Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1500238
MATTHEW FARRUGIA Ħal Tarxien, Ħal Għaxaq, Santa Luċija u l-Gudja huma fost il- lokalitajiet fejn l-għases tal-Pulizija jinfetħu "meta l-esiġenzi tas- servizz hekk jiddettaw." Minkejja dan, is-sena li għaddiet, f 'dawn il- lokalitajiet saru total ta' 150 rapport ta' serq bejniethom. Dan ġie żvelat minn mistoqsijiet Parlamentari li għamel il-Kelliem għall-Oppożizzjoni għar-Riformi Kostituzzjoniali, Carmelo Mifsud Bonnici lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Byron Camilleri. Fil-fatt, hawn ħareġ li minn dawn l-erba' lokalitajiet, il-Gudja kellha l-aktar rapporti ta' serq b'57 rapport, li ġiet segwita minn Ħal Tarxien b'47 rapport ta' serq. Dan filwaqt li saru wkoll 29 u 17-il rapport f 'Ħal Għaxaq u Santa Luċija rispettivement. F'risposti kważi identiċi għall- mistoqsijiet marbuta mal-għases ta' Ħal Tarxien, Ħal Għaxaq, Santa Luċija u l-Gudja, il-Ministru Byron Camilleri stqarr li ma' dawn l-għases hemm sistemi ta' intercom, li bihom, wieħed jista' jagħmel kuntatt dirett mal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija f 'kull ħin fil-ġurnata kuljum. Camilleri qal ukoll li dawn il-lokatijiet huma koperti u jintlaħqu mir-rondi regulari li jsiru mill-membri tar- Rapid Intervention Unit (RIU) u anke l-Pulizija tad-Distrett "skont il- ħtieġa u disponibilità". Minkejja dan, wieħed irid iżomm f 'moħħu wkoll li l-Pulizija tad-Distrett ikollhom ħafna aktar rapporti li jridu jaħdmu fuqhom. Fil-Parlament ukoll, ħareġ li ċertu lokalitajiet fl-2022 raw ħafna aktar rapporti ta' serq. Fosthom, f 'Raħal Ġdid saru 149 rapport, fiż-Żejtun saru 124 rapport u Wied il-Għajn ra 87 rapport ta' serq. Camilleri spjega wkoll li dawn f 'lokalitajiet kollha huwa previst li jkun introdott is-servizz ta' Pulizija tal-Komunità, liema Pulizija tal- Komunità mistennija jinfirxu f 'kull lokalità f 'Malta u Għawdex sal-aħħar ta' din is-sena. Tul iż-żmien, il-Gvern daħħal fis- seħħ diversi riformi marbuta mal- Korp tal-Pulizija, iżda maż-żmien, l-istat tal-Korp mhux l-ewwel darba li kien suġġett għal kritika ħarxa. F'Lulju tal-2022, l-għassa ta' San Ġiljan, dik tal-Imsida u anke tal-Belt Valletta kienu lkoll soġġetti għall- kritika minħabba l-istat diżastruż li kienu jinsabu fihom. Fosthom, ħareġ fil-midja kif dawn l-għases kienu mimlija bi ħġieġ imkisser, wires tad-dawl mhux installat kif suppost, u anke ħsarat fis-suffett, liema kundizzjonijiet jagħmluha ferm aktar diffiċli li Uffiċjal tal-Pulizija jaqdi dmirijietu għal 12-il siegħa f 'dawn l-istess għases. 04 aħbarijiet IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 • illum 'L-għases tal-Pulizija f'erba' lokalitajiet jinfteħu skont l-esiġenzi' Numru ta' lokalitajiet qed ikollhom jagħmlu użu minn intercom li tagħti aċċess għall-Kwartieri tal-Pulizija minflok jitkellmu ma' Uffiċjali fl-għassa tal-lokalità tagħhom, hekk kif skont il-Ministru Byron Camilleri, dawn jinfetħu biss 'meta l-esiġenzi tas-servizz hekk jiddettaw' B'digriet tal-11 ta' April, 2023 mogħti mill-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili, dina l-Qorti ordnat il-pubblikazzjoni talestratt li jidher hawn taħt biex iservi ta' notifiki skont l-artiklu 187 (5) tal-Kodiċi tal-Proċedura u Organizzazzjoni Ċivili (Kap 12). B'digriet mogħti mill-Qorti Ċivili, Prim'Awla fil-25 ta' Jannar, 2023, fuq rikors ta' APS Bank plc (C2192) ġie ffissat il-jum tat-Tlieta, 20 ta' Ġunju, 2023 fl-għaxra u nofs ta' filgħodu (10:30 a.m.) għall-Bejgħ bl-Irkant, li għandu jsir f'Kamra Numru 78, Biswit l-Arkivju, Livell -1, Qrati talĠustizzja, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta tal-fond hawn taħt deskritt. Il-fabbrika, il-warehouse, u x-showroom mibnija fuq tliet biċċiet ta' art bin-numru uffiċjali tnejn u tletin (32) tlieta u tletin (33) u erbgħa u tletin (34) kollha adjaċenti ma' xulxin, flimkien bl- arja tagħhom u s-sottoswol, li jinsabu f'żona industrijali fil-Mosta, aċċessibbli minn Triq il-Kappar u Triq il-Parsott, Mosta u b'faċċata fuq Triq il-Farkizzan u Triq il-Parsott, konfinanti mill-Majjistral ma' triq ġdida li tagħti għal fuq Triq il-Kappar, mix-Xlokk ma' Triq il- Parsott u milLvant ma' proprjetà tas-suċċessuri fit-titlu tas-soċjetà Ficus Limited, liberu u frank u stmat għal erba' miljuni, tmien mija u ħamsin elf ewro (€4,850,000) L-imsemmi fond huwa proprjetà ta' Alu Care Mosta Limited (C32359). N.B. L-imsemmi fond jinbiegħ bħalma ġie deskritt fl-atti tas-subbasta 22/2020. Reġistru tal-Qrati Superjuri, illum il-Ġimgħa, 21 ta' April, 2023. GAETANA AQUILINA Għar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali Il-Ministru Owen Bonnici nefaq aktar fuq fotografija mill-Prim Ministru Tul l-2022 uħud mill- membri tal-Kabinett nefqu total ta' €95,674 fuq servizzi relatati ma' attivitajiet li jiġu organizzati biex jippromwovu l-ħidma tagħhom, b'€44,075 minnhom jintefqu fuq servizzi ta' fotografija biss. Dan skont informazzjoni li ġiet ippubblikata b'rabta ma' mistoqsijiet Parlamentari mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Finanzi, Jerome Caruana Cilia lill-membri tal-Kabinett, fejn wieħed jista' jara stampa ta' uħud mill-ispejjeż tal-Ministri u Segretarji Parlamentari fl- 2022. L-aktar persuna li nefaq fondi fuq servizzi ta' fotografija biss kien il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, Owen Bonniċi, hekk kif l-ispiża tal-Ministeru tiegħu kienet ta' €14,600. Warajh kien hemm l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li rrikorra spiża ta' €9,250 fuq fotografija. Il-Ministri Silvio Schembri u Anton Refalo kellhom spiża totali ta' €5,885 u €4,730 rispettivament, filwaqt li fir- risposta tiegħu, il-Ministru Roderick Galdes iddikjara li l-Ministeru tiegħu nefaq €3,000, eskluż il-VAT fl-2022. Min-naħa tagħhom, il- Ministru Clyde Caruana ddikjara li l-Ministeru nefaq €2,800 fuq spejjeż ta' fotografija, u s-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli kellha spiża ta' €2,770. L-inqas spiża fuq fotografija minn Ministeru kien dak tal- Ġustizzja, hekk kif Jonathan Attard iddikjara li fl-2022 nefaq biss €1,040. Intant, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas- Saħħa Chris Fearne stqarr li ma tħallsu ebda terzi persuni għal servizzi ta' fotografija, hekk kif spjega li "Dan ix-xogħol isir mill-Coordinating Officer tal- Ministeru." Il-Membri tal-Kabinett għamlu referenza wkoll għall- ispejjeż tal-Ministeri tagħhom fuq dawk li għandhom x'jaqsmu ma' "numru ta' servizzi ta' midja relatati ma' attivitajiet li jiġu organizzati biex jippromwovu l-ħidma li ssir u diversi servizzi li minnhom igawdi l-poplu", li minnhom hemm inkluż servizzi ta' fotografija fost oħrajn. Fuq dawn is-servizzi, il- Ministeru li nefaq l-aktar flus huwa dak tal-Ekonomija, Fondi Ewropej u l-Artijiet, hekk kif il-Ministru Silvio Schembri ddikjara li l-Ministeru tiegħu nefaq mat-€34,410 f 'dawn is- servizzi. Bi spiża sinifikanti wkoll hemm il-Ministru għall- Affarjiet Barranin, Affarjiet Ewropej u l-Kummerċ, Ian Borg, hekk kif in-nefqa tiegħu fl-2022 għal "servizzi medjatiċi" kienet ta' €24,800. Il-Ministri Stefan Zrinzo Azzopardi u Clayton Bartolo kellhom nefqa ta' €13,200 u €10,147 rispettivament, filwaqt li s-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said kellha spiża ta' €6,140 marbuta ma' dawn is-servizzi. Min-naħa tagħha, s-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, Rebecca Buttigieg kellha spiża ta' €3,937. Is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, Andy Ellul tella' spiża ta' €2,190, iżda fit-tweġiba fil-Parlament, ġie spjegat li "Ix-xogħol kien marbut mal- MCESD u l-Premju Ħaddiem tas-Sena." Il-Ministru bl-inqas spiża marbuta mas-servizzi medjatiċi fl-2022 kien Byron Camilleri, hekk kif tul is-sena, il-Ministeru tiegħu nefaq biss €850 fuq dawn it-tipi ta' servizzi. Huwa fatt magħruf li l-politiċi huma kemmxejn vanitużi, iżda skont ċifri ppubblikati fil-Parlament Malti, jidher li ċertu Ministri huma aktar vanitużi minn oħrajn. Minn din l-informazzjoni, jirriżulta li fl-2022 xi membri tal-Kabinett tellgħu kont ta' €44,075 f'servizzi ta' fotografija