Illum latest edition

ILLUM 26 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1495663

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 23

13 kultura illum • IL-ĦADD 26 TA' MARZU 2023 Is-Santwarju tal-Madonna ta' Pinu Pinu" sal-ġurnata tal-lum. L-artijiet ta' madwarha kienu ta' neputih, Gio Domenico Muscat. Fl-1619 hu għamel għotja tat-titular tal-Assunta, xogħol ta' Bartolommeo Amadeo Perugino li kien ġie Malta mal-Inkwiżitur Ettore Diotalievi di Rimini. Rapport wara ieħor ta' viżti pastorali jindikaw li din il-kappella mhux talli kienet waħda miżmuma sew iżda talli kienet waħda fost l-aħjar kappelli fi żmienha. Madankollu għal xi raġuni jew oħra jidher li din il-kappella reġgħet ġiet ipprofanata fl- 1663 iżda biss għal ftit żmien għax id-devoti tagħha reġgħu fetħuha. Wara l-mewt ta' Pinu, il- kappella għaddiet taħt il-kura ta' bintu Elena, li fl-1672 iżżewġet lin-Nobbli Giovanni Gourgion, Kaptan tal-Virga. Dawn tista' tgħid li bnewha mill-ġdid, ħallewlha renta fis-sena, u għammruha bil- paramenti sagri, hekk li l-Isqof Fra Lorenzo Astiria fl-1676, reġa' fetaħha mill-ġdid għall- kult. Il-kappella u s-Santwarju li hemm illum huma ddedikati lit-Tlugħ fis-Sema ta' Marija. Is-Santwarju ġdid Il-fama tad-devozzjoni tal-Madonna Ta' Pinu waslet fost l-emigranti Maltin 'il bogħod minn xtutna, u f 'qasir żmien, il-kappella saret żgħira wisq għan-numru kbir ta' pellegrinaġġi li bdew jinvistawha, u beda jinħass il- bżonn li jkabbru l-kappella. B'hekk seħħet it-tbassira ta' Karmni Grima, li tempju ta' qisien kbar kellu jinbena madwar il-kappella fil-ġejjieni. Ix-xogħol fuq is-Santwarju l-ġdid inbeda fit-30 ta' Mejju, 1920 fuq il-pjanta tal-perit Andrea Vassallo, minn Ħal Luqa, u bħala bennej kien hemm Mastru Vitor Vella. Ħdax-il sena wara, nhar it- 13 ta' Diċembru tal-1931, Mons. Mikiel Gonzi, dak iż-żmien Isqof t'Ghawdex, ikkonsagraha. Disa' xhur biss wara, l-Isqof Gonzi ġab it-titlu ta' Bażilika lis-Santwarju Ta' Pinu. Il-quċċata tal-ġrajja Ta' Pinu waslet meta l-Kardinal Lepicier, delegat mill-Papa Piju XI, żejjen ix-xbieha tal- Madonna, b'kuruna tad-deheb, fost il-ferħ u l-entużjażmu tad-devoti, fis-sena 1935. F'ġurnata oħra memorabbli, fis-26 ta' Mejju tal-1990, il- Q.T. Papa Ġwanni Pawlu II, żar is-Santwarju u żejjen il- kwadru bi stellarju tad-deheb madwar ir-ras tal-Madonna. 20 sena wara, fit-18 t'April tal-2010, il-Papa Benedittu XVI waqt iż-żjara tiegħu f 'Malta ta u qiegħed warda tad-deheb quddiem ix-xbieha devota tal-Madonna Ta' Pinu li kienet inġiebet f 'Malta minn Għawdex għal din l-okkażjoni. Il-Papa Benedittu ħeġġeġ lill- Maltin u l-Għawdxin biex "jitolbu lill-Madonna taħt it- titlu ta' Reġina tal-Familja". Devozzjoni kbira Is-Santwarju Ta' Pinu sar l-aktar post devot tal-gżira Għawdxija u tista` tgħid tal- gżejjer Maltin ukoll. Il-bosta 'ex voto' li nsibu fih juru d-devozzjoni li teżisti lejn il- Madonna taħt dan it-titlu. Fi żminijiet ta' hemm, il-Maltin u l-Għawdxin daru lejn il- Madonna Ta' Pinu u din minn naħa tagħha ma ħallithomx mingħajr il-faraġ matern, li huma fittxew li jsibu fiha. Illum is-Santwarju jħaddan fih il-fdalijiet ta' Karmni Grima u ta' Franġisku Mercieca, magħruf bħala Frenċ tal-Għarb li kellu fama ta' qdusija u li f 'ħajtu hu kien imfittex wisq għad-duwa li kien jagħti, magħmula minnu stess mill-ħxejjex. Kien hu li kompla xerred id-devozzjoni lejn il-Madonna Ta' Pinu u kien hu wkoll li ta bidu għall- Via Sagra li llum iżżejjen l-Għolja tal-Għammar, quddiem is-Santwarju. Ta' kull sena, nhar it-22 ta' Ġunju, issir it-tifkira ta' meta Karmni Grima semgħet l-istedina ta' Marija, "Ejja!, Ejja llum!". Fl-10 a.m. issir is-supplika tal-Madonna Ta' Pinu, jitkanta t-Te Deum u l-qniepen kollha ta' Għawdex jinfexxu f 'mota ferrieħa ta' kwarta. Jalla kull Malti u Għawdxi jisma` u jiftaħ qalbu għall- istedina ta' Marija, li għadha ssejħilna "Ejja! Ejja llum!", bla ma nħallu għall-għada. Is- sejħa ta' Marija hija sejħa għal- lum, għax illum neħtieġuha, bħal kull jum ieħor ta' ħajjitna. Minn Ta' Pinu, l-istedina li taslilna, hija stedina ta' omm, li hija konċernata ħafna minn uliedha, li hi tant tħobb.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum latest edition - ILLUM 26 March 2023