Illum latest edition

ILLUM 26 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1495663

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 23

19 editorjal illum • IL-ĦADD 26 TA' MARZU 2023 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt D in il-ġimgħa qam ħafna l-argu- ment ta' x'inhu ta' interess pubbli- ku u x'mhux. Il-poplu x'għandu dritt ikun jaf u sa fejn jeżisti l-limitu tad-dritt tal-għarfien pubbliku. Dan mhuwiex punt li qam l-ewwel darba, la f 'Malta u wisq inqas madwar l-Ewropa fejn hemm gazzetti u magazines li prattikament u esklussivament jirrapportaw u jiktbu dwar min qed ikollu x'jaqsam ma' min u min qed jaqlibha lil min u liema politiċi għandhom xi relazzjoni lilhinn mis-sieħeb jew sieħba/ mara jew raġel tagħhom. Kellna għalfejn u kien hemm għalfejn insiru nafu bir-relazzjoni ta' Deputat u eks Segretarju Parlamentari ma' Yorgen Fenech? Iva. Kellna għalfejn insiru nafu dettalji intimi, bħal kummenti dwar sess u aktar? Le. Hemm bżonn li nistaqsu lilna nfusna x'tip ta' politiċi għandna li ma jiddejqu xejn jieħdu flus li ma jiddikjarawx, jew jaħbu flushom f 'xi kont sigriet jew jevadu t-taxxa? Iva, dażgur. Ħa nidbew b'tal-ewwel. Li politiku, bħal Rosianne Curtajar ikollha relazzjoni ma' raġel tal-għażla tagħha mhu affari ta' ħadd. Imma li Segretarju Parlamentari jkollha relazzjoni intima ma' persuna li huwa sid ta' kumpanija li t-target clients tagħha kienu kumpaniji fil-Panama ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi, iva hija fl-interess tal-pubbliku. Għax suppost politiku jkun jilħaqlu biżżejjed biex jaf meta u f 'liema istanza għandu jżomm 'il bogħod. Politiku - mara jew raġel - għandu jġib il-materji tas-servizz politiku, qabel materji tal-qalb u l-emozzjoni. Ħobb lil min trid, kif trid. Aħna pajjiż liberu. Imma meta dik ir-relazzjoni qed ttappan is-s-servizz li qed tagħti lill-pajjiż, unur mogħti lilek mill-poplu, hemmhekk iva dik ir-relazzjoni ssir ta' interess pubbliku. U Prim Ministru, hu min hu, għandu jara li ebda Membri tal-Kabinett ma jinsab f 'sitwazzjoni li tista' tikkomprometti l-integrità tal-Ministru/ Segretarju Parlamentari u allura tal-Kabinett kollu u tal-Gvern. Iva possibbli Rosianne Cutajar ma setgħetx tinduna li meta bdew ħerġin dettalji li jikkompromettu lil Yorgen Fenech, il-qrubija tagħha miegħu se tikkomprometti lilha? Għax qabel ma ħarġet ta' 17 Black wieħed jiem illi ħafna nies tkellmu u kielu u ċekċku t-tazzi ma' Yorgen Fenech, intraprenditur f 'kumpanija ta' suċċess enormi. Imma fid-dawl tal-kontroversji kbar u l-klima taħraq li ddawwar il- Panama Papers u l-furur li qajmet l-istorja ta' 17 Black - anke' jekk huwa ċaħad - dan l-editorjal jistenna li Cutajar messha kellha l-buon sens li twaqqaf din ir-relazzjoni, għall-unur tagħha stess ta' Rappreżentant tal-poplu! Hemm istanza oħra meta r-relazzjoni tiegħek bħala politiku ssir ta' interess pubbliku u dan huwa meta tkun f 'tip ta' relazzjoni li pubblikament inti tikkundanna. U kellna minnhom dawn. Politiċi kontra d-divorzju, per eżempju, imma huma separati/annullati jew inkella saħansitra mhux leali lejn il-mara/raġel tagħhom. Hemmhekk għandna każ ta' ipokrezija grassa li hija fl-interess tal-pubbliku li jkun jaf. Minkejja dan, dettalji intimi u sesswali kienu, kif jgħidu bl-Ingliż, in very bad taste u żgur ma kinux fl-interess pubbliku u żgur li ħafna qabdu magħhom biex jgħajru u jżebilħu lil Cutajar li mhu xejn għajr kundannabbli. Ara lil Yorgen Fenech ma għajruhx bis-sess u ma għajruhx qaħbu. Għax allajbierek, dejjem il-mara prostituta meta jkollha x'taqsam ma' aktar minn raġel wieħed. Ara raġel li jgħabbi ħafna nisa, dak playboy. U ma ndurux magħha, kien hem element miżoġinista mhux fiċ-chats jew il-fatt li Mark Camilleri ħariġhom, imma fir-reazzjonijiet ta' ċerti nies fuq il-midja soċjali. Issa l-aktar waħda serja. Li politiku jdaħħal flus u ma jiddakjarax tali flus huwa skandaluż u kundannabbli. Għidinha fuq Schembri u Mizzi, għidniha fil-każ ta' Bernard Grech u pendenzi ta' eluf fit-Taxxa u VAT u nerġgħu ngħiduha issa. Minn dawn iċ-chats ħareġ ċar li għaddew flus/rigal għal għand Rosianne Cutajar lie setgħu kienu marbutin ma' senserija, liema flus hi ma kinitx iddikjarat. Rappreżentant tal-poplu għandu jkun hu l-eżempju, anzi jkun l-ewwel wieħed li jmur iħallas it-taxxa ħalli ħadd ma jkun jista' jipponta swaba' lejh jew lejha. Rosianne Cutajar hija għalliema u mara Qormija. Twieldet u għexet fost il-ħaddiema, li jaqilugħa u jikluha, fost negozji żgħar li għamlu suċċess kbir, fost il-Maltin li ħadmu u dawk oħrajn li jgħixu bl-eżatt. Cutajar mhix ġejja mill-privileġġi ta' xi familja nobbli u antika b'xi sens ta' superjorità. Telgħet l-iskaluni tarġa, tarġa bħal eluf ta' Qriema u Maltin bħalha. Messha kienet taf aħjar u nittamaw li għall-futur tieħu din il-lezzjoni u tkun ħafna aħjar minn hekk u ħafna aktar kontabbli minn hekk. Ħasra kbira, għax fil-qasam li kienet tmexxi kienet qed teċċella! Ħasra li ma għarfitx xi ħsara hi stess kienet qed tagħmel lilha nnifisha, meta minflok tbiegħdet minn min kien qed jitħanżer, ingħaqdet miegħu. Ingħaqdet mal-ħnieżer, minflok iddistakkat ruħha minnhom. Biex, ara xi ġralha, min kien qed jitħanżer ma' Yorgen Fenech ma baqax hemm! Żbalji kulħadd jagħmel u anke jekk dan l-iżball jaf issarraf f 'backbench perpetwu, speċjalment għaliex Fenech imabgħad kien akkużat b'wieħed mill-agħar assassinji fl-istorja ta' pajjiżna, għad hemm ċans li hi stess tipprova tirranġa l-immaġini tagħha. Forsi it umiltà u apoloġija pubblika, minflok suppervja, biex imqar ikun hemm bidu, ma jagħmlux ħażin. U dan għandha tagħmlu għaliha, għal dawk li vvotawlha, għall-Partit Laburista u għal ġieħ tas-servizz politiku. Rosianne, l-interess pubbliku u s-servizz politiku

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum latest edition - ILLUM 26 March 2023