Illum previous editions

ILLUM 28 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1500238

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 19

illum • IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 aħbarijiet 11 jingħaqad kontra l-ħakma tal-iżviluppatur "Xbajna naraw is-sistema tikrolla u jsiru l-abbużi u qed nagħmlu dawk it-tliet talbiet." Hekk qal il-Kap Eżekuttiv ta' BirdLife Malta, Mark Sultana, mal- ILLUM. Huwa jemmen li f'artijiet li jinsabu f'Żoni Barra mill-Iżvilupp (ODZ) u siti ta' Natura2000 l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) irid ikollha aktar saħħa biex ma taċċettax l-iżvilupp. "Nistgħu nikkunsidraw li l-ERA jkollha l-poter tal- VETO u tkun hi li tiddetermina li tara jekk jibdiex l-iżvilupp." Qal li sakemm il-partiti politiċi jibqgħu jieħdu donazzjonijiet mill-iżviluppaturi "dawn se jibqgħu dejjem fil-bwiet tagħhom bil- possibilità li t-tibdil li jsir, isir biss kosmetiku." Huwa qal li bagħtu messaġġ lil mexxejja tal-pajjiż, l-istituzzjonijiet u anke lill-Oppożizzjoni, jiġifieri "il-pilastri tad-demokrazija. Għandhom jisimgħu l-għajta tan-nies. Il-politiku qiegħed hemm biex iservi lil poplu u mhux lill-iżviluppatur. Ilni naħdem fl-attiviżmu l-maġġoranza ta' ħajti u qatt ma rajt daqshekk NGOs magħqudin daqs ilbieraħ. Fejn qabel aħna konna ninfurmaw lin-nies biex jipprotestaw kontra żvilupp, illum in-nies jiġu għandna biex nagħmlu l-protesti u biex intellgħu l-każijiet il-Qorti." L-ILLUM tkellmet ukoll mal-President Eżekuttiv ta' Din l-Art Ħelwa Prof Alex Torpiano illi sostna li l-messaġġ huwa wieħed; Li l-iżvilupp għandu jkun għall-ġid tal-komunità mhux tal-individwu. Qal li issa wasal iż-żmien biex id-diskors li xi ħadd għandu d-dritt li jibni "għax ta' ħdejh bena ukoll trid tinqata' darba għal dejjem." Qal li ingħaqdu fi sħab biex issir din il-protesta proprju biex jirrifelttu n-numru ta' telefonati u imejls li qed jirċievu minn nies li jgħixu f'diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Mistoqsi fuq xhiex huma l-aktar inkwetati n-nies huwa wieġeb li n-nuqqas ta' ippjanat qiegħed idejjaq lil ħafna nies. "Ħafna mingħalihom li se jmorru jgħixu f'lokalità partikolari għall-kwiet u f'daqqa waħda l-awtorità tippermetti li jsir bini massiċċ. Sar żball bir-regoli li għamilna bħala pajjiż u rridu nikkoreġuh," żied jgħid Torpiano. Huwa irrimarka wkoll li fejn qabel l-għaqda kienet tirċievi telefonati minn żona jew tnejn issa qed tirċievi minn madwar il-gżejjer kollha. Iżda x'inhi l-aktar ħaġa li għandha bżonn attenzjoni? Fl-opinjoni tiegħu l-aktar ħaġa importanti huwa l-mudell ekonomiku għax l-ippjanar jirrifletti dak li l-mudell ekonomiku li qed jitħaddem fil- prattika. Kompla li bħala pajjiż xi snin ilu għażilna ekonomija trid timxi 'l quddiem bil-kostruzzjoni u billi nżidu l-popolazzjoni u sintendi dawn huma marbuta ma xulxin. Tenna li dak kien il-mudell li kien hemm bżonn fil-mument, iżda mgħadux relevanti għal-lum il- ġurnata. Tant hu hekk illi qal li dan il-mudell, l-iżvantaġġi qed ikunu aktar qawwija mill-vantaġġi li seta' kien qiegħed jagħti dan il-mudell fil-passat. "Aħna qatt m'għidna lil xi ħadd biex ma jibnix. Imma ma jistax dak li jkun jibni tliet sular minflok ħamsa? Se jinbnew ħames sulari biex igawdu minnha à skapitu tal-komunità," saħaq Torpiano. Kompla jgħid li fejn jirrigwardja l-ippjanar qed isir żball ukoll għaliex meta l-awtorità jkollha quddiem applikazzjoni taħdem b'mekkaniżmu fejn jiġu elenkati r-raġunijiet biex jirriutaw li jingħata permess. Għaldaqstant jispjega li jekk ma jkunx hemm raġunijiet, il-permess jinħareġ. "Illum il-ġurnata irridu nsibu l-argument għalfejn ngħidu iva. Jekk ikun hemm bżonn skola jew xi sptar, dawk huma raġuni validi iżda jekk titressaq applikazzjoni biex ikun hemm gwadann minn blokka appartamenti, il-permess ma jingħatax għax dak mhux gwadann tal-komunità iżda tal-individwu," temm jgħid mal-ILLUM Prof Alex Torpiano. 'Huwa ċar li l-mudell ekonomiku li għażilna fil-passat huwa żball u mgħadux relevanti għall-ħtiġijiet ta' llum' - Il-President Eżekuttiv ta' Din l-Art Ħelwa Prof. Alex Torpiano 'Fejn qabel konnha immorru għand in-nies aħna biex jiġu jipprotestaw magħna issa qed jgħidulna huma' - Il-Kap Eżekuttiv ta' Birdlife Malta Mark Sultana "Kull darba li l-poplu sabbat saqajh u ġġieled għad-drittijiet tiegħu, minkejja l-ostakli tal-poter, l-awtoritajiet kellhom ibaxxu rashom għar- rieda tal-poplu" – Moviment Graffitti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 May 2023