Illum previous editions

ILLUM 7 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1498712

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 23

13 analiżi illum • IL-ĦADD 7 TA' MEJJU 2023 Il-Kostituzzjoni tgħid illi pajjiżna huwa stat kattoliku. Bla dubju li ż-żminijiet inbidlu u ħafna jistaqsu jekk għadx hemm il-bżonn li Malta tibqa' titqies hekk. Oħrajn jopponu bidla. Għalhekk l-ILLUM tistaqsi lil Dun Bernard Gatt, lil Christian Colombo u lil Joanna Onions: Imma Malta, għandha tibqa' stat kattoliku? Minkejja li hija stipulata fil-Kostituzzjoni ta' Malta li pajjiżna huwa stat kattoliku, il- popolazzjoni mhijiex kattolika b'mod uniformi. Iċ-ċifri tal-aħħar ċensiment juru li 83% tal- popolazzjoni iqisu lilhom infushom bħala Kattoliċi. Dan huwa tnaqqis notevoli miċ-ċensiment preċedenti hekk kif dak iż-żmien kienet 94% tal- popolazzjoni illi qalet li hija kattolika. Ċarament, li wieħed jidentifika lilu nnifsu bħala kattoliku mhux neċessarjament ifisser li wieħed jiprattika t-twemmin tiegħu. Diversi sondaġġi indikaw li kważi nofs il-popolazzjoni Maltija, għalkemm iqisu lilhom infushom bħala kattoliċi ma jimxux mat-twemmin tar-reliġjon. Min-naħa l-oħra, dan l-istess ċensiment wera li hemm grupp sostanzjali ta' nies, jiġifieri 5% tal- popolazzjoni illi, bħalna, ma jidentifikaw mal- ebda reliġjon. F'Jannar tal-2020, il- Prim Ministru Robert Abela qal illi pajjiżna huwa stat sekolari u l-Kostituzzjoni tagħti d-dritt u l-libertà li persuna tagħżel li tiprattika r-reliġjon li temmen fih. Minkejja dan, Artiklu 2.2 tal- Kostituzzjoni ta' Malta jiddikkjara r-reliġjon ta' Malta bħala dik Kattolika Rumana u tagħti lill- Knisja "d-dritt u d-dmir li tgħallem liema prinċipji huma tajbin jew ħżiena" inkluż bħala parti mill- edukazzjoni obbligatorja. Għaldaqstant aħna nemmnu li dan l-Artiklu għandu jitneħħa. Apparti l-fatt illi għandna r-realtà li pajjiżna mhux kompletament kattoliku, ma narawx il-bżonn u l-ħtieġa li stat ikollu reliġjon tiegħu. Il- Kostituzzjoni ta' Malta hija dokument legali li jagħti gwida ta' kif jiġi operat l-istat u mhux stqarrija dwar l-identità jew it-tradizzjoni Maltija. Għaliex persuni li jidentifikaw lilhom innifishom bħala kattoliċi għandhom bżonn jew iridu referenza fil- Kostituzzjoni, sakemm mhux biex jippromwovu l-kontroll jew influwenza tal-Knsija fuq dawk illi m'għandhomx fidi? Li Malta ma tibqax stat kattoliku ma jfissirx illi l-fidi kattolika f 'Malta awtomatikament se tiġi sostiwita ma' fidi oħra. L-istat huwa ta' kull ċittadin, irrispettivament mit-twemmin ta' persuna. Għaliex għandha tiġi eskluża minorità – li dejjem qed tikber – f 'wieħed mill- aktar prinċipji bażiċi tal-pajjiż? Li Malta tibqa' stat Kattoliku Ruman timplika illi ideat mhux kattoliċi mhumiex kostituzzjonali. Tajjeb li nsemmu wkoll li Malta diġà marret lil hinn minn ċertu twemmin Kattoliku meta introduċiet id-divorzju, iż-żwieġ bejn koppji LGBTIQ+, konċepiment u l-għażla li l-istudenti jingħataw lezzjonijiet dwar l-etika minflok dawk tar-reliġjon. Jekk irridu li pajjiż demokratiku ikun ġust ma' kulħadd, mela irid pajjiżna irid ikun stat sekulari, li jmur lil hinn minn kull tip ta' reliġjon. Stat għandu jkun magħmul minn ċittadini ta' kull fidi – jew saħansitra li m'għandhom l-ebda fidi – li jħossuhom liberi u ndaqs u jkollhom id-drittijiet umani mħarsa. Irridu stat indipendenti minn kull tip ta' organizzazzjoni reliġjuża. Irridu stat li l-istituzzjonijiet fi ħdanu, inkluż il-ġudikatura u s-sitema edukattiva, tkun newtrali fuq kwisjontijiet li għandhom x'jaqsmu ma' twemmin, reliġjon jew in-nuqqas tagħhom. Irridu wkoll stat li jilleġiċla u jigverna mingħajr influwenza tal- Knisja. Kostituzzjoni Sekulari ma jfissirx li l-poplu Malti se jsir ateu jew agnosiku, anzi se tiżgura li jkun hemm libertà li wieħed jagħżel mir- reliġjonijiet kollha. Le – Iwieġbu: Iċ-Chairman tal-Humanists Malta Christian Colombo u l-Membru tal-Kumitat Joanna Onions Joanna Onions Christian Colombo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 May 2023