Illum previous editions

ILLUM 2 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1496176

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 19

07 illum • IL-ĦADD 2 TA' APRIL 2023 lanqas il-PN ma għandhom wisq biex jifirħu analiżi Fl-1987 il-PN permezz ta' Eddie Fenech Adami kien elett b'maġġoranza ta' it inqas minn 5,000 vot, maġġoranza li rduppjaha għal distakk ta' 13,000 vot fl-1992. Kontra dak li ħafna stennew, fl-1996 - wara disa' snin fil-Gvern - il-PN tilef u l-Labour reġa' rebaħ il-Gvern b'madwar 7,400 vot. L-uniku eċċezzjoni għal din ix- xejra kienet l-1998 meta l-Gvern li kien imexxi Alfred Sant waqa' wara vot kontrih mill-eks PM Dom Mintoff. Żvilupp politiku uniku mill-Indipendenza lil hawn. Fl-1998 il-PN reġa' tela' fil- Gvern b'maġġoranza ta' 13,000 vot, li żamm fl-2003 fl-elezzjoni abbinata mas-sħubija fl-UE. Wara 10 snin, minkejja li kien jidher illi l-MLP kien qiegħed f 'limbu politiku u minkejja li l-PN kellu saħħa pjuttost kbira, dan tal- aħħar irnexxielu jirbaħ l-elezzjoni biss b'1,500 vot - l-inqas distakk bejn il-partiti fl-istorja politika moderna. Dan juri allura li Gvern Laburista ta' Joseph Muscat u issa mmexxi minn Robert Abela, 10 snin wara li kien elett, għadu jżomm livell għoli ħafna ta' popolarità. Anzi, jekk nikkalkulaw l-elezzjonijiet u mhux is-sondaġġi, il-Labour mar kontra kull xejra fl-istorja politika moderna, hekk kif rebaħ b'maġġoranza ta' 35,107 voti fl-2013 u fl-2022 (disa' snin wara) rebaħ b'maġġoranza akbar: Distakk ta' 39,474 vot. X'ifisser dan? Ifisser li l-Partit Laburista diġà sfida kull normalità politika f 'termini ta' popolarità u allura wieħed jista' faċilment jasal għall- konklużjoni li x-xejra 'l isfel hija kważi xi ħaġa ovvja u naturali ħafna, f 'dan il-punt. Anzi, dawk li qajla jaqblu mal-PL probabilment jgħidu li x-xejra 'l isfel bdiet "wisq tard". U fil-fatt - jekk dawn l-aħħar sondaġġi jkunu kkonfermati f 'xejra - ikun l-aktar Gvern li żamm popolarità għal daqstant tul ta' żmien. Jekk jirriżulta li dawn is- sondaġġi kienu l-eċċezzjoni mela allura l-Labour ikun qed ikompli jikser ir-rekord tiegħu stess bħala l-partit li baqa' l-aktar popolari fil- Gvern. Kampanji Presidenzjali: Abela fdat ħafna iktar minn Grech Fl-aħħar snin l-attenzjoni tal-kampanji elettorali iffukat dejjem aktar fuq il-persuna tal- Kap jew il-Mexxej. Għalkemm fil-verità dan dejjem kien xi it jew wisq ċentrali u kruċjali għall- fortuni politiċi tal-partit fl-aħħar snin rajna l-messaġġ tal-partiti jinbidel: Minn wieħed li jiffoka fuq il-motto elettorali għal dak li jitratta min qed imexxi. Bdejna minn GonziPN meta fl-2008 - minkejja li kien beda jidher it- tmiem ta' Gvern Nazzjonalista - Lawrence Gonzi kien għadu ferm aktar popolari minn Alfred Sant. Dan kien fattur ewlieni biex Gonzi rebaħ dik l-elezzjoni kontra l-istennija ġenerali, inkluż fil-PN innifsu. U komplejna bil- kampanja Tagħna Lkoll li kienet iffukata fuq Joseph Muscat - wiċċ ġdid u politiku aktar fdat minn Gonzi. Spiċċajna imbagħad bl- elezzjoni tal-2022 fejn fl-aħħar billboard tal-Labour bil-kliem 'Malta Flimkien' kien hemm il- PM Robert Abela ma' martu u bintu. Fil-fatt mill-2013 lil hawn l-ebda Kap Nazzjonalista ma rnexxielu jiġi qrib il-Mexxej Laburista f 'termini ta' fiduċja, xi ħaġa li kienet riflessa fir-riżultati elettorali. Anzi, id-differenza kienet waħda kbira ħafna. Fl-aħħar sondaġġi din id- differenza għadha waħda pjuttost kbira, li allura turi li l-potenzjal li l-Labour jikber jibqa' akbar mill- potenzjal tal-PN. Dak li deher fit-Torċa staqsa hekk: Min taħseb huwa l-aħjar biex imexxi lill-pajjiż? 45.2% wieġbu 'Robert Abela', 26.7% wieġbu 'Bernard Grech', 20% wieġbu 'Ħadd', 7.1% ma jafux u 1% semmew persuni oħrajn. Dan ifisser illi b'kollox 18.5% iktar (li jinħadmu għal madwar 61,000 votant) jafdaw aktar lil Robert Abela biex imexxi. Dak tal-maltatoday jistaqsi mistoqsija it differenti, għax jitsaqsi preċiżament dwar fiduċja. Lil min tafda? Id-differenza hawn tonqos għal 8%, imma mill-ġdid favur Robert Abela li tinħadem għal madwar 26,400 votant. F'dan is-sondaġġ kważi 36% qalu illi ma jafdaw lil ħadd. F'dak ta' e Sunday Times il-parteċipanti jagħtu marka ta' fiduċja lill-mexxejja, b'Abela jingħata approvazzjoni ta' 5/10 (minn 6.9/10 fl-aħħar sondaġġ) li fil-fatt hija l-inqas rata ta' fiduċja mkejjla f 'dan is-sondaġġ għal Abela. Minkejja dan, il-fiduċja fi Grech ukoll naqqset u fil-fatt hija baxxa ħafna bi 3.8/10 (minn 4.2). Dan x'juri? Juri illi l-fiduċja fi Grech għadha batuta ħafna kif kienet prattikament dejjem. Biżżejjed naraw illi fl-aħħar sondaġġ ta' qabel l-aħħar elezzjoni d-differenza fil-fiduċja - meta skont is-sondaġġ tal-Maltatoday id-distakk kien ta' 29,000 favur il- Partit Laburista - kien ta' 13.2%, favur Robert Abela. Xahar qabel l-aħħar elezzjoni skont is-sondaġġ ta' e Sunday Times 55.3% kienu jippreferu lil Robert Abela bħala PM filwaqt li kienu biss 17.3% li semmew lil Grech. Dan juri wkoll li Abela qed ibati minn tnaqqis fil-fiduċja u anke fin-numru ta' nies li jarawh bħala l-aħjar biex imexxi, imma jibqa' jkollu vantaġġ komdu fuq Grech. Imma x'inhu l-potenzjal li l-PL u l-PN jżidu l-votanti? Marbuta mal-fiduċja jeħtieġ nikkalkulaw liema partit għandu l-aktar potenzjal li jikber. Filwaqt li skont is-sondaġġ tal-Maltatoday huma 30.8% li jivvutaw PL kieku issir elezzjoni llum, Abela huwa fdat minn 34.2% tal-elettorat. Bernard Grech huwa fdat minn 26.1% u huma b'kollox 28.4% illi jivvutaw PN kieku ssir elezzjoni llum. Dan juri sitwazzjoni opposta fil-partiti, li fil-fatt hija xejra li ilha għaddejja sa minn saħansitra qabel l-2013, fejn il-Mexxej Laburista huwa aktar popolari mill-partit. Dan ifisser li hemm eluf ta' votanti (skont dan is- sondaġġ 3.4%, imma ġeneralment dan ikun ħafna ikbar) li ma jridux jivvotaw imma li jafdaw aktar lil Abela. Allura - il-probabilità hija illi dawn il-votanti, kieku jivvotaw huma ħafna iktar predisposti li jimmarkaw fuq l-aħmar. Minn naħa l-oħra l-PN huwa aktar popolari mill-Kap tiegħu, li jfisser li hemm eluf ta' nazzjonalisti (2.3% imma ġeneralment ikun persentaġġ akbar) li mhumiex kuntenti bit-tmexxija tal-partit, imma li xorta jivvotawlu kieku issir elezzjoni. Jekk naraw is-sondaġġ tat-Torċa s-sitwazzjoni tinbidel għal Abela u tiggrava għal Grech. Filwaqt li 53.3% jivvotaw Labour, huma 45.2% li jaħsbu li Abela huwa l-aħjar mexxej li jista' jmexxi lill- pajjiż. Differenza ta' 8%. Minn naħa l-oħra 43.6% jivvotaw PN u huma biss 26.7% li jaħsbu li Grech huwa l-aħjar biex imexxi, differenza kbira ta' kważi 17%. Mid-term blues... Lura għan- normalità? Tant hi komuni fiċ-ċiklu politiku li hemm espressjoni għaliha, "mid-term blues". L-aktar perjodu fiċ-ċiklu ta' leġiżlatura li fih ikun hemm diżillużjoni, rabja lejn il- Gvern jew indifferenza ġenerali lejn il-politika. It-tgergir jilħaq il-qofol tiegħu u anke l-partit fil- Gvern innifsu (jkun liema jkun) jabbuża aktar mill-fatt li elezzjoni tkun għadha 'l bogħod u jdaħħal ċerti miżuri jew riformi jew jieħu passi li jqanqlu oppożizzjoni. Dawn l-aħħar 10 snin, minkejja li rajna protesti u saħansitra riżenja ta' Prim Ministru, dawn il-mid-term blues qatt ma trażmettew ruħhom f 'riżultati elettrorali ħżiena minkejja li kien hemn sondaġġi li wrew tnaqqis - anke konsiderevoli - għal-Labour. Jekk dan is-sondaġġ jirriżulta f 'xejra 'l isfel għal-Labour ikun sinjal ta' mid-term blues, imbuttati minn ħafna fatturi, fosthom: L-għoli tal-ħajja, il- kuntratt VGH/Steward, l-ambjent u l-kostruzzjoni kif ukoll kwistjonijiet oħrajn bħas-sigurtà, l-immigrazzjoni u l-popolazzjoni. Il-mistoqsija hija allura: Il- Gvern qed jieħu kont ta' dan id- dwejjaq? Qed jindirizzah? U sa fejn jista' jindirizzah mingħajr ma joħloq aktar reżistenza lejh? Għandu erba' snin ċans biex jagħmel il-bidliet meħtieġa, speċjalment fl-ambjent u t-trasport. Bernard Grech vs. Roberta Metsola Is-sondaġġ ippubblikat fuq e Sunday Times ma kellu aħbarijiet assolutament xejn sbieħ għal Bernard Grech hekk kif f 'termini ta' popolarità ġenerali huwa ħafna inqas popolari minn Roberta Metsola u saħansitra minn Adrian Delia bħala "il-Kap tal-PN ippreferut." Fil-fatt kważi 25% tal- parteċipanti jippreferu lil Roberta Metsola bħala Kap tal-PN, 19% jippreferu lil Delia u huma biss 11% li qalu illi jippreferu lil Grech, li huwa saħansitra inqas minn dawk li qalu illi ma jippreferu lil ebda wieħed minn dawn. Anke fost il-votanti nazzjonalisti, skont dan is- sondaġġ, Metsola hija pjuttost aktar popolari. Fid-dawl ta' stejjer dwar il-futur tiegħu bħala Kap tal-PN u l-fatt li Grech stess mhux qed jkun ċar u skjett dwar il-pożizzjoni tiegħu - sena 'l bogħod mill-kampanja għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew - dan is-sondaġġ ipoġġi l-ogħla kariga fil-PN fuq art xejn soda, mhux eżattament preludju tajjeb għal Mejju/Ġunju 2024.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 April 2023