Illum previous editions

ILLUM 28 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1500238

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 19

13 editorjal illum • IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt M eta nġabru mijiet ta' nies ilbieraħ fil-Belt Valletta, ma kinitx l-ewwel darba li għaqdiet u personalitajiet għajtu għajta biex l-ambjent jingħata r-rispett li jistħoqqlu. Imma din id-darba l-għajta hija differenti. Illum din hi l-karba ta' xi ħadd li qed imut. Pajjiżna qed imut, jinqered mill- policies oxxeni li nibtu f '2006 taħt Gvern Nazzjonalista u ġew msaħħa mill-Gvern ta' Joseph Muscat favur l-iżviluppatur. U komplew ikunu sostnuti mill-Gvern ta' Robert Abela favur ekonomija żbaljata li tagħmel il-miljuni mill-qerda tal-art, tal- għelieqi, tal-wirt kulturali u tax-xibka soċjali u l-ambjent naturali. Illum għandha politiċi fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra li ma jimpurthomx jekk pajjiżna jispiċċa taħt blata ta' konkrit, l-aqwa li r-renju ta' l-ispekulatur u qiegħed fil-bini, fl-iskavar u fil-barrieri jibqa' jimpala l-liri. L-aqwa li jkomplu jagħmlu aktar flus li għandhom bżonn. L-aqwa li niaħru bl-istatistika ta' hekk msejjaħ tkabbir. L-politiku jaf li sakemm n-nies ikollhom flus dieħel mill-bini u l-kirjiet mela ma għandhomx għalfejn jinkwetaw. Imma illum hemm realtà differenti, illum in-nies li huma mdardrin bl- egoiżmu sfrenat u r-rebgħa għal flus hija waħda tal-waħx. M'humiex erbgħa ndannati jew imġienen li llum qed jitkellmu fuq l-ambjent. Illum hemm eluf fuq eluf ta' nies li jridu bidla. Il- politiku Malti li huwa dipendenti fuq is-sostenn ta' min jimpala l-liri mill-bini u l-kostruzzjoni għandu bżonn jiem li hemm forza oħra elettorali, ta dawk li ma jridux jivvutaw u tilfu l-fiduċja tagħhom fil-politiku. Dawn illum huma forza reali. U lesti jisfiduċjaw il-Gvern tal-ġurnata. Iridu bidla. Il-bidla trid isir billi l-policies jinbiddlu, liema policies tal-ippjanar li qed literalment ibiddlu d-dehra ta' Malta u Għawdex, u ż-żoni miuħa, il-widien u l-kosta. U ma jiġix il-Gvern jgħid li ma jistax ibiddel il-policies jew li jneħħihom. Jew għax jiddeċiedu li jcaħħad xi ħadd mid-dritt li jibni mela jkun għamel preċedent. Imbasta bil-politika xellugi u hekk msejjaħ Laburista; sirna magna ta' kapitaliżmu bla qies, magna ta' permessi u kif ukoll tapit għal min irid ibiddel Malta f 'mandra. Pajjiż bla gost, pajjiż ikraħ, pajjiż mudlam u pajjiż bla ruħ. Hemm bżonn liġijiet ġodda għall- ambjent, regoli ġodda li jagħtu nifs lil dan il-pajjiż, Awtorità tal-Ippjanar mhux immexxija minn Kastilja u l-ħtieġa ta' nies serji li jfasslu l-policies ta' l-ippjanar għall-pajjiż. Għandha bżonn Awtorità serja. Fuq kollox hemm bżonn li l-Partit fl-Oppożizzjoni jagħraf x'inhu jgħid meta jitkellem fuq l-ambjent u ma jibżax jitkellmu ċar u tond. Hemm il-ħtieġa li jressaq proposti kuraġġużi li jagħtu tama u mhux paroli fil-vojt. Dan hu pajjiż ċkejken fejn l-iktar ħaġa prezzjuża hija l-art, dak li bl-ingliż nafuh bħala l-footprint. Nitilfu dak, nitilfu kollox. Xebbajtuna u issa rridu Malta u Għawdex lura. Iridu li tagħtu kasna. Għax b'dan ir-ritmu t-tfal mhux se jkollhom l-ebda tiira ta' Malta ħlief għall-monumenti tal-konkrit diżinjati minn periti bla ruħ, sostnuti minn spekulaturi arroganti u mbierka minn Gvern li jaħseb għax għamel stripep ta' ġonna fl-ibliet tagħna solva l-problema tal-isfreġju ambjentali f 'Malta u Għawdex. Il-messaġġ huwa ċar: Prim Ministru Robert Abela agħti kas u biddel il- politika ta' dan il-Gvern fuq l-ambjent. Messaġġ ċar lill-Gvern: Biddel ir-rotta

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 May 2023