Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1495663
16 opinjoni IL-ĦADD 26 TA' MARZU 2023 • illum Iż-żgħażagħ: Il-preżent, mhux biss il-futur N isimgħu kemm-il darba li rridu ninvestu fiż- żgħażagħ għaliex huma l-pedament tal-pajjiż għall-futur. Huwa minnu li rridu naħsbu fiż-żgħażagħ tal-lum sabiex ikollna futur sabiħ mibni fuq valuri sodi li ħadna mill-pas- sat, iżda rridu nagħtu widen u lok akbar sabiex nisimgħu dak li ż-żgħażagħ għandhom x'jgħid- ulna. Iż-żgħażagħ mhumiex biss il-futur, iżda l-preżent ta' pajjiżna. Kemm ilni nħaddan il-kariga ta' Segretarju Parlamentari responsabbli miż-żgħażagħ rajt diversi inizjattivi mqanqla sabiex jaġevolaw liż-żgħażagħ f 'diversi setturi, kemm fl-edukazzjoni, fl-arti viżiva u performattiva, fix-xogħol, u f 'ħafna oqsma oħra. Inizjattivi li aktar iva milli le, huma mnebbħa u organizzati min-nies li ilhom li tilfu żgħożithom. Dan ix-xogħol huwa kollu tajjeb, iżda issa wasal iż-żmien li bil-fatti nuru kemm għandna fiduċja fiż-żgħażagħ tagħna billi ninvolvuhom direttament fid-deċiżjonijiet li qegħdin nieħdu, b'mod partikolari f 'dawk li jirrigwardjaw lilhom b'mod dirett. Jien, bħala Segretarju Parlamentari, anki permezz ta' entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħi responsabbli miż-żgħażagħ, Aġenzija Żgħażagħ, komplejt naħdem sabiex iż-żgħażagħ ikunu protagonisti fid-deċiżjonijiet li jittieħdu f 'pajjiżna. Bdejna billi rajna kif inrawwmu aktar żgħażagħ fil-komunitajiet tagħna b'diversi programmi ta' taħriġ u informazzjoni fejn iż- żgħażagħ huma mħeġġa mhux biss li jattendu, iżda wkoll li jsemmgħu leħinhom. Tnedija ta' diversi skemi għall-għaqdiet volontiera bil-għan li jħeġġu aktar żgħażagħ ikomplu jibnu fuq it-tradizzjonijiet li tawna missirijietna biex b'hekk il- kultura soċjali tagħna ma tintilifx maż-żmien. Irridu niħu aktar spazji fejn iż-żgħażagħ jistgħu jqattgħu l-ħin liberu tagħhom f 'attivitajiet extra-kurrikulari, b'mod partikolari f 'setturi artistiċi, sportivi u kulturali. Nixtiequ li ħadd miż-żgħażagħ ma jħossu inutli għaliex nemmnu li kull żagħżugħ jew żagħżugħa għandhom ħafna x'joffru lis- soċjetà. Għaldaqstant qegħdin f 'taħditiet sabiex jiġu ffurmati koperattivi għaż-żgħażagħ bejn iż- żgħażagħ stess, u li bihom jistgħu wkoll isibu mpjieg diċenti li jkun ta' benefiċċju għall-komunità. Il-Partit Laburista minn meta reġa' tela' fil-gvern, wera fiduċja assoluta fiż-żgħażagħ. Turija ċara hija l-bidla fl-eta' ta' kontestazzjoni u vot fil-Kunsilli Lokali fejn Gvern Laburista naqqasha minn tmintax għal sittax-il sena. Illum, frott din l-inizjattiva, qegħdin naraw progress enormi lokalment, b'ideat innovattivi u ispirazzjonijiet ġodda li jwasslu titjib fil-komunità. Illum għandna diversi kunsilliera, saħansitra sindki, li telgħu fil-kariga eletti mill-poplu b'mod demokratiku f 'età ċkejkna grazzi għal din id- deċiżjoni li Gvern Laburista ħa. Għada pitgħada l-istess kunsilliera għandhom iċ-ċans li jkomplu jibnu l-karriera tagħhom billi wara li jiksbu l-esperjenza politika meħtieġa fil-Kunsill, joħorġu bħala kandidati għall-Elezzjoni Ġenerali bit-tama li jkabbru l-kontribut tagħhom għal wieħed nazzjonali. Qiegħed ngħid dan, jien, Keith Tanti, li wkoll imxejt f 'din it-triq, u wara li ġejt elett għall-ewwel darba bħala sindku fir-raħal Tal-Pietà fejn anki ksibna maġġoranza Laburista, erġajt ġejt elett għat-tieni darba b'aktar voti, u saħansitra kkontestajt l-Elezzjoni Ġenerali u ġejt elett fl- ewwel għadd. Il-karriera politika tiegħi hija xhieda tal-impenn li l-Partit Laburista qiegħed jagħmel fiż-żgħażagħ tagħna. Partit Laburista li jemmen bis-sħiħ fiż- żgħażagħ u jixtieq li jkun hemm aktar żgħażagħ rappreżentanti tal-poplu fil-Parlament. B'hekk il-politika f 'pajjiżna tkun tista' tikber dejjem aktar u tlaħħaq mad-dinja progressiva li qegħdin nesperjenzaw illum-il ġurnata. Iż-żgħażagħ, għaldaqstant, ma nistgħux nibqgħu narawhom biss bħala l-futur, iżda għandna nagħtuhom l-importanza meħtieġa tagħhom fil-preżent billi, fost affarijiet oħra, ikunu parti mill-konsultazzjonijiet li jsiru għad-deċiżjonijiet politiċi li jittieħdu f 'pajjiżna. B'hekk biss inkunu qegħdin nuru biċ- ċar kemm għandna l-interess taż-żgħażagħ bħala prijorità tagħna. Dan hu x-xogħol li jien, Keith Tanti, bħala Segretarju Parlamentari responsabbli miż- Żgħażagħ, qiegħed u se nibqa' nagħmel, li nagħti widen u ħalq liż-żgħażagħ f 'pajjiżna. Keith Tanti huwa Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni. Keith Tanti