Illum latest edition

ILLUM 2 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1496172

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 19

20 aħbarijiet IL-ĦADD 2 TA' APRIL 2023 • illum ANTHEA CACHIA Aħbar tajba għal dawk li joqgħodu fl-akkwati taż- Żurrieq, l-Imqabba, Ħal Kirkop u Ħal Luqa u forsi dawk li jaħdmu l-Ajruport u fil-madwar. Dan hekk kif ix-xogħlijet ta' bini ġdid infrastrutturali bl-isem ta' Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP) jinsabu verament fi tmiemhom. Fil-fatt din il-ġimgħa stess il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali Aaron Farrugia, waqt id-diskors tiegħu fil-Parlament, ħabbar li 95% tal-proġett huwa lest. Il-Kap Eżekuttiv tal-Infrastructure Malta Ivan Falzon sostna li dan ma kienx proġett faċli iżda sodisfatt li l-miri se jintlaqħu. "Inkun qed nigdeb jekk ngħid li ma kienx hemm sfidi u dewmien. Fil-fatt meta sibna l-katakombi fir-roundabout ħaditilna ħafna ħin. L-istess meta sibna sejbiet arkeoloġiċi oħra, iżda issa wasalna fl-aħħar sagrifiċċju," qal Falzon. Fadal biss l-aħħar proġett u li minħabba f 'hekk kellha tingħalaq il-karreġġjata li tintuża għall-ħruġ mill-mina minn u lejn iż-Żurrieq. Intant f 'laqgħa li għamlet Infrastructure Malta l-Perit Anton Zammit spjega li l-ġimgħa d-dieħla se tkun qed tingħalaq il- karreġġjata fuq in-naħa l-oħra tat- triq, li tintuża biex is-sewwieqa jgħaddu mill-mini ta' Ħal Kirkop. Kien għalhekk li Falzon appella biex kemm issa kif ukoll fil-futur is-sewwieqa jkunu kawti meta jgħaddu mill-akkwati, biex jitilqu mid-dar qabel meta se jkunu jgħaddu miż-żona kif ukoll biex jekk jistgħu jevitaw li jgħaddu minn hemm, ikun tant l-aħjar biex jevitaw it-traffiku. Falzon fakkar li kuntrarju għal kummenti li dan il-proġett ilu li beda ħames snin jew tliet snin, dak tal-KTAIP beda f 'Jannar tal- 2021. Fuq l-istess nota, huwa qal li l-proġett tal-junction ta' Ħal Luqa huwa 65% lest u mistenni li jitlesta kompletament f 'Lulju. Qal li imbagħad kull ma jkun għad fadal huwa l-irtokki ta' aktar tħaddir fost affarjiet oħra. Fakkar iżda li fuq ir-roundabout li tagħti għal Ħal Far, l-ajurport u l-mini ta' Ħal Kirkop ma jistax isir tħaddir minħabba l-katakombi għaliex il- ħamrija iżżomm l-ilma u din tista' toħloq xi danni. 'Ma kienx proġett faċli iżda l-miri se nilħquhom' 95% tal-proġett tal-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP) fi tmiemhom filwaqt li dak tal- junction ta' Ħal Luqa mistenni jitlesta f'Lulju

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum latest edition - ILLUM 2 April 2023