinn minn 10 snin, is-sinjal dejjem juru li l-10 snin huma ċ-ċiklu normali ta' ħajja ta' Gvern, li jfisser illi Gvern Laburista diġà sfida dan iċ-ċiklu bil-kbir hekk kif sal- elezzjoni ġenerali li ġejja se jkun ilu 14-il sena fil-Gvern u dejjem b'maġġoranzi ta' aktar minn 33,000 vot distakk. L-ewwel opportunità li tista' tkisser dan iċ-ċirku ta' popolarità li issa ilu għaddej mill-2009 u allura diġà 14-il sena hija l-Elezzjoni tal- Parlament Ewropew tal-2024. Il-Gvern ta' George Borg Olivier, li fl-1964 kien ġab l-Indipendenza għal pajjiżna, dam 10 snin fil-Gvern, mill- 1961 sal-1971. Mintoff żamm il- maġġoranza tal-votanti warajh sal-1981, meta kien reġa' ġie elett biss fuq is-saħħa tan-numru ta' siġġijiet. Warajh fl-1987 tela' Gvern Nazzjonalista, li baqa' fil-Gvern sal-1996 - disa' snin. Gvern Laburista ta' Alfred Sant waqa' mill-Gvern wara sentejn u l-PN reġa' kien elett fl-1998. Issa f 'dan il-każ il-PN baqa' fil-Gvern 15-il sena, iżda fir-realtà baqa' jżomm l-element ta' popolarità it inqas minn 10 snin, hekk kif rebaħ l-elezzjoni tal-2008 bl-iżgħar maġġoranza li qatt intrebħet elezzjoni (1,500 vot). Dan ifisser illi mill- Indipendenza lil hawn l-ebda partit ma żamm jew il-Gvern jew inkella l-popolarità wara l-10 sena tiegħu. U għalhekk dan jaħbat eżatt u preċiż mal-10 sena ta' Gvern Laburista, minkejja li fl-2020 saru tibdiliet konsiderevoli fi ħdanu, fosthom inbidel il-Mexxej Laburista stess. Wara l-10 sena ġeneralment għalhekk tibda dieħla ċerta sens ta' għejja, diżilużjoni u xeba' u tibda tikber dejjem aktar ix- xewqa għal bidla. Sondaġġ wieħed mhux biżżejjed biex jindika dan li semmejna, iżda jekk is-sondaġġi fix-xhur li ġejjin jikkonfermaw dan it-tnaqqis kbir tkun konferma li l-effett tal-10 snin fil-Gvern qed jerġa' jaħdem hawn. Jekk ma jirriżultax f 'sondaġġi li ġejjin dan it-tnaqqis, ikun ifisser illi kien tnaqqis momentarju, marbut l-aktar mal-każ tal- VGH. Nistennew u naraw.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 March 2023