Illum previous editions

ILLUM 9 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1496719

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 19

20 aħbarijiet IL-ĦADD 9 TA' APRIL 2023 • illum Il-President tal-Malta Football Association, Bjorn Vassallo, ma ġiex elett għal numru żgħir ta' voti fl-elezzjoni tal- Eżekuttiv tal-UEFA li saret l-Erbgħa waqt is-47 kungress. Vassallo ġab 25 vot jew 45% tal- voti mitfugħa. Għall-elezzjoni tal-Eżekuttiv ivvutaw 55 membru li huma l-Presidenti tal-Assoċjazzjonijiet Membri tal-UEFA. Iżda fil-futbol, wara kull storja, dejjem hemm storja oħra. Jidher li ftit sigħat qabel mal- Presidenti tal-Assoċjazzjonijiet Ewropej marru għall-vot, inħass ċertu xettiċiżmu lejn il-kandidati tal- pajjiżi ż-żgħar, fosthom lejn Vassallo, li fiċ- ċrieki internazzjonali hu meqjus fost l-aktar persuni influwenti fil- futbol Ewropew. Minn dak irrapurtat i nte r na z z j on a l me nt , jidher li qabel din l-elezzjoni, seta' ssejjaħ 'block vote' li elimina mit-tmexxija tal-UEFA numru ta' kandidati mill-pajjiżi ż-żgħar bħal Malta u l-Liechtenstein, li huma meqjusa fost l-aktar li jitkellmu u jsemmu leħinhom, xi ħaġa li l-pajjiżi l-kbar ma tantx iħobbu fihom għax jarawhom ta' xkiel. Kollox kien qed jindika li wieħed mill- pajjiżi ż-żgħar kien se jkun elett u dan għad detriment tal- istess Ukrajna li politikament ma setgħetx tibqa' barra, bil-kandidat Russu b'saħħtu biżżejjed u b'ċertezza li kien se jiġi elett. Il-gazzetta ILLUM għamlet kuntatt ma' Bjorn Vassallo, u s t a q s i e t u dwar din l-elezzjoni u r-reazzjoni tiegħu għar-riżultat miksub. "Dawn l-elezzjonijiet ikunu kompetittivi ħafna. Iġibu magħhom ħafna negozjati u l-kampanja għall-voti tibda minn xhur qabel. Sfortunatament għalina, din id-darba ħarġu numru ta' kandidati aktar min- normal. Il-pajjiżi l-kbar riedu jzommu posthom u oħrajn li riedu j i s t a b b i l i x x u saħħa politika fl-ogħla livelli tal-futbol. "Il-kwistjoni tal- Ukrajna rebħet voti ta' simpatija u dan ħalla mpatt fuq il-pajjiżi ż-żgħar. "Minn dan ir- riżultat nieħu l-pożittiv u nkompli nibni biex f 'tentattiv ieħor nkun elett u nirrapreżenta lil Malta u lill-pajjiżi ż-żgħar, fost il-ġganti tal-Ewropa," qal il- President tal-MFA. Iżda l-aktar ħaġa deludenti u xokkanti hi dik li għal din l-elezzjoni, il-possibbilment siġġu ta' Vassallo, mar għand Andriy Pavelko, il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Ukrajna li f 'pajjiżu jinsab akkużat b'korruzzjoni u l-Qorti tal- pajjiż ma tirrikonoxxihx f 'din il-pożizzjoni. Pavelko ġab biss 6 voti aktar minn Vassallo, iżda dawn kienu biżżejjed biex rebaħ dan is-siġġu u ċaħħad lil Malta milli terġa' tkun fl- Eżekuttiv tal-UEFA minn wara li kien spiċċa l-Avukat Joe Mifsud fl-2011. Din l-istorja ġiet irrapurtata fuq numru ta' siti elettroniċi ewlenin li jirraportaw stejjer mid-dinja sportiva, li fil- maġġoranza tagħhom qed isostnu li l-vot lejn il-kandidat Ukren kien wieħed ta' simpatija u qajjem dubji u spekulazzjonijiet kbar li s'issa l-UEFA għadha ma tagħat l-ebda reazzjoni għalihom. Dan minħabba li fiċ-ċrieki tal-futbol Ewropew, ħadd ma jista' jifhem kif il-UEFA marret kontra r-regolamenti tagħha stess u ħalliet lil Pavelko jikkontesta għal din l-elezzjoni. Skont ir-regolamenti tal-UEFA, f 'elezzjonijiet bħal dawn jistgħu jikkontestaw biss Presidenti jew Viċi-Presidenti attivi tal- assoċjazzjonijiet membri u li jkollhom kondotta nadifa. Dwar dan kollu tkellem saħansitra l-ex plejer tat-tim nazzjonali tal-Ukrajna, Yevhen Levchenko, li sejjaħ id-deċiżjoni li Pavelko jitħalla jkun kandidat mill-UEFA bħala waħda tal- mistħija fuq l-organizazzjoni tal-futbol. Bħalissa, Levchenko huwa l-President tal-Plejers Professjonisti fl-Olanda wara karriera twila jilgħab fil- Kampjonat Olandiż u wara li kien sar ċittadin Olandiż fl- 2001. L-elezzjoni għall-Eżekuttiv tal-UEFA ta' din is-sena kellha 11-il kandidat għal 7 postijiet. Malta, permezz ta' Bjorn Vassallo, kienet qed tikkompeti kontra numru ta' pajjiżi kbar fosthom id-Danimarka, Spanja, Franza u n-Norveġja. Vassallo spiċċa fit-tmien post b'25 vot, bil-kandidat Ukren li involut f 'kontroversja sħiħa li spiċċa fis- 7 post b'31 vot. Elezzjoni Eżekuttiv tal-UEFA: Tradiment mill- pajjiżi l-kbar fil-konfront ta' Bjorn Vassallo ftit sigħat qabel il-vot Il-kandidat Ukren jitħalla jikkontesta u ġie elett minkejja li għaddej minn proċeduri kriminali Fiċ-ċrieki tal- futbol Ewropew, ħadd ma jista' jifhem kif il-UEFA marret kontra r-regolamenti tagħha stess u ħalliet lil Pavelko jikkontesta għal din l-elezzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 April 2023