Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1499756
13 editorjal illum • IL-ĦADD 21 TA' MEJJU 2023 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt M a jistax ikun li jkun hemm min ikompli jaħseb li l-Partit Laburista jista jkompli fi triqtu mingħajr ebda rikon- noximent għat-taħwid kollu ta' Joseph Muscat li kien Prim Ministru ta' Malta minn 2013 sa 2019. Fuq kollox wara dak li rajna din il- ġimgħa fil-każ tal-Vitals u Stewards. Li Muscat għandu post speċjali fil-qlub ta' ħafna Laburisti hija mistennija. Imma li wieħed ikompli jiddefendi din il-persuna bħallikieku ma għamlet xejn ħażin huwa ħażin ħafna. Muscat huwa bniedem li jrid jagħti x'nimu li hu ma għamel xejn ħażin. Naħseb li l-iskop ta' dan l-editorjal mhuwiex li nikkonvinċu lil xi ħadd dwar dan il-fatt. Il-fatti jitkellmu waħedhom. Il-problema aħħarija hi li Partit Laburista jrid jaffaċċja r-realta' li taħt l-amministrazzjoni Muscxat ġraw ħniżrijiet kbar, Panama, Electrogas, Vitals u l-qtil ta' ġurnalista. Li kieku l-Partit Nazzjonalista hu aktar attrajenti għal votant, kieku l-Labour ħa daqqa kbira u illum mhux qed jiggverna. Imma sa issa l-PN mhux tħeddida, grazzi għat-tmexxija akka tiegħu. Imma hija kwistjoni ta' żmien qabel il- PN isib il-mument u jerġa jgħolli rasu. Jekk Labour iridu jinvestu fuq l-affarijiet tajba li għandha bħalissa fil-pajjiż irid jaċċetta li t-triq li għandu quddiemu hi waħda biss u dik li hi kuraġġuża u tirrekjedi li taqta mill-legat ta' Muscat. Din id-deċiżjoni mhux waħda faċli għall-Robert Abela. U ma hemm l-ebda garanzija li ma jkunx hemm reazzjoni għal dan l-aġir minn numru kbir ta' Laburisti. Imma li tagħmel is-sewwa qatt ma tista tkun xi haġa faċli. Robert Abela jrid ikollu l-kuraġġ li jagħmel dak li hu sewwa. Għal ġid fit-tul tal-Partit u għal ġid immedjat tal-pajjiż. L-għażla f 'idejh. Wasal iż-żmien li l-legat ta' Muscat jispiċċa