Illum previous editions

ILLUM 2 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1496176

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 19

19 films IL-ĦADD 2 TA' APRIL 2023 • ILLUM Carmel Bonnici Il-film mużikali 'The Sound of Music'(1) e Sound Of Music huwa xogħol mużikali bil-mużika ta' Richard Rodgers u l-liriċi ta' Oscar Hammerstein II minn ktieb ta' Howard Lindsey u Russell Crouse. Dan hu ibbażat minn fuq il-memorji ta' Maria von Trapp, e Story Of e Von Trapp Family Singers. Ambjentat fl-Awstrija fl-1938, it qabel faqqgħet it- Tieni Gwerra Dinjija, l-istorja tirrakkonta kif Maria li tmur taħdem tieħu ħsieb it-tfal ma' familja kbira waqt li tiddeċiedi jekk tkomplix il-vokazzjoni tagħha biex issir soru. Hi tant tinkaram wara dawn it- tfal u ssir tħobbhom, anki eventwalment lid-dixxiplinarju missierhom li hu armel, il- Kaptan von Trapp. Hu jkun ordnat jaċċetta kummissjoni minn navy Germaniża imma jkun kontra n-Nażisti. Flimkien ma' Maria jwettqu pjan kif se jaħarbu mill-Awstrija bit-tfal b'kollox. Ħafna kanzunetti minn din il-wirja mużikali tassew saru popolari fuq fomm kulħadd, fosthom Edelweiss, My Favourite ings, Climb Ev'ry Mountain, Do-Re-Mi u dik tat-titlu, e Sound Of Music. Il-produzzjoni oriġinali fuq Broadway, li fiha ħadmu Mary Martin u eodore Bikel, fetħet nhar is-16 ta' Novembru 1959. Din rebħet 5 unuri Tony inkluż l-Aqwa Mużikali, minn 9 nominazzjonijiet. Fil-West End ta' Londra din ix-show bdiet issir fit-Teatru Palace fit-18 ta' Mejju 1961. Minn dak iż-żmien 'l hawn dan ix-xogħol mużikali gawda minn produzzjonijiet numerużi ta' rxuxtar mill-ġdid. Fl-1965 din ġiet addattata għaċ- ċinema bħala film mużikali bl-atturi Julie Andrews u Christopher Plummer. Dan il- film, li fuqu se niffoka fit-tul aktar 'il quddiem, rebaħ ħames Oscars u kien l-aħħar attentat mużikali miktub mill-prolifiċi Rodgers u Hammerstein. Oscar Hammerstein miet bil-marda tal-kanċer disa' xhur wara li sar il-premiere fuq Broadway. Fl-1956, wara li ra l-film mill- Germanja tal-Punent, Die Trapp- Familie dwar il-familja von Trapp u s-sequel tal-1958, Die Trapp- Familie In Amerika, d-direttur tal-palk Vincent J. Donahue ħaseb li dan se jkun proġett perfett għall-ħabiba tiegħu, Mary Martin; il-produtturti ta' Broadway Leyland Hayward u Richard Halliday (ir-raġel ta' Mary Martin) qablu. Dawn għall-ewwel ġabu quddiem għajnejhom wirja mhux mużikali li tkun miktuba minn Lindsay u Crouse (l-awturi tal-ktieb) u li jkun fiha kanzunetti ġodda mir- repertorju tal-veru von Trapp Family Singers. Wara, ddeċidew li jżidu xi kanzunetta jew tnejn, forsi mingħand Rodgers u Hammerstein. Fl-aħħar, kulħadd qabel li dan il-proġett għandu jkollu kanzunetti ġodda biss u jkun xogħol mużikali mhux reċta. Id-dettalji ta' din il-familja ta' kantanti u l-istorja tagħhom kienu mibdula għal dan il- mużikali. Il-veru Georg von Trapp kien jgħix mal-familja tiegħu ġo villa f 'Aigen, subborg ta' Salzburg. Hu kiteb lill- Kunvent ta' Norimberg fl-1926 biex jibgħatulu soru tgħin lit-tifla marida tiegħu u l-Madre bagħtet lil Maria. Il-mara tiegħu kienet mietet fl-1922. Il-veru Maria u George iżżewġu fil-Kunvent ta' Norimberg fl-1927. Lindsay u Crouse bidlu l-istorja u wrew li Maria kienet governatriċi mat- tfal kollha tiegħu, li isimhom u l-etajiet tagħhom inbidlu, kif ukoll tbiddel kunjom Maria oriġinali minn Kutschera sar Rainier. Wara li żżewġu, l-familja von Trapp għexu għal xi żmien fl- Awstrija u l-Kaptan kien offrut post man-navy Germaniża. Billi kien jopponi lin-Nazisti, l-familja ħalliet l-Awstrija u wara d-dikjarazzjoni tal-gwerra marru bil-ferrovija l-Italja u wara telqu lejn Londra u l-Istati Uniti. Biex jagħmlu l-istorja aktar drammatika, Lindsay u Crouse, wara ż-żwieġ ta' Maria mal-Kaptan kitbu li l-familja ħarbet bil-moħbi għal fuq il- muntanji lejn l-Iżvizzra bil-mixi. Fl-1961 e Sound Of Music dehret f 'Melbourne, l-Awstralja u reġgħet ġiet irxuxtata fuq Broadway fl-1998 u fil-West End ta' Londra darbtejn, fl-1981 u fl- 2006. Din il-wirja daret dawra ma' xi bliet tar-Renju Unit bejn is-snin 2009-2011 u xi snin ilu għamlet tour mal-Istati Uniti. Ikompli l-ġimgħa li jmiss ...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 April 2023