Illum previous editions

ILLUM 2 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1496176

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 19

13 kotba illum • IL-ĦADD 2 TA' APRIL 2023 Elena Cardona tirkeb fuq il-ferrovija poetika ta' John Portelli, ferrovija li mhux kulħadd jaqbad, imma li minkejja d-destin inċert tagħha, il-vjaġġ tagħha joffri xenarju permezz tal-fotografija. mirqum, mexxej u li jinftiehem mingħajr ma jkollok bżonn id- dizzjunarju. Hemm għadd ta' indrizzi poetiċi bħal lill-mara tax-xita ("Il-mara tax-xita") fejn il-qarrej mill-ewwel jintebaħ min hi l-indirizzata għax il-poeta jgħajtilha b'isimha "il-mara tax- xita", li għaddiet minn diversi esperjenzi mhux pjaċevoli matul ħajjitha. F' "Ħelsien" l-indirizz poetiku hu miftuħ, jappella għal kul min jixtieq jeħles minn xi ħaġa li qiegħda ttaqlu, ankè jekk jaf li l-ħelsien hu biss ftit mumenti effimeri. Barra minn hekk, l-ismijiet tal-poeżiji wkoll jorbtu mat- tema eżistenzjali, il-memorji, il-vjaġġi u t-tluq ("Ħlewwiet it-tluq", "Metamorfosi falza", "Titbekka t-telfiet", "Memoriji maħruqa"). Il-qari ta' din il- ġabra jlaqqgħek ma' binarji diversi, li setgħu kienu tiegħek jew fil-fatt huma tiegħek. Li hu żgur li dawn il-binarji jħeġġuk tistaqsik jekk mhux dwarek, dwar dak li qiegħed jiġri bejn il-binarji.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 April 2023