Illum latest edition

ILLUM 2 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1496172

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 19

www.illum.com.mt PAĠNI 10 u 11 PAĠNI 8 u 9 €1.25 IL-ĦADD 2 TA' APRIL 2023 • NRU 859 B'tal-linja jaqbillek? Iċ-ċifri madwar it-trasport pubbliku f'pajjiżna 'Il-konċessjoni kienet premeditata: Jakkwistaw kemm jifilħu u ma joffrux servizz lura' ANALIŻI: L-AĦĦAR SONDAĠĠI ANALIŻI: L-AĦĦAR SONDAĠĠI HUMA AĦBAR ĦAŻINA HUMA AĦBAR ĦAŻINA GĦALL-PL U ANKE L-PN GĦALL-PL U ANKE L-PN Matul is-sena l-oħra u allura qabel bdiet skeda ġdida tal-ġbir tal-iskart f 'Jannar li għadda l-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi għamlet b'kollox 5,000 spezzjoni madwar it-toroq Maltin sabiex ikun aċċertat li kulħadd qed joħroġ l-iskart fil- ġurnata t-tajba u li l-iskart qed ikun separat kif suppost. Dawn ammontaw għal medja ta' 14-il shift ta' ħaddiema ta' infurzar kuljum. Minn dawn, l-istess awtorità ħarġet 700 taħrika. Dan intqal mill-Kap Eżekuttiv tal-ERA Kevin Mercieca waqt sessjoni li fiha l-ġurnalisti ingħataw rendikont tal-ħidma fil-qasam tal-iskart. Mercieca qal illi l-għan tal- ERA - speċjalment issa li ilna tliet xhur bi skeda ġdida ta' ġbir ta' skart - hija li tinforma u teduka aktar dwar il-bidliet u l-importanza tas-separazzjoni tal-iskart, iżda mbagħad jekk persuna terġa' tinqabad tikser il- liġi tiġi mħarrka. Dan ix-xahar se jidħlu fis- seħħ żewġ emendi għal avviżi legali li għandom l-għan li jintroduċu s-separazzjoni tal- iskart mandatorja fis-sors fi ħdan il-leġiżlazzjoni nazzjonali. Dawn ir-regolamenti ser jiġu introdotti ma' kampanja edukattiva nazzjonali tul ta' sitt xhur sabiex jiġi żgurat illi l-pubbliku huwa nfurmat b'mod adegwat qabel dawn il-liġijiet jidħlu fis-seħħ, biex imbagħad minn Ottubru kull min ma jisseparax l-iskart jkun immultat. Il-multi se jitilgħu sa €150 f 'każ li persuna tinqabad tikser il-liġi għat-tielet darba. ARA WKOLL PAĠNA 5 Is-sitwazzjoni tal-infurzar fil-qasam tal-iskart 5,000 SPEZZJONI U 700 MULTA ARA GĦALIEX FUQ PAĠNI 6 U 7

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum latest edition - ILLUM 2 April 2023