Illum previous editions

ILLUM 28 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1500238

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 19

aħbarijiet 03 illum • IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 Il-Partiti Politiċi qed jaħbu d-donazzjonijiet 03 Il-Partiti politiċi ewlenin fil- gżejjer Maltin u għaldaqstant il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista qed jirċievu flejjes kbar minn kumpaniji privati u li qed jinjettawhom direttament għall-pagi tal- ħaddiema tagħhom. Dawn l-istess donazzjonijiet qed imorru wkoll biex iħallsu servizzi li jingħataw mill-privat. Kienu żewġ kumpaniji kbar biss li iddikjaraw li kienu taw €10,000 lill-Partit Politiċi l-aktar segwini. Mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-PL u tal-PN jidher Pawlu Gauci, li huwa sid tas- supermarket Pavi f 'Ħal Qormi, il-Pama fil-Mosta, il-ħanut ZARA f 'Tas-Sliema u negozji oħra inkluż fil-Marina di Raguża ġewwa Sqallija li iddikjara donazzjoni ta' €10,000 liż-żewġ partiti. Fi stqarrija, il-kumpanija ta' Gauci qalet li għamlet dan għax temmen fit-tkattir tad- demokrazija. Kumpaniji li jagħtu donazzjoni ta' inqas minn €10,000, ma jidhrux isimhom. Sintendi kien hemm sidien ta' kumpaniji oħra li taw donazzjonijiet liż-żewġ Partit rivali iżda dan bid-differenza li isimhom mhux reġistrat, propju għaliex taw donazzjoni li kienet inqas minn €10,000. Kif għidna, il-gazzetta ILLUM hija infurmata li l-pagi ta' bosta impjegati tal-Partiti mmexxija minn Bernard Grech u Robert Abela huma mħallsa direttament minn dawn il-kontribuzzjonijiet. Punt interessanti huwa l-fatt li minħabba din ir-raġuni, ma jkunx hemm l-obbligu li dawn id-donazzjonijiet jiġu iddikjarati. Skont sorsi tal-ILLUM din il- prattika ilha tiġri għal żmien twil u li apparti minn hekk il-pagi ta' impjegati ta' ċertu esperjenza, partikolarment fid-dipartiment tal-kommunikazzjoni u l-midja, tirrifletti ħlas b'figura sostanzjali. Persuna qrib il-Partit Laburista qal lil din il-gazzetta li l-aktar kumpaniji li jagħtu donazzjonijiet ġejjin mill- industrija tal-kostruzzjoni kif ukoll dik turisitika, jiġifieri minn sidien ta' lukandi. Fil-fatt it-tieni sid ta' kumpanija li tat donazzjoni mlaħħma kien dak tal-kumapnija Schembri & Sons Ltd. Fil-każ tal-Partit Nazzjonalista, in-numru ta' donazzjonijiet huwa fer inqas, bl-istess ismijiet magħrufa li b'mod konsistenti jkunu s-sostenituri tal-partit. Sors mill-PL qal lill-ILLUM, li preżentament hemm ukoll erba' negozjanti kbar li qed jiġbru l-flus minn negozji żgħar. "Hemm min jagħti €2,000, oħrajn €3,000 u uħud jagħtu €8,000. Dawn dejjem taħt ir-radar." Dan is- sors sostna li huma l-it negozji li jagħżlu li ma jagħtu l-ebda donazzjonijiet iżda jidher ukoll li dawn il-gruppi ta' negozjanti dejjem qed jiżdiedu fin-numru. "Muscat kellu aktar influenza u rabta man-negozji minn Robert Abela," sostna s-sors. Min-naħa l-oħra, l-istess sors qal li "Bernard Grech mhcu kalamita għan-negozjanti. Qatt ma għamilha man-negozjanti u kienx jaf jinżel għal-livell tagħhom. Apparti l-fatt li ma tantx jista' joffri xi tama li xi darba se jirbaħ!" Donazzjonijiet liż-żewġ Partiti politiċi ewlenin moħbija minħabba mekkanżimi ta' ħlas ta' pagi lill- ħaddiema

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 May 2023