Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1500238
Carmel Bonnici 19 films IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 • illumW Il-film animat mużikali 'The Lion King' ta' Disney (2) F'post jismu Pride Rock fil- pjanuri tal-Afrika, Mufasa (vuċi ta' James Earl Jones), ir-Re tal-iljuni jippreżenta lil Simba (Matthew Broderick), it-tarbija li għadha kemm twieldet u l-eredi tat-tron, lill-ispeċi sudditi kollha tal- lokalita'. Kulħadd ikun ferħan ħlief Scar (Jeremy Irons), ħu ż-żgħir ta' Mufasa li hu mdejjaq għax għandu ambizzjoni kbira li jilħaq hu re. Meta jibdew igerrbu x-xhur, Simba jikber u jsir ferħ imqareb, dejjem jiġġerra u jilgħab ma' Nala (Moira Kelly) l-aqwa ħabiba tiegħu u flimkien jinjoraw lil Zazu (Rowan Atkinson), il- maġġordomo attiv tar-re, waqt li jistenna bil-ħerqa dik il-ġurnata meta anki hu jirrenja l-art. Imma Scar lest biex jagħti l-assalt tiegħu u wara attentat li ma jirnexxix biex jeħles minn Simba meta jibgħatu biex jispezzjona post fejn hemm ċimiterju tal- iljuni mingħajr superviżżjoni tal-adulti, territorju kkapparrat mill-iljeni (qishom ilpup feroċi), ifassal pjan biex joqtol lil ħuh u jeħodlu t-tron. Bil-għajnuna tal-iljeni, Scar iġib lil Simba f 'nofs ta' triq fejn il-wildebeest ikunu għaddejjin f 'ġirja sfrenata; Mufasa jinqatel meta jidħol fin-nofs biex jipprova jsalva lil ibnu. Wara Scar jikkonvinċi lil Simba, li għadu taħt xokk kbir, li din it- traġedja kienet ħtija tiegħu u li aħjar imur f 'eżilju. Bil-ħniena jirnexxilu jiskappa mill-iljeni paladini ta' zijuh, waqt li jħossu ħażin bil-għejja u l-biża' fid- deżert. Hemmhekk jiġu ħdejh żewġ annimali tad-deżert Afrikan, Pumbaa (Ernie Sabella), speċi ta' qattus ħabib u sieħbu Timon (Nathan Lane), jixbaħ lill-ħanżir, li jaf xi jgħid. Dawn it-tnejn għandhom filosofija li qatt ma jinkwetaw u anki Simba jittieħed minnhom, jiekol biss l-insetti. Ġurnata waħda, Simba jsalva lil Pumbaa minn iljunessa li tkun se tieklu. Din tinzerta Nala li ġġiblu aħbarijiet ħżiena minn Pride Rock. Ir-renju ta' Scar ġab għaks kbir u ħerba lil din il-pjanura fertili. Hi tħajjar lil Simba biex jirritorna u jirranġa l-affarijiet. Imma Simba jitwerwer minn din il-biċċa xogħol, sakemm Rifiki (Robert Guillaume), xadin feroċi saħħar ta' tribu', jfittxu u jġagħlu jiġi wiċċ imb'wiċċ mal-passat tiegħu. Hu jirritorna biex jiġġieled ma' Scar u anki jsir jaf il-verita' dwar il- mewt ta' missieru. Iggalvanizzat b'rabja ġenwina, Simba jsalva lilu nniffsu pero' jħalli lit-tliet iljeni mimlija ġuħ iqattgħuh. Sa sena wara, il-bilanċ ekoloġiku fi Pride Rock jiġi f 'postu u fuq blata għolja fuq din il-pjanura li issa qed tiffjorixxi, Rafiki l-babun jippreżenta t-twelid ġdid ta' Simba u Nala – ir-re tal-futur biex ikompli t-tradizzjoni. Dan it-32 film animat ta' Disney fl-Amerika kellu suċċess furjuż, pero' wkoll estremament kontroversjali u suppost trawmatiku għaż-żgħar ta' ċerta eta'. Minkejja dan kollu, matulu jirrenja ton ta' ħlewwa u anki ta' pompa. Dan kien l-ewwel film animat ta' Disney ibbażat minn fuq storja oriġinali waqt li jista' jiġi nterpretat bħala allegorija għal kull ġenerazzjoni ġdida li timxi fuq il-kriterji ta' dik ta' qabilha. Minkejja forsi xi difetti, The Lion King hu msawwar b'reqqa kkalkulata biex jogħġob lill-familji, b'kanzunetti evokattivi u xenarju ta' splendur palpabbli. Bħal xi films animati oħra ta' Disney, fosthom 101 Dalmatians, Beauty And The Beast, The Jungle Book, Mulan u r-riċenti The Little Mermaid, li xi wħud minnhom reġgħu nħadmu b'atturi reali, versjoni ġdida ta' The Lion King ntweriet fl-2019 bl-istess format ta' xogħol animat, b'istess suċċess finanzjarju bi dħul ta' aktar minn biljun u nofs dollari. Il-kanzunetti popolari tal- produzzjoni oriġinali kienu jinkludu: Circle Of Life, Can You Feel The Love Tonight (li rebħet l-Oscar), Hakuna Matata (bil-lingwa Swaħili li tfisser "m'hemmx problemi") u I Just Can't Wait To Be King.