Illum previous editions

ILLUM 30 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1498222

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 19

09 analiżi illum • IL-ĦADD 30 TA' APRIL 2023 L-abort Titkellem Dott. Andrea Dibben – Chairperson tal-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa Fil-kuntest Malti il- konverżazzjoni fuq l-abort mhix waħda faċli. Hija diskussjoni li tqanqal passjoni, uġigħ, rabja u konfużjoni. Ħafna drabi tkun ifformulata f 'opinjonijiet polarizzanti li ma joħolqux spazju għal vuċijiet differenti. Min- naħa għandek attivisti bħali li jemmnu li l-abort huwa kwistjoni fundamentali tad-drittijiet tan- nisa, li l-awtonomija ta' ġisimna mhix xi ħaġa li tista' tilleġiżla fuqha, u li dawk li jopponu d-drittijiet tal- abort qed jippruvaw jikkontrollaw lin-nisa. Min-naħa l-oħra, għandek nies li jemmnu li fetu huwa individwu uman l-ewwel u qabel kollox, li ħadd m'għandu d-dritt li jtemm ħajja umana u li dawk li jappoġġjaw id-drittijiet tal-abort huma qattiela bla qalb. Però illum li għaddew ħames snin mill-ewwel darba li bħala Fondazzjoni għad-Drittijiet tan- Nisa ippubblikajna il-pożizzjoni tagħna favur l-aċċess għal abort, is-sitwazzjoni f 'Malta nbidlet ħafna. Id-diskussjoni ħadet xejra differenti. Ninduna li hemm grupp ta' nies li dejjem qed jikber, li mhumiex sodisfatti bid-diskors polarizzanti u dommatiku li s'issa fassal il-kwistjoni. Dawn iċ-'ċentristi mħassba' jista' jkun jemmnu li l-abort huwa moralment ħażin iżda jimu wkoll li jista' jkun hemm ċirkostanzi meta jkun meħtieġ. Forsi jemmnu li l-ħajja tibda mill-konċepiment u li l-abort mhux xi ħaġa li huma personalment qatt ħa jirrikorru għalih u jisperaw li lanqas ħaddieħor ma jirrikorri għalih iżda mhumiex kuntenti bis- sitwazzjoni attwali fejn in-nisa li jagħmlu abort huma kriminalizzati. Din it-tweġiba ta' għalfejn ''Iva'' għal liġi li tiddikriminalizza l-abort ħa nindirizzaha lil dan il-grupp ta' nies. Temmen x'temmen, meta eżattament tibda l-ħajja u meta "grupp ta' ċelloli" għandhom jitqiesu bħala persuna hija mistoqsija dibattibbli. Anke dawk li jemmnu li mill-konċepiment hemm persuna jafu li t-tqala hija proċess li iktar ma jqarreb lejn it-twelid, iktar issir prezzjuża u li tarbija ffurmata ta' disa' xhur jew mwielda mhiex l-istess bħal bajda fertilizzata li fil- verita,' hemm iktar minn 60% ċans li qatt mhu ħa twassal għat-twelid. Però anka għal dawk li jemmnu li mill-konċepiment hemm tarbija, il- kwistjoni mhijiex iswed jew abjad. Illum nafu mir-riċerka li l'fuq minn 400 mara f 'Malta tagħmel abort id-dar bil-pilloli u li aktar minn nofshom huma diġà ommijiet. Bħala attivista din ma kinitx xi sorpriża. Smajt biżżejjed stejjer ta' ommijiet iddisprati għax bilkemm ilaħħqu mal-paga, għax hemm problemi ta' saħħa, fiżika jew mentali fil-familja, jew għandhom tfal b'diżabilità x'jieħdu ħsieb jew qegħdin fi żwieġ abbużiv li assolutament ma jistgħux iġibu tarbija oħra fid-dinja. Dawn in-nisa, iktar minn waħda kuljum, li qed jieħdu din id- deċiżjoni għax iħossu li hija l-aħjar waħda għall-familja tagħhom, ħaqqhom jitqiesu bħala kriminali? Ħaqqhom jiġu maħkumin mill- biża' u l-anzjeta' li xi ħadd ħa jsir jaf li xtraw il-pilloli, li xi ħadd ħa jirrapurtahom lil pulizija, jew agħar, li xi ħaġa tmur ħażin u ma jkunux jistgħu jirrikorru għal għajnuna medika? U f 'dan kollu l-ikbar biża' tkun li l-pilloli ma jaslux jew ma jaħdmux, u jkollhom jirrikorru għal mezzi iktar drastiċi u perikolużi, jekk m'għandhomx mezzi biex isiefru. Imbagħad hemm ir-riskji li jieħdu dawk in-nisa li għadhom imorru Sqallija fejn jiġu misruqa bi prezzijiet esorbitanti, fejn ħafna drabi jispiċċaw fi kliniċi li m'humiex reputabbli u fejn jispiċċaw b'kumplikazzjonijiet mediċi għal tul ta' żmien. L-istejjer ta' tbatija li smajt mingħand tobba u koppji li kienu f 'sitwazzjonijiet diffiċli mmens għax kellhom dijanjożi li fetu mhux ħa jgħix hi raġuni oħra għalfejn din il-liġi li ma tippermettix l-abort fl- ebda ċirkustanza hi waħda krudili. F'din iċ-ċirkostanza diffiċli dawn il- koppji jridu jagħżlu bejn li jmorru f 'pajjiż ieħor u jħallsu rati għoljin, għand tobba li m'humiex familjari magħhom u jżommu dan is-sigriet anke mill-familji tagħhom jew li jġorru t-tqala sal-aħħar, jgħaddu mill-ħlas biex it-tarbija li jkollhom tgħix għal it sigħat, jiem jew ġimgħat biss. L-istatistiċi juru biċ-ċar li l-projbizzjoni tal-abort ma taħdimx. Ir-rati ta' abort huma għoljin f 'pajjiżi fejn l-aċċess huwa ristrett filwaqt li naqsu b'pass kostanti fil-pajjiżi żviluppati fejn l-abort huwa sigur u legali. Dawn il-pajjiżi rrikonoxxew li l-uniku mod effettiv biex jiġi evitat l-abort huwa li jinvestu bil-kbir fl-edukazzjoni sesswali u l-aċċess għall-kontraċettivi. Il-mistoqsija m'ijiex jekk hux 'iva' jew 'le' għal abort. In- nisa Maltin ilhom jaċċessaw l-abort u se jkomplu jagħmlu dan irrispettivament mil-liġi. Il- mistoqsija hija dwar jekk irridux inżommu rasna midfuna fir-ramel, niċħdu r-realtajiet tan-nisa u nivvilifikawhom jew jekk irridux niħu għajnejna, niġbru bażi soda ta' evidenza u naħdmu lejn liġi ġusta li tissalvagwardja s-saħħa u l-benesseri tan-nisa Maltin. Għaliex tgħid 'iva' għall- abort? Andrea Dibben

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 April 2023