Illum previous editions

ILLUM 4 June 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1500675

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 19

www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 4 TA' ĠUNJU 2023 • NRU 868 PAĠNA 20 Malta rebbieħa 'L-Isptar Mount Carmel mhux addattat għall-ħtiġijiet tiegħu' - Infermier Attentat biex jisfruttaw il- karriera politika ta' Fearne, waqt li jinkxfu aktar fatti fil-konfront ta' Muscat Nuqqas ta' ħaddiema, bini mhux addattat biex jaħdmu t-tobba u l-infermiera fih jew biex il-pazjenti jieħdu l-kura u siegħat twal ta' xogħol, huma lkoll raġunijiet wara l-fatt li l-infermiera tas-saħħa mentali huma vulnerabbli ħafna għall-fenomenu ta' 'burnout'. "Il-bini tal-Isptar Mount Carmel huwa tal-biża, u l-problemi li hemm fih ilhom hemm għal snin twal u qed jikbru." Dan kien il-kumment tal- President tal-Unjin għall-Infermiera u l-Qwiebel, (MUMN) Paul Pace meta mistoqsi minn din il-gazzetta dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-infermiera tas-saħħa mentali, u kif dawn iwasslu għal għeja kbira. Tal-istess fehma kien infermier li tkellem b'mod anonimu mal-ILLUM dwar dak li jara b'għajnejh stess kull darba li jmur għax-xogħol. Huwa spjega li hemm diversi raġunijiet wara din l-għeja li tinħass fl-infermiera tas- saħħa mentali, b'mod speċjali dawk li jaħdmu fl-Isptar Monte Carmeli. Huwa ta dettallji ta' dak li jkollhom iħabbtu wiċċhom magħhom għal 12-il siegħa meta jkunu xogħol dawn l-infermiera, liema dettallji jagħtu stampa ċara tal-istat tal-Isptar Monte Carmeli. Minkejja rapport tal- Awditur Ġenerali li ħareġ fl-2022 li jgħid li l-isptar ra progress, l-infermier iddeskriva l-isptar bħala wieħed mhux addattat għall-ħtiġijiet tiegħu. TKOMPLI F'PAĠNA 2 Aktar minn 8,000 pazjent ilhom jistennew ġimgħat għal operazzjoni MATTHEW FARRUGIA F'Malta hawn 8,454 persuna li qed jistennew li ssirilhom intervent jew proċedura medika permezz ta' operazzjoni. Żvela din l-informazzjoni d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt li kien qed iwieġeb mistoqsija Parlamentari mid-deputat Nazzjonalista, Claudette Buttigieg. L-itwal lista ta' stennija għal dawn l-operazzjonijiet hija ta' operazzjonijiet ortopediċi hekk 3,582 persuna qed jistennew dan it-tip ta' intervent. Wara, hemm proċeduri msejjħa bħala, "kirurġiji ġenerali", b'2,949 persuna jistennew dawn il-proċeduri. Proċeduri marbuta mal- għajnejn, u dawk marbuta mal-widnejn, l-imnieħer u l-gerżuma (ENT) għandhom 686 u 571 persuna jistennew għalihom rispettivament. TKOMPLI F'PAĠNA 6 Meta l-Kap tal-Fondazzjoni tas- Servizzi Mediċi Carmen Ciantar saret taf bl-akkużi kontriha f 'gazzetta Pakistani, ma kienitx fl- uffiċċju tagħha. F'gazzetta Pakistana kien hemm akkuża li Ciantar kienet ħadet fuq 400K Ewro mingħand Ram Tumuluri l-persuna li kien ġab il- Vitals Malta. TKOMPLI F'PAĠNA 8

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 June 2023