Illum previous editions

ILLUM 2 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1496176

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 19

06 IL-ĦADD 2 TA' APRIL 2023 • illum Is-sondaġġi: Għaliex la l-PL imma lanqas ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Nhar il-Ħadd li għadda kienu ppubblikati żewġ sondaġġi li juru illi d-distakk bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista naqas, miżerjament b'10,000 vot (skont is-sondaġġ ta' Vince Marmara) jew bi kważi 17,000 vot (skont is- sondaġġ ta' e Sunday Times). B'differenza, dak tal-Maltatoday li kien ippubblikat ġimagħtejn ilu juri distakk ferm iżgħar ta' it iktar minn 8,000 vot imma f 'liema każ ma sarx proċess li bih ikun determinat dawk li wieġbu "ma nafx" fir-realtà kif inhuma predisposti jivvutaw kieku issir elezzjoni ġenerali llum. Is- sondaġġ ta' e Sunday Times juri illi l-PN għamel it li xejn gwadann mit-telf tal-Labour, filwaqt li dak tal-Maltatoday juri li l-PN għamel gwadann ta' 6%. Dak ta' Vince Marmara ppubblikat fuq il-gazzetta it-Torċa wkoll juri xejra ta' tnaqqis għal- Labour ta' 1.8% u żieda għall- PN ta' 1.9%. Dan is-sondaġġ juri distakk ta' 29,000 vot favur il-Labour (bl-istess turnout tal- elezzjoni li għaddiet) jew 26,000 vot favur il-Labour (jekk it- turnout ikun inqas, skont kif qed juri s-sondaġġ). Dak ta' e Sunday Times juri distakk ta' 23,000 vot favur il- Partit Laburista. Hu x'inhu, dawn it-tliet sondaġġi juru żewġ affarijiet. L-ewwel li l-Partit Laburista għadu pjuttost jew ħafna aktar popolari mill-PN. U t-tieni ħaġa, qed juru illi l-Partit Laburista ra tnaqqis konsiderevoli fl-appoġġ lejh. Imma allura dan is-sondaġġ huwa sinjal ta' żminijiet aħjar għall-PN? Li l-agħar għadda? Jew kif kien hemm min qal fuq il-midja soċjali, li l-Labour qabad it-triq inevitabbli għan-niżla? Dan huwa qari superfiċjali ta' dawn is-sondaġġi u hawn huma uħud mir-raġunijiet għal dan. Sondaġġ waħdu jfisser it... Ix-xejra tfisser ħafna aktar Sondaġġ huwa ritratt meħud minn xi ħadd fuq it-telefon, fost kampjun tal-elettorat, tas- sitwazzjoni politika preżenti. Bħal elezzjoni, imma fejn qed tivvota bil-fomm ma' xi ħadd li ma tafx eżattament min hu. Qed nispjegaw dan biex nimu għaliex f 'sondaġġ ikollok livelli ħafna ogħla ta' nies li ma jweġbux jew inkella jirrispondu "ma nafx." Minkejja dan il-fattur, sondaġġ jagħti stampa viċin tar-realtà u s-sentiment b'mod ġenerali, iżda sondaġġ irid jinqara fil-kuntest ta' diversi oħrajn li juru xejra u mhux waħdu. Jiġifieri jekk fis-sondaġġ ta' Mejju d-distakk bejn il-partiti jerġa' jkun ta' 23,000 - 26,000 vot, dan ikun qed jindika xejra ċara ta' tnaqqis għal-Labour. Jekk juri distakki iżgħar ikun qed jindika b'aktar qawwa din ix-xejra 'l isfel. Iżda jekk id-distakk jerġa' jikber ikun indikazzjoni li t-tnaqqis seta' kien ħafna iktar temporanju u reazzjoni aktar immedjata għall- iżviluppi relatati mal-kuntratt mal-VGH/Steward. Jekk f 'Ġunju jsiru dawn it-tliet sondaġġi u d-distakk jibqa' ta' bejn 23,000 u 26,000 vot jew saħansitra jonqos, ikun turija ċara li x-xejra 'l isfel għal-Labour hija waħda konsiderevoli, li d-diżillużjoni hija kkonsolidata u li t-tnaqqis huwa iktar kostanti. Jekk le, iktar u iktar jirriżulta li dak ta' dan ix- xahar kien eċċezzjoni. Li qed ngħidu huwa li biex wieħed jevalwa aħjar, is- sentiment fost il-poplu permezz tas-sondaġġi, jrid jara numru ta' sondaġġi biex jara jekk it- tnaqqis għal PL hux xejra jew eċċezzjoni u anke biex wieħed jiem aħjar dawk li ma jridux jivvutaw esprimewx ħsieb ta' mument jew intenzjoni ħafna iktar determinata. Fl-10 sena, distakk bħal dan huwa "rekord" Fl-10 sena Gvern ikun beda jieħu l-aħħar nifsijiet u jekk il-partit ma jkunx spiċċa mill- Gvern, definittivament illi jkun tilef ħafna mill-appoġġ li jkun kiseb biex rebaħ 10 snin qabel. George Borg Olivier rebaħ l-elezzjoni tal-1962 b'distakk ta' 11,000 vot, b'total ta' 42% tal-voti. Perċentwalment il-PN żied għal kważi 48% tal-voti fl-1966 (wara l-indipendenza). Fl-1971 iżda tilef l-elezzjoni u Dom Mintoff kien elett Prim Ministru b'50.8% u distakk ta' it inqas minn 5,000 vot. Fl-1976 l-MLP reġa' rebaħ b'bejn wieħed u ieħor l-istess distakk, biex imbagħad fl-1981 il-Labour tilef il-maġġoranza tal-poplu (għalkemm żamm il-maġġoranza ta' siġġijiet parlamentari). analiżi Il-Labour ra tnaqqis konsiderevoli fid-distakk favurih u anke l-fiduċja f'Robert Abela ħadet majnata. Imma l-PN għadu 23,000 vot u aktar 'il bogħod mill- Gvern minkejja li ilu fl-Oppożizzjoni 10 snin u Bernard Grech huwa inqas popolari minn Roberta Metsola...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 April 2023