Illum previous editions

ILLUM 2 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1496176

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 19

Kien is-Sibt filgħodu u bħal ħafna Sibtijiet oħra kont qiegħda fil-librerija pubblika tar-raħal tiegħi, inġedded u nibdel il-kotba. Kien fil-fatt ftit ġimgħat wara li ħarġet il-ġabra tal-poeżiji tiegħi. Il- librar feraħli talli l-poeżiji kienu ġew ippubblikati u setgħu issa jitgawdew mill- pubbliku. Ħeġġiġni biex 'il quddiem nippubblika iktar xogħol imma għad-darba li jmiss qalli li aħajr noħroġ xi rumanz jew stejjer qosra għax il-kotba tal-poeżija ma tantx jimxu u ħafna drabi jispiċċaw jiġbru t-trab fuq l-ixkaffa. B'xufftejja mkemmxin weġibt li ma nemminx li għandi nikteb dak li l-iktar jinbigħ jew li jridu n-nies. Il-kitba bħala forma ta' arti m'għandhiex tkun sfurzata iżda trid toħroġ mill-qalb, waqt li tiffoka fuq l-estetika. Għalhekk iddeċidejt li llum nagħti ħarsa lejn l-aħħar ktieb ta' poeżiji ta' John P. Portelli bl- isem Bejn il-Binarji (Horizons, 2022), biex inkisser dan il-mit li l-poeżija hija marbuta ma' faxxa partikolari ta' nies bħal dawk akkademiċi jew intellettwali, jew li l-poeżija ma toffrix pjaċir daqs ġeneri letterarji oħra. Il- poeżiji, f 'din il-ġabra ta' Portelli huma aċċessibbli għal kulħadd u jista' faċilment jiddeċiedi kif se jindirizza lil dan ix-xogħol – wieħed jista' jaqra dawn il- poeżiji għall-gost, jirrelata mal-poeta jew xi esperjenza li tissemma' u jkun sodisfatt li rnexxielu jaqra xogħol poetiku. Min-naħa l-oħra, il-qarrej jista' jagħżel li jxammar il-kmiem u jħaffer bejn il-kliem, il-vrus u l-ispazji li jagħmlu dawn il- poeżiji kreazzjoni metaforika eżistenzjali. L-ebda għażla mhi ħażina għax xi darba jew oħra kulħadd jinqabad bejn il-binarji. Għal darba oħra, naraw li din il-ġabra ta' Portelli hi innovattiva. Fil-ġabra ta' poeżiji ta' qabilha, f ' Dar-Riħ Malizzjuż, il-qarrej kellu l-opportunità li jisma' dawn il-poeżiji moqrija billi jiskennja l-QR code li hemm faċċata ta' kull poeżija. Żgur u mhux forsi li ktieb bħal dan hu aktar aċċessibbli u kapaċi jilħaq aktar nies speċjalment dawk li jbatu bid-dyslexia. F'din il-ġabra naraw il-poeżiji ta' Portelli mżewqa bil-fotografija ta' Rachel Micallef Somerville. Matul il-ktieb, li jiġbor fih erbgħin poeżija, il-qarrej jammira s-sbuħija tar-ritratti artistiċi meħuda bi preċiżjoni u b'mod skjett (għoxrin b'kollox), li mhux bilfors jikkumplimentaw il-poeżiji. Li hu żgur hu li dawn ir-ritratti jqanqlu mistoqsijiet li jġagħlu l-qarrej jirrifletti fuq l-eżistenza li Portelli jesplora fid-diversi sensi tagħha. F'konverżazzjoni li kelli mal- poeta, hu jistqarr kif kull meta jagħżel li jikteb, hu jagħmel dan biex jesprimi lilu nnifsu; bħal ibattal dak li hemm mistur fil- qalb tiegħu. Mill-ġabriet tal- poeżiji li kiteb s'issa, Portelli jgħid li dan huwa l-iktar wieħed veritier għax jirrifletti lilu nnifsu kif inhu. Dawn il-poeżiji huma bla xinxilli. Il-punteġġatura użata hija minima u dan ma jfissirx li l-poeżija għandha tinqara b'mod mgħaġġel. Nazzarda ngħid li n-nuqqas ta' punteġġatura jaħdem bil- kontra – il-qarrej jiġi mistieden biex jgħin fil-kreazzjoni tar- ritmu tal-poeżija. Jagħżel hu jekk hemmx ħtieġa ta' pawsiet qosra jew inqas qosra. Fl-aħħar mill-aħħar, meta l-poeżija tiġi f 'idejn il-qarrej din tiġġedded b'interpretazzjoni ġdida. Dak hu s-sabiħ tal-letteratura għaliex tibni saffi fuq xulxin ta' interpretazzjonijiet li jkomplu jarrekkixxu x-xogħol tal-kittieb. Dan il-ktieb, li jġib l-istess isem bħal waħda mill-poeżiji, indirettament ipoġġi lill- qarrej fuq il-binarji ta' ħajtu. Il-binarji mhuma xejn ħlief il-linji tal-ħadid li jkunu fl- art, li minn fuqhom tgħaddi l-ferrovija. Dawn il-binarji jieħdu dejjem lill-vjaġġaturi 'l quddiem, jgħaqqdu post ma' ieħor, jagħmlu l-vjaġġi possibbli. Fil-poeżija Bejn il- Binarji, il-persona tikkonfronta "il-memorja ta' tfulitek", id- "diqa li ddarras l-univers" u li "inti tistenna li jerġa' jħobbok/u tibqa' hekk bħal qabel eżistejt". Imma veru li l-binarji qegħdin iqarrbu lill-persona ma' min tħobb? Jew il-binarji huma dawk li jifirdu l-passat, mill-preżent u l-futur? Jista' wkoll li l-binarji jħallu lill-bniedem staġnat f 'post? L-interpretazzjoni tal- binarji hija wiesgħa ferm u f 'dawn il-poeżiji tiżżewweġ mat- tema tal-eżistenza. L-eżistenza, l-assenza u l-binarji jispiċċaw jikkumplimentaw lil xulxin u jimmanifestaw ruħhom b'modi diversi, saħansitra fil-mitoloġija Griega. Għalija l-binarji huma żewġ fruntieri li jifirdu u jgħaqqdu, li jirriflettu minn fejn wieħed ġej u fejn sejjer. L-ispazju ta' bejniethom huwa ferm iktar importanti għax ħafna drabi huwa f 'dan l-ispazju li aħna ngħixu, li l-aktar li nqattgħu ħin fih. Bl-ebda mod ma rrid ninstema' negattiva jew irrid infisser li l-bniedem hu staġnat bejn il-bejniet tal- binarji. Ir-riflessjoni tiegħi hija li minkejja li nagħmlu minn kollox biex nimxu 'l quddiem f 'ħajjitna u ninfatmu mill- passat tagħna, dejjem ikun hemm dak il-mument fejn il- passat jerġa' jirritorna. Jistgħu jkunu esperjenzi sbieħ jew inkella mumenti qarsa. Dawn il-mumenti jpoġġuna bejn il- binarji għaliex il-passat, il- preżent u l-futur ikunu mtappna flimkien u mhux faċli li jinfirdu. Bħal persona f ' Bejn il-Binarji, aħna nispiċċaw "illum hawn u għada hemm,/titwieżen bejn il-binarji". Hekk ukoll jisħaq Norbert Bugeja fil-kumment tiegħu dwar dan il-ktieb: "forsi dil-poeżija hija diskursata ma' ħajja li, hi u titlef tifsiritha, issir vjaġġ li d-destin aħħari tiegħu għadu, kif jistqarr Portelli, identità mistura". Il-poeżiji f 'din il-ġabra ta' John P. Portelli fihom lessiku 12 kotba IL-ĦADD 2 TA' APRIL 2023 • illum Tgħid x'hemm bejn il-binarji? Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 April 2023