Illum previous editions

ILLUM 26 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1495664

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 23

07 illum • IL-ĦADD 26 TA' MARZU 2023 konna ilna mill-2013 b'ekonomija sejra tajjeb' analiżi l-ILLUM staqsietu fejn jixtieq li jinjetta aktar fondi, fil-qasam kulturali. Għal dan huwa wieġeb li bħalissa għaddejjin laqgħat għal proġetti fi ħdan il-Ministeru tal- Kultura – li taħtu jaqa' wkoll il- Wirt Nazzjonali – u li permezz tal- proġetti diskussi jemmen li dawn se jkunu qed jutilizzaw il-fondi b'mod tajjeb. Fil-fatt huwa għamel referenza għal investimenti fi ħdan il- kommunitajiet tal-karnival, taż-żfin u l-kultura Maltija b'mod ġenerali. "Ftit ġimgħat ilu rajna wkoll il- katalogar diġitali ta' artefatti ta' pajjiżna. F'dan il-każ, il-Ministeru għamel użu mill-fondi Norveġiżi." Bonett issa jagħmel referenza għall-NGOs li wkoll hemm fondi allokati speċifikament għalihom. Fil-fatt bejn l-2014 u 2020, 237 NGO ibbenefikat minnhom. 'X'għamilt ħażin? Il-karozza kienet tiegħi' Bħalma għidna qabel, Bonett huwa wiċċ ġdid fix-xena politika iżda s-siġġu Parlamentari jġib miegħu numru ta' responsabiltajiet u teħid ta' deċiżjonijiet importanti. Dawn l-istess deċiżjonijiet jinkludu wkoll dawk etiċi u mhux biss jekk hux se jivvota kontra jew favur xi mozzjoni. Kien għalhekk li l-ILLUM fakkret lil Bonett f 'numru ta' kontroversji, anke jekk żgħar, li huwa kien fiċ-ċentru tagħhom it xhur ilu. F'Novembru tal-2022, kien irraportat li Bonett intlemaħ f 'Pozzallo bil-karozza ministerjali u kienu ħafna li qajmu furur. Iżda skont Bonett, huwa ma għamel xejn ħażin. "Jiena għandi karozza mħallsa bħal kull Ministru ieħor u bħal kull Segretarju Permanenti ieħor. Qrajt ir-regolamenti u l-manwal u ma kien hemm xejn li jgħid il-kontra. Din ingħatat lili," qal Bonett. Kien hawn li l-ILLUM ġibditlu l-attenzjoni u qaltlu illi qam furur proprju għaliex għamel użu mill- karozza għall-użu personali u mhux waqt il-qadi ta' dmirijietu. Hawn irrimarka li huwa ma telax bin- number plates tal-Gvern u ħallas assigurazzjoni privata hu, "kieku għamilt dan u tlajt bix-xufier, ngħid iva, għandek raġun u nkun abbużajt mis-sistema." Huwa insista li huwa proprju għal din ir-raġuni għaliex ried li jiġi appuntat il-Kummissarju tal- Istandards biex jiċċara jekk huwa naqasx jew le. Sandanittant huwa jtenni li ma għamel xejn ħażin u li sussegwentament ħadd mill-Gvern ma qallu li għamel xi ħaġa ħażina. Spjega li l-karozzi tal-Gvern huma mikrija u jħallas tagħhom, ta' kuljum. "Meta tawhieli qaluli li din hija l-karozza personali tiegħi u użajtha." "Jien qed nitlob xi ħaġa verament ġusta, li jgħiduli x'għamilt ħażin," żied Bonett. Din il-gazzetta tinnota illi l-kwistjonijiet ta' Bonett dejjem jibdew meta jkun sejjer għal xi btala. Fil-fatt l-ILLUM tistaqsi wkoll fuq – dak deskritt minnu bħala – "il-kjass" li nqala fuq titjira tal-Air Malta. "Kull min jafni, jaf li jiena persuna sempliċi ħafna. Minix bniedem li naqla l-inkwiet. Dak tal- Air Malta kien inċident sfortunat u ingħatajt tikketta fuqha, meta jien kont vittma wkoll," qal Bonett. Huwa spjega li xhur qabel ma kienet mistennija t-titjira kien ibbukkja sett ta' biljetti: Għalih, għall-mara u għaż-żewġ uliedu. Dakinhar tat-titjira ingħataw postijiet differenti, "b'tifel ta' sentejn bilqegħda n-naħa l-oħra tal-ajruplan." Qal illi huwa ġibed l-attenzjoni dwar dan l-iżball u għaldaqstant ingħataw seats ħdejn xulxin. Ġara iżda li meta poġġew bilqegħda ġew persuni oħra li kellhom l-istess seat tagħhom. "Li ma ġiex irraportat kien li biex l-istorja tikkalma jien qomt minn posti u mort x'imkien ieħor. Sfortunatament ma ġietx irraportata għax l-istorja kienet li kien hemm Segretarju Parlamentari li tkessaħ," sostna Bonett. Dwar dan huwa wkoll reġa' tenna l-importanza tal-Kummissarju tal-Istandards, illi "meta jiġi l-Kummissarju nurih il-biljetti tiegħi, nispjegalu x'ġara u niċċara li jien ma kellix x'naqsam ma dan kollu." Mistoqsi jekk jaħsibx li dawn "l-inċidenti" setgħux tappnulu r-reputazzjoni, proprju fil-bidu tal-karriera Parlamentari tiegħu, "nispera li le. Għax jekk tħares lejn iż-żewġ stejjer, tinduna li ma għamilt xejn ħażin." "Mhux ġust illi xi ħadd jgħid il-verżjoni tiegħu ta' x'ġara, tiġi ippubblikata storja mingħajr ħadd ma jiċċekkja l-fattu u nagħmlu l-ħsara lil dik il-persuna jew lill- familja tiegħu," temm jgħid Bonett.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 March 2023