Illum previous editions

ILLUM 26 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1495664

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 23

18 opinjoni IL-ĦADD 26 TA' MARZU 2023 • illum Carmel Cacopardo I l-pubblikazzjoni riċenti tar-rapport dwar l-im- patti ambjentali (EIA) tal-proġett ta' Villa Roża fil-Bajja ta San Ġorġ, San Ġiljan se terġa' tiftaħ beraħ id-dibat- titu dwar il-proġett tal-grupp dB f 'Pembroke kif ukoll dwar il-Masterplan ta' Paceville li kien abbandunat madwar sitt snin ilu, riżultat ta' dibattitu intensiv li fih kienet involuta attivament is-soċjetà ċivili. Għal darb'oħra l-proposta ċentrali ta' żvilupp hi l-kummerċjalizzazzjoni intensiva tal-kosta kif ukoll madwarha u dan apparti l-impatti konsiderevoli fuq iż- żona kollha. Il-proposta tikkonċerna medda kbira ta' 47,572 metri kwadri bi żvilupp propost li jikkonċerna t-turiżmu, id- divertiment flimkien ma' użu kummerċjali, primarjament uffiċini. Dan hu propost li jsir f 'żona li diġà hi iffullata, prattikament is-sena kollha. Ir-rapport dwar l-impatti ambjentali fih numru ta' studji dwar diversi aspetti ta' relevanza għall-proġett propost. Wieħed minn dawn hu analiżi ekonomika mħejji minn E-Cubed Consultants. Kif mistenni, dan l-istudju jitkellem f 'termini pożittivi ħafna tal- proġett. Studji ta' din ix-xorta li kapaċi jiġġustifikaw kollox, issa drajnihom! Dan l-istudju jinjora kompletament l-impatti li l-proġett ta' Villa Roża se jkollu fuq l-infrastruttura pubblika. Dawn l-impatti huma spiża li jridu jagħmlu tajjeb għalihom il-fondi pubbliċi. L-impatti tal-proġett innifsu huma sostanzjali. Imma meta tarahom b'mod kumulattiv ma' dawk iġġenerati minn proġetti oħra kbar ippjanati għaż-żona huma enormi. Dan hu każ ieħor fejn il- profitti jmorru fil-but tas-settur privat imma hu mistenni li l-kaxxa ta' Malta terfa' l-ispejjes għall-iżvilupp meħtieġ tal- infrastruttura biex huma jkunu jistgħu jinqdew. Dwar dan, l-istudju ta' E-Cubed hu sieket. Dan x'mudell hu? Kif ġie indikat b'mod ċar minn studju ta' Deloitte dwar it- turiżmu f 'Malta, studju li kien ikkummissjonat mill- Assoċjazzjoni tal-Lukandi (MHRA), se nkunu neħtieġu 4.7 miljun turist fis-sena biex jintużaw is-sodod li diġà hawn inkella li huma ippjanati! Dan ġenn, għax il-pajjiż ma jiflaħx għall-piż iġġenerat fuq l-infrastruttura kemm-il darba n-numru ta' turisti li jżuruna jirdoppja. Anke l-Gvern ħabbar mira ta' tlett miljun turist, mira li hi għolja ħafna. Kieku l-Awtorità tat-Turiżmu għandha nitfa serjetà fit-tmexxija tagħha kienet tieħu passi biex trażżan l-iżvilupp sfrenat li għaddej fl-industrija u li fl-aħħar ħsara biss jagħmel. Ir-rebgħa imma m'għandiex limitu u qed twassal għal ħsara kbira għall-pajjiż. Il-kummerċjalizzazzjoni tal-kosta u taż-żona madwarha teħtieġ li tieqaf qabel li din tibla l-ftit spazji miftuħa li għad baqa' madwar l-istess kosta. Permezz ta' emendi li kienu saru għall-Kodiċi Ċivili f 'dik li hi magħrufa bħala l-liġi tad- dimanju pubbliku l-Parlament kien approva leġislazzjoni biex jipproteġi l-kosta u bħala riżultat ta' hekk iżid l-aċċess għall-pubbliku. Dan kien kollu daħq fil-wiċċ għax fil- prattika ma sar xejn. Kieku din il-leġislazzjoni qed taħdem, proġetti bħal dan ta' Villa Roża ma jsirux għax dawn imorru kontra kemm il-kelma kif ukoll l-ispirtu tal-liġi. Għaddej sforz kontinwu biex il-kosta tkun ikkumerċjalizzata. Xi żmien ilu kellna l-proposta għall-marina ta' Marsaskala. Kellna ukoll il-proposti dwar Manoel Island, dwar il-Bajja tal-Balluta, il-Waterfront tal-Birgu (inkluż il-marina) u l-marina għall-jottijiet fil-Kalkara u dan flimkien ukoll mal-Waterfront tal-Belt Valletta. Ma dan wieħed irid iżid il- kummerċjalizzazzjoni sfrenata li għaddejja tal-ispazji pubbliċi mal-kosta, inkluż il-bankini. L-art pubblika qed tkun kontinwament ittrasformata fi profitti għas-settur privat, ħafna drabi għal ftit magħżulin. Fi prattikament il-każi kollha, ħadd ma jagħti kaz tal-kwalità tal-ħajja tar-residenti. Dawn qed ikun kompletament injorati. Xi drabi r-residenti saħansitra jinbeżqu l-barra miz- zoni residenzjali. Issa għaddew madwar erba' snin minn meta l-Parlament approva l-leġislazzjioni biex iħares il-kosta. Biex din il-liġi tkun tista' titwettaq l-għaqdiet ambjentali ppreżentaw dokumentazzjoni dwar iktar minn għoxrin sit mal- kosta li jimmeritaw li jkunu mħarsa. Ninsab infurmat li dawn l-għaqdiet ambjentali ippreżentaw ukoll riċerka estensiva dwar min jippossjedi din l-art. Hi ta' sfortuna li t-tkaxkir tas-saqajn tal-Awtorità tal-Artijiet u tal-Awtorità tal-Ippjanar qed iżżomm u tostakola l-ħidma meħtieġa biex din il-liġi li tipproteġi l-kosta titwettaq. Dan qed isir ukoll fejn ma hemm l-ebda dubju li l-art hi propjetà pubblika. Għalfejn isiru dawn il- liġijiet jekk ma hemm l-ebda intenzjoni biex dawn ikunu implimentati? Jeħtieġ li niċċaqalqu jekk irridu nkunu f 'posizzjoni li nħarsu dak li fadal mill-kosta u z-zoni ta' madwarha, u dan qabel ma jkun tard wisq. Sfortunatament ma hemmx rieda politika dwar dan. Il- Gvern u l-awtoritajiet tiegħu iqiesu l-kosta u z-zona kostali bħala magna biex tagħmel il-flus. Din hi l-viżjoni li qed isegwu fi sħubija kontinwa mal- forzi spekulattivi. Il-kosta (u madwarha) tagħna lkoll Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 March 2023