Illum previous editions

ILLUM 21 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1499756

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 19

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 21 TA' MEJJU 2023 li tikkomunika mal-massa Tal-istess fehma kien Jason Micallef, li ħadem fi ħdan l-istazzjon Nazzjonali għal numru ta' snin, li bħal Ġorġ Mallia, ddeskriva dan il-programm bħala Trash TV. Micallef kien fost l-ewwel persuni li esprima d-diżapprovazzjoni tiegħu għall-fatt li Love Island Malta xxandar fuq il-PBS. Ma' din il-gazzetta, huwa stqarr li bħala stazzjon Nazzjonali, l-istazzjon għandu l-obbligu li jxandar kull tip ta' produzzjoni ħlief dawk li posthom huma fuq stazzjonijiet kummerċjali. Din il-produzzjoni hija proprju l-oppost ta' programm li jixxandar fuq stazzjon iffinanzjat mit-taxxi tal-poplu, skont il-fehma ta' Jason Micallef, li ddeskriva Love Island bħala programm "ultra kummerċjali" impurtat mill-Punent. Huwa rrimarka kif din il- produzzjoni fih "bluha u ħamallaġni" li posthom huwa kullimkien għajr għall-PBS. B'reazzjoni għall- udjenza sinifikanti li ġġenera l-programm, Jason Micallef qal li min ippubblika dawn l-istatistiċi għamel hekk biex jiddefendi kontra l-backlash tal-istess programm, u tenna li huwa irrelevanti kemm segwewh nies. Filwaqt li rrikonoxxa li kulħadd għandu d-dritt li jara dawn it-tip ta' programmi, stqarr li jibqa' l-fatt li ebda stazzjon Nazzjonali fid- dinja ma jxandar dawn il- programmi. Dwar il-kwalità tal- programm, irrimarka kif dawk li jipproduċuh m'għandhomx interess minn affarjiet bħal- lingwa li tintuża, iżda jinteressahom biss li jkunu sensazzjonali. Micallef innota wkoll li ladarba qed jixxandar dan il-programm, huwa inutli li joħorġu l-ġenituri u l-ħbieb tal-parteċipanti jaqbżu għalihom, u tefa' t-tort fuq il-kummenti dispreġġjattivi fuq min aċċetta li jixxandar il- programm. Qal li issa la dan qed jixxandar, min huwa responsabbli jrid joqgħod għall-kritika tal- pubbliku. "Sensazzjonali… Mhux postu fuq stazzjon Nazzjonali" - Jason Micallef Joseph Azzopardi, magħruf aħjar bħala Peppi lanqas m'huwa barrani fid-dinja tax-xandir. F'kummenti lil din il-gazzetta, qal li Love Island Malta, filwaqt li jiġbor fih grupp ta' żgħażagħ diversi li jiddiskutu b'mod profond ir-relazzjonijiet li qed jinbtu bejniethom, setgħet saret għażla aħjar ta' parteċipanti biex tinkludi fiha persuni omosesswali fost oħrajn. Dwar il-lingwa Maltija, Peppi Azzopardi qal li wieħed għandu jirrifletti l-mod ta' kif jitkellmu n-nies fil-ħajja ta' kuljum, u jekk dawn jitkellmu b'Malti mħallat bl-Ingliż, m'għandu jkun hemm ebda problema li jitkellmu b'din il-forma ta' lingwa. Azzopardi stqarr li jaqbel li l-PBS juri programmi li l-udjenzi jkunu interessati fihom, hekk kif minħabba li t-televiżjoni huwa "medium" tal-massa, irid jirrappreżenta l-interessi tal-massa. Huwa kritika l-fatt li minkejja li l-PBS huwa finanzjat mit-taxxi tal-poplu, xorta waħda jbiegħ ir-riklami, hekk kif dan qed jikkontribwixxi għal numru ta' stazzjonijiet li qed isibuha diffiċli jikkompetu mal-istazzjon Nazzjonali. Għalhekk spjega li jekk programm bħal Love Island jiswa eluf kbar, programmi simili jkunu jistgħu jixxandru fuq stazzjonijiet privati mingħajr ma jkollhom jikkompetu mal-PBS. Azzopardi sostna li "il-ħasra m'hijiex li in-nies qed isegwu Love Island, imma li mhux isewgu programmi ta' diskussjoni." Stqarr li dan jorbot "maċ-ċensura li hemm bħalissa fil-PBS", li qed toqtol id- diskussjoni fuq l-istazzjon tal-Istat. Huwa tenna bil-messaġġ li "Tajjeb li n-nies jistgħu isegwu programmi li fihom jikxfu ġisimhom imma tajjeb wkoll li in nies ikunu jistgħu jaraw programmi li jikxfu l-iskandli u jiddiskutuhom." "Dan huwa mass medium u allura qiegħed hemm biex jikkomunika mal- massa." - Peppi Azzopardi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 May 2023